Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/90 tal-10 ta’ Jannar 2025 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għar-raja ondjata fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

In forceVersion 2025-01-10from 2025-01-18
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2025/90@2025-01-10/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Eżawriment tal-kwota
  3. Artikolu 2 Projbizzjonijiet
  4. Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
  5. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006, u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 jistabbilixxi l-kwoti għall-2024.

(2) Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tar-raja ondjata li, l-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, għamlu fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2024.

(3) Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2024 għal Spanja għall-istokk tar-raja ondjata fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9 imsemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2 Projbizzjonijiet

1. Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.

2. It-trażbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, iż-żamma fil-gaġeġ, it-tismin u l-iżbark tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti għandu jibqa’ awtorizzat għall-qbid li jsir qabel dik id-data.

3. Il-qabdiet mhux intenzjonati tal-ispeċi minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 3 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2025. Għall-Kummissjoni, F’isem il-President, Costas Kadis Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Nru 35/TQ257 Stat Membru Spanja Stokk RJU/9-C. Speċi Raja ondjata (Raja undulata) Żona L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9 Data tal-għeluq Id-19 ta’ Diċembru 2024

Versions

  1. 2025-01-10