Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1371 tat-22 ta’ Ġunju 2026 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/831 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu (GFR, glass fibre reinforcements) li joriġinaw mill-Bahrain, mill-Eġittu u mit-Tajlandja

In forceVersion 2026-06-22from 2026-04-15
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2026/1371@2026-06-22/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 9 u l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1) Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/831, il-Kummissjoni imponiet dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu (GFR, glass fibre reinforcements) li joriġinaw mill-Bahrain, mill-Eġittu u mit-Tajlandja

(2) Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/870, il-Kummissjoni imponiet dazju koumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu.

(3) Meta kienu qed jimplimentaw ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/831, l-awtoritajiet doganali nazzjonali osservaw li d-deskrizzjoni tal-prodott stabbilita fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/831 ma kinitx tirrifletti bis-sħiħ il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott kif definit fl-investigazzjoni u deskritt fil-premessa (49) ta’ dak ir-Regolament. Dan kien dovut għal żball ta’ abbozzar fil-parti operattiva tar-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/831 tiġi kkoreġuta biex tkun allinjata mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni, kif stabbilit fil-premessa (49) ta’ dak ir-Regolament.

(4) Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkoreġi d-deskrizzjoni tal-prodott stabbilita fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/831.

(5) L-awtoritajiet doganali nazzjonali osservaw ukoll li l-kodiċijiet addizzjonali TARIC assenjati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/831 lill-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu, kemm għall-uniku produttur esportatur speċifiku kif ukoll għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha, ma jikkorrispondux mal-kodiċijiet addizzjonali TARIC assenjati lill-istess produttur esportatur u lill-importazzjonijiet l-oħrajn kollha tal-istess prodott fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/870.

(6) Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkoreġi l-kodiċijiet addizzjonali TARIC fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/831 sabiex tallinjahom ma’ dawk stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/870 u biex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri.

(7) Il-korrezzjonijiet jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/831.

(8) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/831, l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 1

Artikolu 1 Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ trofof imqattgħin tal-fibra tal-ħġieġ, mhux itwal minn 50 mm; rovings tal-fibra tal-ħġieġ, għajr rovings tal-fibra tal-ħġieġ li huma imprenjati u miksijin u li għandhom telf mit-tqabbid bin-nar ta’ aktar minn 3 % (kif determinat mill-Istandard tal-ISO 1887); u mats magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ għajr mats tas-suf tal-ħġieġ li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 70191100, ex70191200 (kodiċijiet TARIC 7019120022, 7019120025, 7019120026, 7019120039), 70191400 u 70191500 u li joriġinaw mill-Bahrain, mill-Eġittu u mit-Tajlandja. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin: Pajjiż ta’ oriġini Kumpanija Dazju anti-dumping definittiv Kodiċi addizzjonali TARIC Il-Bahrain CPIC Abahsain Fiberglass W.L.L. 11,8 % 89XI L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Bahrain 11,8 % 8999 L-Eġittu Jushi Egypt for Fiberglass Industry S.A.E. 11,0 % C540 L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Eġittu 11,0 % C999 It-Tajlandja Asia Composite Materials (it-Tajlandja) Co., Ltd. 25,4 % 89XJ Wanda New Material (it-Tajlandja) Co., Ltd. 15,3 % 89XK L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mit-Tajlandja 25,4 % 8999

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-15 ta’ April 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2026. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2026-06-22