Gelex

Regolament (UE) 2026/1384 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2026 li jindirizza l-effetti negattivi relatati mal-kummerċ tal-kapaċità żejda globali fuq is-suq tal-azzar tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2170

In forceVersion 2026-06-17from 2026-06-25
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2026/1384@2026-06-17/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. Artikolu 2
  4. 5.
  5. Artikolu 3
  6. 5.
  7. Artikolu 4
  8. Artikolu 5
  9. 1.
  10. Artikolu 7
  11. Artikolu 8
  12. 1.
  13. Artikolu 9
  14. Artikolu 10
  15. Artikolu 12
  16. 1.
  17. 6.
  18. Artikolu 13
  19. (2)
  20. Artikolu 14
  21. ANNEX
  22. ANNESS I KATEGORIJI TA’ PRODOTTI KOPERTI MINN DAN IR-REGOLAMENT
  23. ANNESS II VOLUMI TA’ KWOTI TARIFFARJI GĦAL KULL KATEGORIJA TA’ PRODOTTI

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Is-settur tal-azzar huwa ċentrali għall-kompetittività u s-sigurtà tal-Unjoni. L-azzar huwa wkoll essenzjali għal ħafna industriji oħra, bħall-industriji tat-teknoloġija nadifa, tat-trasport, tal-bini u tal-infrastruttura tal-enerġija tal-Unjoni. Għalhekk, il-preservazzjoni ta’ industrija tal-azzar kompetittiva u teknoloġikament avvanzata hija vitali għas-sigurtà ekonomika tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-Unjoni tqis li s-settur tal-azzar huwa strateġikament importanti u hija impenjata li tiżgura l-vijabbiltà, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà fit-tul tiegħu.

(2) L-Unjoni għandha tradizzjoni twila ta’ produzzjoni tal-azzar fil-bliet u r-reġjuni, fejn il-ħiliet intirtu minn ġenerazzjoni għal oħra ta’ ħaddiema tal-azzar, li kellhom rwol ewlieni fis-sisien tal-manifattura tal-Unjoni u huma essenzjali biex isostnu l-kompetittività u l-valur soċjali għoli tas-settur tal-azzar.

(3) L-industriji tal-azzar fil-pajjiżi u r-reġjuni kollha, inkluża l-Unjoni, qed isofru mill-impatt negattiv taż-żieda fil-kapaċità strutturali żejda globali. Din l-isfida globali taffettwa b’mod negattiv is-suq tal-Unjoni u s-swieq ta’ pajjiżi oħra jew direttament, permezz tal-importazzjonijiet minn pajjiżi b’kapaċità żejda, jew indirettament, riżultat tal-effett ta’ esklużjoni (push-out), jew biż-żewġ modi. Ir-riżoluzzjoni effettiva tal-kapaċità żejda globali teħtieġ sforzi konġunti msaħħa tal-Unjoni u ta’ pajjiżi sħab tal-istess fehma li ma jikkontribwixxux għall-kapaċità żejda globali. L-Unjoni għalhekk se żżid l-isforzi tagħha biex tmexxi l-ħidma internazzjonali inkluż fil-qafas tal-Forum Globali dwar il-Kapaċità Żejda tal-Azzar (GFSEC), dwar l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-kapaċità żejda u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet li jsaħħu t-trasparenza tas-suq globali tal-azzar u jqisu tekniki moderni ta’ produzzjoni u provvista, inkluż permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipju tat-tidwib u tat-tferrigħ kif ukoll permezz tal-monitoraġġ tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet. L-Unjoni tibqa’ impenjata li żżomm is-swieq ġusti u miftuħa, u li tkompli ssaħħaħ ir-relazzjoni tagħha mas-sħab ta’ kummerċ ħieles eżistenti u futuri. F’dak l-ispirtu, u bil-ħsieb li jiddelimitaw l-ekonomiji tagħhom mill-kapaċità żejda globali u jżidu l-aċċess għas-suq bejniethom, l-Unjoni u pajjiżi tal-istess fehma jenħtieġ li b’mod urġenti jaħdmu flimkien, jirriflettu l-interessi strateġiċi konġunti u l-benefiċċji reċiproċi, filwaqt li xorta jiżguraw ktajjen tal-provvista siguri, prevedibbli u diversifikati.

(4) Analiżi fil-fond konkluża mill-Kummissjoni fl-2019 uriet li l-industrija tal-azzar tal-Unjoni kienet diġà f’dak iż-żmien f’sitwazzjoni li kienet ta’ theddida ta’ dannu serju, u li s-sitwazzjoni x’aktarx li tiżviluppa f’dannu serju reali fil-futur prevedibbli, fin-nuqqas ta’ miżuri ta’ salvagwardja. Il-Kummissjoni kkonkludiet li jkun fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri xierqa biex tevita żieda ulterjuri fl-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar.

(5) Fil-31 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni adottat Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra ċerti importazzjonijiet tal-azzar, u b’hekk tindirizza r-riskju ta’ devjazzjoni tal-kummerċ u t-theddida ta’ dannu serju li x’aktarx kien isegwi għall-prodotti koperti minn dak ir-Regolament. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 se jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2026.

(6) F’Novembru 2024, il-mexxejja tal-Unjoni adottaw id-Dikjarazzjoni ta’ Budapest dwar il-Patt Ġdid dwar il-Kompetittività Ewropea, li tenfasizza l-ħtieġa u d-determinazzjoni urġenti li l-Unjoni ssir aktar kompetittiva . Barra minn hekk, il-mexxejja tal-Unjoni ddikjaraw l-impenn tagħhom li jiżguraw tiġdid industrijali u dekarbonizzazzjoni, u li jippermettu lill-Unjoni tibqa’ mutur industrijali u teknoloġiku li jrawwem l-impjiegi ta’ kwalità. Il-mexxejja tal-Unjoni rrikonoxxew ukoll il-ħtieġa li jiżdiedu l-prontezza u l-kapaċitajiet tad-difiża, b’mod partikolari billi tissaħħaħ il-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża kif xieraq. Għal dak il-għan, il-mexxejja tal-Unjoni impenjaw ruħhom li jiżviluppaw politika industrijali għall-Unjoni biex jiġi żgurat it-tkabbir tat-teknoloġiji ewlenin ta’ għada, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lill-industriji tradizzjonali fi tranżizzjoni.

(7) Il-kompetittività industrijali tas-settur tal-azzar hija prijorità ewlenija għall-Unjoni, li ser tikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli, il-prosperità fit-tul u r-reżiljenza. Id-dekarbonizzazzjoni tista’ tkun aċċeleratur qawwi tat-tkabbir u r-reżiljenza meta tkun integrata mal-politiki industrijali, tal-kompetizzjoni, ekonomiċi u kummerċjali. Il-kapaċità żejda globali taffettwa lill-industrija tal-azzar tal-Unjoni fil-kuntest tat-tranżizzjoni tagħha lejn produzzjoni newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Għalhekk, il-perkors tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-azzar fl-Unjoni jenħtieġ li jkun wieħed mill-elementi li jistgħu jitqiesu mill-Kummissjoni meta temenda l-volumi tal-kwoti tariffarji miftuħa taħt dan ir-Regolament u jenħtieġ li jifforma parti mill-elementi li għandhom jitqiesu meta tiġi evalwata l-effettività ta’ dan ir-Regolament.

(8) L-industriji li jużaw ħafna enerġija huma setturi ewlenin li jeħtieġu appoġġ urġenti għad-dekarbonizzazzjoni u l-elettrifikazzjoni, u li jħabbtu wiċċhom ma’ kostijiet għoljin tal-enerġija, il-kompetizzjoni globali inġusta u regolamenti kumplessi, li kollha kemm huma jagħmlu ħsara lill-kompetittività . Huwa essenzjali li dawk l-industriji jkunu jistgħu jibqgħu kompetittivi globalment u jżidu l-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità fl-Unjoni.

(9) Kif rikonoxxut fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2025 intitolata Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-azzar u l-Metalli, l-azzar huwa metall ta’ importanza strateġika għall-kapaċità tad-difiża tal-Unjoni. B’mod partikolari f’kuntest ikkaratterizzat b’instabbiltà globali li qed tiżdied u pressjonijiet tas-sigurtà ogħla, il-ktajjen tal-provvista stabbli u reżiljenti ta’ metalli, inkluż l-azzar, u produzzjoni domestika b’saħħitha u kompetittiva tagħhom, huma essenzjali għad-difiża u l-ajruspazju, biex tinkiseb reżiljenza ekonomika u biex jiġu evitati dipendenzi mhux mixtieqa fuq fornituri minn pajjiżi terzi.

(10) Il-kapaċità żejda globali hija mistennija li tiżdied mis-602 miljun tunnellata fl-2024, ekwivalenti għal ħames darbiet id-domanda tal-Unjoni, għal 721 miljun tunnellata sal-2027. L-Unjoni diġà adottat diversi miżuri ta’ difiża kummerċjali fis-setturi tal-metalli, inkluż fir-rigward tal-ħadid u tal-azzar . Madankollu, dawk il-miżuri tad-difiża tal-kummerċ huma kkumpensati minn żidiet kontinwi kbar fil-kapaċità f’reġjuni oħra, kompletament distakkati mill-evoluzzjoni tad-domanda domestika u globali. L-industrija tal-azzar Ewropea qed tiġi affettwata dejjem aktar b’mod negattiv mill-kapaċità żejda globali u minn distorsjonijiet globali, inklużi politiki u prattiki mhux tas-suq f’ċerti pajjiżi terzi li jappoġġaw b’mod artifiċjali l-industriji domestiċi tagħhom jew jevitaw il-miżuri u s-sanzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-Unjoni hi l-uniku reġjun ewlieni tal-produzzjoni tal-azzar li bħalissa qed jesperjenza tnaqqis fil-kapaċità tagħha. . Għalhekk, kwalunkwe miżura fir-rigward tas-suq tal-azzar jenħtieġ li jkollha b’perspettiva fit-tul, peress li l-kapaċità żejda hija problema strutturali li x’aktarx li ma tiġix solvuta fuq terminu qasir jew medju ta’ żmien.

(11) Barra minn hekk, l-evoluzzjoni reċenti tal-miżuri restrittivi għall-kummerċ ta’ pajjiżi terzi qed tkompli żżid il-pressjoni tal-importazzjonijiet fuq is-suq tal-Unjoni, kemm f’termini ta’ volumi kif ukoll ta’ prezzijiet . Tali pressjoni hija mistennija li tkompli tiżdied, u tirriskja li tikkawża tnaqqis ulterjuri fil-produzzjoni tal-Unjoni.

(12) B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-azzar tal-Unjoni tinsab f’sitwazzjoni mwiegħra b’telf bla preċedent ta’ kapaċità tal-produzzjoni li ammonta għal aktar minn 30 miljun tunnellata mill-2018, rata tal-użu tal-kapaċità storikament baxxa li laħqet 67 % fl-2024, madwar 30000 impjieg mitlufa mill-2018, b’diversi eluf ta’ impjiegi mħabbra., u telf finanzjarju kontinwu.

(13) Is-sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, bl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fil-qalba tagħha, tibqa’ fundamentali biex jiġu żgurati l-istabbiltà, il-prevedibbiltà u l-ekwità fil-kummerċ globali. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi mfassal u implimentat f’konformità sħiħa mal-obbligi tal-Unjoni skont id-WTO, b’mod partikolari fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ kwoti tariffarji.

(14) Minħabba s-sitwazzjoni li qed tmur għall-agħar b’rata mgħaġġla tal-industrija tal-azzar tal-Unjoni, l-importanza strateġika dejjem tikber tagħha u l-progress mhux sodisfaċenti li sar s’issa biex tinstab soluzzjoni kollettiva li tindirizza l-kapaċità żejda globali, b’ mod partikolari fil-qafas tal-GFSEC, jeħtieġ li tiġi adottata miżura li tissostitwixxi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159. Fl-istess ħin, l-Unjoni tibqa’ impenjata li twettaq il-ftehim, espress fil-Laqgħa Ministerjali tal-GFSEC tal-10 ta’ Ottubru 2025, biex taħdem lejn qafas komprensiv għal azzjoni konġunta bil-ħsieb li tiġi indirizzata l-kawżi ewlenin tal-kapaċità żejda globali.

(15) Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas koerenti u komprensiv biex jiġu indirizzati l-effetti negattivi relatati mal-kummerċ tal-kapaċità żejda globali fis-suq tal-azzar tal-Unjoni. Fid-dawl tat-tfixkil serju fis-settur tal-azzar u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-azzar tal-Unjoni li qed tmur għall-agħar b’mod mgħaġġel, jeħtieġ li jiġu koperti l-pajjiżi terzi kollha, inklużi dawk li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehim ta’ kummerċ ħieles u dawk li jibbenefikaw minn preferenzi tariffarji awtonomi, bħall-iskema ġeneralizzata ta’ preferenzi tariffarji tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-qafas stabbilit skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi, minn naħa waħda, il-ftuħ ta’ kwoti tariffarji u l-istabbiliment ta’ dazju barra mill-kwota u, min-naħa l-oħra, il-possibbiltà, fejn xieraq, li jiġu applikati miżuri ta’ salvagwardja bilaterali fir-rigward ta’ prodotti minn pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehim ta’ kummerċ ħieles. Meta ma jkunx xieraq li jiġu applikati miżuri ta’ salvagwardja bilaterali, il-prodotti minn pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehim ta’ kummerċ ħieles jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-kwoti tariffarji u għad-dazju barra mill-kwota previsti f’dan ir-Regolament.

(16) Għalkemm skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 it-tariffa barra mill-kwota hija stabbilita għal 25 %, b’kunsiderazzjoni tal-livell tat-tariffi fis-settur tal-azzar fi swieq ewlenin oħra, huwa xieraq li l-livell tad-dazju barra mill-kwota jiżdied għal 50 % biex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ devjazzjoni tal-kummerċ. Dak id-dazju jkun b’żieda ma’ dazji oħra li japplikaw għall-kategoriji ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament.

(17) Fid-dawl tal-integrazzjoni mill-qrib u unika skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, l-importazzjonijiet tal-Unjoni , mill-Iżlanda, u mil-Liechtenstein u min-Norveġja jenħtieġ li jiġu esklużi mill-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji u mid-dazju barra mill-kwota.

(18) Il-volum totali tal-kwoti tariffarji ġie kkalkulat bl-applikazzjoni tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni fis-sena 2013 bħala referenza, li kien madwar 13 %, għall-konsum globali fis-suq tal-azzar tal-Unjoni fl-2024, li hija l-aħħar sena li għaliha hija disponibbli data sħiħa. Il-kalkolu ma jieħux kontl-importazzjonijiet li oriġinaw mill-Belarussja u mill-Federazzjoni Russa , li bħalissa huma soġġetti għal projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni. . Dan jirriżulta f’volum ta’ kwoti tariffarji annwali totali ta’ 18345922-il tunnellata.

(19) Il-kwoti tariffarji jenħtieġ li jiġu mqassma għal kull kategorija ta’ prodotti abbażi tas-sehem tal-importazzjonijiet li kull kategorija ta’ prodott kellha matul il-perjodu 2022-2024. Dak il-perjodu ta’ referenza għat-tqassim- tas-sehem tal-kwota tariffarja huwa xieraq peress li jirrifletti b’mod preċiż il-flussi kummerċjali aktar reċenti.

(20) Jenħtieġ li l-kwoti tariffarji jiġu amministrati fuq bażi trimestrali f’konformità mas-sistema ta’ ġestjoni prevista fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447. Dak it-tip ta’ amministrazzjoni jiżgura l-effettività billi tevita volumi kbar b’mod sproporzjonat ta’ importazzjonijiet f’perjodu qasir ħafna, filwaqt li ma tfixkilx bla bżonn il-flussi kummerċjali. Matul l-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, dawk il-kwoti tariffarji li ma jintużawx fi żmien trimestru jenħtieġ li jiġu riportati għat-trimestru li jkun imiss fl-istess perjodu annwali ta’ applikazzjoni tal-kwota tariffarja, sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà akbar għall-operaturi ekonomiċi u jingħata kontribut biex tiġi żgurata l-kontinwità fil-ktajjen tal-provvista u t-twettiq tal-kuntratti ta’ provvista eżistenti. Wara l-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jaf ikun meħtieġ li jiġu aġġustati r-regoli dwar ir-riport tal-kwoti tariffarji mhux użati, filwaqt li jitqiesu r-reazzjonijiet tas-suq għall-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi indirizzat it-tfixkil possibbli fis-suq. Pereżempju, l-esperjenza bl-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji fis-settur tal-azzar miksuba bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 uriet li r-riport tal-kwoti tariffarji mhux użati jista’, f’ċerti ċirkostanzi, jikkontribwixxi għal żieda fil-pressjoni tal-importazzjoni f’ċerti trimestri jew kategoriji ta’ prodotti, speċjalment meta d-domanda tas-suq tiddgħajjef jew il-konsum jonqos filwaqt li l-importazzjonijiet jibqgħu għoljin. Min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ riport jista’, f’ċerti ċirkostanzi oħra, jikkontribwixxi għal diffikultajiet fl-iżgurar tal-kontinwità fil-ktajjen tal-provvista u fit-twettiq tal-kuntratti ta’ provvista eżistenti.

(21) Għalhekk, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ jekk ir-riport tal-kwoti tariffarji mhux użati għandux ikun permess, filwaqt li tqis, minn naħa waħda, il-livell ogħla ta’ pressjoni fuq l-importazzjoni u, min-naħa l-oħra, il-livell tal-użu medju tal-kwoti tariffarji u d-disponibbiltà insuffiċjenti tal-provvista għall-utenti tal-azzar downstream. B’mod partikolari, meta l-użu medju tal-kwoti tariffarji għal kategorija ta’ prodotti partikolari jkun ogħla minn 80 % matul l-ewwel tliet trimestri tal-perjodu annwali ta’ applikazzjoni tal-kwoti tariffarji, jenħtieġ li r-riport ikun permess, peress li r-riskju ta’ volum għoli ħafna ta’ importazzjonijiet mingħajr dazju f’ċertu trimestru jitnaqqas b’mod sinifikanti.

(22) Sabiex jiġi żgurat li dan ir-Regolament ikun effettiv fl-indirizzar tal-effetti tal-kapaċità żejda globali, u fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tal-prodotti tal-azzar u tat-tekniki moderni tal-produzzjoni u tal-provvista, huwa importanti li jiġi identifikat il-pajjiż tat-tidwib u tat-tferrigħ, jiġifieri l-post oriġinali li fih l-azzar jew il-ħadid mhux maħdum huma inizjalment prodotti f’forma likwida f’forn li jagħmel l-azzar jew il-ħadid u sussegwentement fondut fl-ewwel stat solidu tiegħu. Dak l-ewwel stat solidu jista’ jinkludi jew prodott nofsu lest, inklużi ċangaturi, billetti, jew ingotti, jew prodott lest ta’ fabbrika tal-azzar. L-importaturi jenħtieġ li jkunu meħtieġa jipprovdu evidenza dwar il-pajjiż tat-tidwib u tat-tferrigħ, bħal permezz ta’ ċertifikat tat-test tal-fabbrika. Tali rekwiżit jżid it-trasparenza fil-katina tal-provvista għall-importazzjonijiet tal-azzar u jippermetti lill-Kummissjoni tikseb informazzjoni affidabbli dwar l-oriġini tal-importazzjonijiet tal-azzar fl-Unjoni.

(23) Jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni wkoll biex tistabbilixxi t-tip ta’ evidenza li trid tiġi pprovduta mill-importaturi biex jagħtu prova tal-pajjiż tat-tidwib u tat-tferrigħ. Qabel ma teżerċita s-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha fir-rigward tal-evidenza dwar il-pajjiż tat-tidwib u tat-tferrigħ, huwa importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-produtturi tal-azzar, mal-utenti u mal-Istati Membri, biex tiżgura li t-tip ta’ evidenza meħtieġa tkun biżżejjed biex tagħti prova tal-pajjiż tat-tidwib u tat-tferrigħ, kif ukoll li tivvaluta bir-reqqa s-sitwazzjoni speċifika tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u tevita piżijiet amministrattivi sproporzjonati.

(24) Jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni wkoll biex tistabbilixxi id-distribuzzjoni ta’ kwoti tariffarji miftuħa skont dan ir-Regolament. Meta tistabbilixxi dik id--distribuzzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis is-sehem mis-suq tal-importazzjoni li kien prevalenti fis-suq tal-azzar tal-Unjoni qabel l-impatt tal-kapaċità żejda globali. Is-sena 2013 hija l-aħjar bażi għal dak il-kalkolu, peress li ma ġietx affettwata mill-prevalenza tal-kapaċità żejda globali, li laħqet il-quċċata tagħha fl-2015, iżda li l-effetti tagħha kienu diġà viżibbli, f’termini ta’ żieda fil-penetrazzjoni tal-importazzjoni, fl-2014. Fl-istess ħin, huwa importanti li -kwoti tariffarji preċedenti, b’mod partikolari dawk stabbiliti skont ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1331 u (UE) 2023/2840 dwar il-flussi kummerċjali tal-prodotti tal-azzar li joriġinaw mir-Renju Unit u li jiddaħħlu fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett minn partijiet oħra tar-Renju Unit, jitqiesu għad-distribuzzjoni tal-kwoti tariffarji. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles attwali u futuri, b’mod partikolari dawk li jinsabu fi stadju avvanzat tan-negozjati. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll elementi oħra, kif applikabbli, bħall-effetti ta’ distorsjoni tal-kummerċ ta’ miżuri ta’ pajjiżi terzi li jkollhom impatt fuq is-suq tal-azzar tal-Unjoni, il-fatt li pajjiż terz jinstab li qed jikser il-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) jew ftehimiet ambjentali multilaterali, il-konklużjoni mill-Unjoni ta’ ftehimiet internazzjonali skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994, il-konklużjoni ta’ kwalunkwe ftehim internazzjonali jew fehim mhux vinkolanti li jindirizza l-livelli ta’ kapaċità żejda globali għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament u l-ħtieġa li tiġi żgurata d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista. Bl-istess mod, jenħtieġ li jitqiesu l-interessi tal-pajjiżi kandidati tal-Unjoni li jiffaċċjaw sitwazzjoni ta’ sigurtà eċċezzjonali u immedjata, b’mod partikolari meta qabel kienu jibbenefikaw minn aċċess preferenzjali għas-suq tal-Unjoni għall-kategoriji ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament, bħall-Ukrajna, mingħajr ma tiġi mminata l-effettività ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-kwoti tariffarji, jekk ikun hemm, miftuħin bħala parti mill-miżuri ta’ salvagwardja bilaterali, sabiex tiżgura li l-ammont globali tal-kwoti tariffarji miftuħa mill-Unjoni ma jaqbiżx l-ammont previst fl-Anness rilevanti. Barra minn hekk, bil-ħsieb li jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, meta l-miżuri restrittivi jipprojbixxu l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ kategorija waħda jew aktar ta’ prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tiddistribwix kwoti tariffarji lil dawk il-pajjiżi terzi għal dawk il-kategoriji ta’ prodotti. Fl-aħħar nett, mill-1 ta’ Ottubru 2027, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis l-informazzjoni miġbura mill-importaturi dwar il-pajjiż tat-tidwib u tferrigħ.

(25) Jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni wkoll biex tapplika, fejn meħtieġ, miżuri ta’ salvagwardja bilaterali fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw f’dawk il-pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehim ta’ kummerċ ħieles. Dawk il-miżuri ta’ salvagwardja bilaterali jenħtieġ li jikkonformaw mal-ftehim ta’ kummerċ ħieles applikabbli. Fid-determinazzjoni ta’ liema miżuri ta’ salvagwardja bilaterali tapplika, huwa importanti li l-Kummissjoni tqis il-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas koerenti u komprensiv taħt dan ir-Regolament u li jiġu indirizzati l-effetti negattivi relatati mal-kummerċ tal-kapaċità żejda globali fuq is-suq tal-azzar tal-Unjoni. Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tkun tista’ tapplika miżuri ta’ salvagwardja bilaterali malajr, jeħtieġ li l-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma japplikawx għal miżuri ta’ salvagwardja bilaterali applikati skont dan ir-Regolament.

(26) Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implementazzjoni mogħtija skont dan ir-Regolament ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li l-proċedura ta’ eżami tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni rilevanti.

(27) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta immedjatament atti ta’ implimentazzjoni applikabbli meta, f’każijiet debitament ġustifikati relatati mal-ħtieġa li tiġi żgurata distribuzzjoni f’waqtha tal-kwoti tariffarji għall-pajjiż jew l-applikazzjoni f’waqtha ta’ miżuri ta’ salvagwardja bilaterali, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

(28) Sabiex jiġi żgurat li l-livell ta’ kwoti miftuħa fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni jiġi adattat għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu fis-swieq tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-emendar tal-volumi ta’ kwoti tariffarji stabbiliti f’dan ir-Regolament. Fl-istess ħin, kwalunkwe emenda għal dawk il-volumi jenħtieġ li tibqa’ konsistenti mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi stabbilit valur kombinat minimu u massimu tal-volumi tal-kwoti tariffarji stabbiliti f’dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies li, skont l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi Steel Outlook 2025, il-konsum tal-azzar fl-Unjoni huwa mbassar li jibqa’ stabbli sal-2030. Jenħtieġ li l-valur massimu kkombinat jiġi kkalkulat billi jiġi applikat sehem mis-suq ta’ 13 % għal-livell ta’ konsum irreġistrat fl-2018, li kien l-ogħla livell annwali matul il-perjodu 2013-2024. Il-valur minimu kkombinat jenħtieġ li jiġi ddeterminat filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi previst livell ekwivalenti ta’ flessibbiltà f’każ ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku tas-suq. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-volumi tal-kwoti tariffarji stabbiliti f’dan ir-Regolament biss sa fejn il-valur totali tagħhom jibqa’ bejn 14400000 tunnellata u 22200000 tunnellata. Fl-eżerċizzju tas-setgħat delegati tagħha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis, kif applikabbli, l-evoluzzjoni tad-domanda, il-bidliet fl-ishma mis-suq tal-importazzjoni, l-iżviluppi sinifikanti fil-kapaċità żejda globali, il-livell ta’ progress li sar fil-perkors tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-azzar fl-Unjoni b’kont meħud tal-għanijiet klimatiċi tal-Unjoni, l-evoluzzjoni u l-firxa tal-miżuri ta’ pajjiżi terzi li jkollhom impatt fuq l-importazzjonijiet tal-azzar, kwistjonijiet potenzjali ta’ disponibbiltà tal-provvista f’ċerti kategoriji ta’ prodotti marbuta ma’ kapaċità insuffiċjenti u ma’ żidiet sinifikanti relatati fil-prezzijiet, l-objettivi tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni tal-Unjoni, u effetti ta’ esklużjoni bla bżonn f’ċerti kwoti tariffarji. Jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l Artikolu 290 TFUE biex temenda l-lista ta’ prodotti fl-Anness tar-Regolament (UE) 2020/2170 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(29) Meta l-Kummissjoni tiddistribwixxi kwoti tariffarji, tapplika miżuri ta’ salvagwardja bilaterali jew temenda l-volumi tal-kwoti tariffarji, jenħtieġ li tqis l-interess tal-Unjoni. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-informazzjoni kollha disponibbli u jenħtieġ li tikkonsisti f’apprezzament tad-diversi interessi involuti, meħuda flimkien. Dawk l-interessi jinkludu l-interessi tal-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni, inklużi l-industriji upstream u downstream, u l-interessi tal-konsumaturi finali tal-Unjoni.

(30) Billi dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ġodda għall-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi punt ta’ kuntatt online għall-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni biex jitolbu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-iskema ta’ amministrazzjoni tat-tariffi, id-distribuzzjoni tal-kwoti tariffarji u l-applikazzjoni tal-prinċipju tat-tidwib u tat-tferrigħ.

(31) Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet perjodiċi tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, sal-31 ta’ Diċembru 2026, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li jiġi emendat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott biex ikopri ċerti prodotti. Sat-30 ta’ Ġunju 2027, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li jiġi emendat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġi ddeterminat jekk jenħtieġx li dan ikopri wkoll prodotti li huma magħmula minn, jew li fihom, ammont sinifikanti ta’ azzar, inkluż bħala kwistjoni ta’ prijorità prodotti tal-ħadid u tal-azzar downstream mhux koperti minn dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ulterjuri tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott sat-30 ta’ Ġunju 2029 u kull sentejn wara dan, sakemm tfixkil sinifikanti fis-suq jew bidliet f’daqqa fix-xejriet kummerċjali globali ma jkunux jeħtieġu valutazzjoni aktar bikrija. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet f’waqthom mal-partijiet ikkonċernati qabel kull valutazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott. B’mod partikolari, fid-dawl tal-perjodu ta’ żmien qasir għal-valutazzjoni inizjali, jenħtieġ li tinbeda konsultazzjoni sal-1 ta’ Lulju 2026. Meta l-valutazzjonijiet juru l-ħtieġa li jiġi emendat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra li tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda dan ir-Regolament.

(32) Sat-30 ta’ Ġunju 2028, jenħtieġ li l-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni miġbura skont dan ir-Regolament, tivvaluta jekk huwiex meħtieġ li l-pajjiż tat-tidwib u tat-tferrigħ jiġi nominat bħala l-bażi biex jibbenefika mill-kwoti tariffarji previsti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari biex jiġi evitat li l-azzar prodott f’ċerti pajjiżi terzi jikkontribwixxi għall-kapaċità żejda globali milli jidħol bla bżonn fis-suq tal-Unjoni wara trasformazzjoni ulterjuri f’pajjiżi terzi oħra. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis li tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(33) Sat-30 ta’ Ġunju 2028 u kull sentejn wara dan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li dak ir-rapport isir pubbliku u jista’ b’mod partikolari jkun fih informazzjoni dwar l-użu u l-evoluzzjoni tal-kwoti tariffarji u l-kategorija u l-ammont ta’ importazzjonijiet li jaqgħu barra mill-kwoti tariffarji.

(34) Sat-30 ta’ Ġunju 2029 u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-effettività ta’ dan ir-Regolament, b’kont meħud tal-evoluzzjoni tal-parametri ewlenin li ġġustifikaw l-adozzjoni tiegħu,, inklużi l-evoluzzjoni u x-xejriet tal-kapaċità żejda globali u l-effetti tagħha relatati mal-kummerċ fuq is-suq tal-azzar tal-Unjoni, u l-interess tal-Unjoni, u tivvaluta l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-azzar tal-Unjoni, inklużi l-livelli tal-prezzijiet u l-użu tal-kapaċità, l-impatt fuq l-industriji upstream u downstream kif ukoll fuq il-konsumaturi finali fl-Unjoni, u l-perkors tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-azzar fl-Unjoni filwaqt li jqis l-għanijiet klimatiċi tal-Unjoni Barra minn hekk, huwa importanti li l-Kummissjoni tikkunsidra s-sitwazzjoni tal-miżuri restrittivi kummerċjali ta’ pajjiżi terzi fuq l-azzar u l-implikazzjonijiet u l-effetti li jista’ ikollhom, jew li x’aktarx ikollhom, f’termini ta’ riskju ta’ devjazzjoni tal-kummerċ fis-suq tal-Unjoni, kif ukoll li tanalizza s-sitwazzjoni li tikkonċerna l-eżistenza ta’ politiki u prattiki mhux tas-suq f’pajjiżi terzi u l-impatt tagħhom fuq is-suq tal-azzar tal-Unjoni.

(35) Jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2020/2170 sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni kontinwa tal-arranġamenti eżistenti għall-prodotti tal-azzar li joriġinaw mir-Renju Unit u rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Irlanda ta’ Fuq li huma elenkati fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.

(36) F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq biex jintlaħaq l- objettiv bażiku tal-indirizzar tal-effetti negattivi relatati mal-kummerċ tal-kapaċità żejda globali fuq is-suq tal-azzar tal-Unjoni li tiftaħ l- kwoti tariffarji u tistabbilixxi dazju barra mill-kwota, u li tiġi prevista l-possibbiltà li jiġu applikati miżuri ta’ salvagwardja bilaterali fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar fl-Unjoni. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv maħsub, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TUE).

(37) Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2026, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. L-objettiv ta’ dan ir-Regolament huwa li jindirizza l-effetti negattivi relatati mal-kummerċ tal-kapaċità żejda globali fuq is-suq tal-azzar tal-Unjoni billi jistabbilixxi qafas koerenti u komprensiv ibbażat, minn naħa waħda, fuq il-ftuħ tal-kwoti tariffarji u l-istabbiliment ta’ dazju barra mill-kwota fir-rigward tal-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament importati fl-Unjoni u, min-naħa l-oħra, fuq il-possibbiltà, fejn xieraq, li jiġu applikati miżuri ta’ salvagwardja bilaterali fir-rigward ta’ dawk il-prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehim ta’ kummerċ ħieles.

2. Miżuri adottati skont dan ir-Regolament ma għandhomx jirristrinġu l-kummerċ lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ biex jindirizzaw l-effetti negattivi tal-kapaċità żejda globali fuq is-suq tal-azzar tal-Unjoni.

Artikolu 2

1. B’dan il-kwoti tariffarji tal-Unjoni jinfetħu, fuq bażi annwali, fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ kull waħda mill-kategoriji ta’ prodotti elenkati fl-Anness I .

2. Għal kull kategorija ta’ prodotti elenkati fl-Anness I, jinfetaħ volum speċifiku ta’ kwoti tariffarji kif previst fl-Anness II fuq bażi annwali mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara (perjodu annwali ta’ applikazzjoni). Il-volum annwali totali tal-kwoti tariffarji huwa stabbilit fl-Anness II.

3. Meta wota tariffarja tiġi eżawrita, jew meta l-importazzjonijiet tal-kategoriji ta’ prodotti ma jibbenefikawx mill-kwota tariffarja, l-importazzjonijiet tal-kategoriji ta’ prodotti elenkati fl-Anness I għandhom ikunu soġġetti għal dazju barra mill-kwota bir-rata ta’ 50 % ad valorem kif stabbilit fl-Anness II.

4. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-importazzjonijiet kollha tal-kategoriji ta’ prodotti elenkati fl-Anness I, inklużi l-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw f’pajjiż li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim li jipprevedi preferenzi tariffarji jew f’pajjiż li jibbenefika minn preferenzi tariffarji awtonomi.

5. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal prodotti li joriġinaw fi:

5.

(a) l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja;

(b) pajjiżi li għalihom japplikaw miżuri ta’ salvagwardja bilaterali skont l-Artikolu 6.

Artikolu 3

1. Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Artikolu 2 għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri f’konformità mas-sistema ta’ ġestjoni għall-kwoti tariffarji pprovduti fl-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

2. Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu amministrati kull trimestru.

3. L-allokazzjoni ta’ kull kwota trimestrali għandha titwaqqaf fl-20 jum ta’ xogħol tal-Kummissjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tliet xhur.

4. Mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-volumi tal-kwoti tariffarji mhux użati fi trimestru wieħed għandhom jiġu riportati għat-trimestru ta’ wara fi ħdan l-istess perjodu annwali ta’ applikazzjoni.

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw jekk, għal kull kategorija ta’ prodotti elenkata fl-Anness I, il-volumi mhux użati tal-kwoti tariffarji fi trimestru wieħed għandhomx jiġu riportati għat-trimestru li jmiss fl-istess perjodu annwali ta’ applikazzjoni, filwaqt li jitqiesu, kif applikabbli: Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 7(2). L-ewwel fost dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2027.

5.

(a) iż-żieda fil-livell tal-pressjoni tal-importazzjonijiet, b’mod partikolari minħabba l-konċentrazzjoni ta’ volum għoli ħafna ta’ importazzjonijiet mingħajr dazju f’ċertu trimestru;

(b) l-użu medju tal-kwoti tariffarji matul l-ewwel tliet trimestri tal-perjodu annwali ta’ applikazzjoni, b’mod partikolari meta dak l-użu medju jkun ogħla minn 80 %;

(c) disponibbiltà insuffiċjenti ta’ provvista għall-utenti tal-azzar downstream minħabba żviluppi fis-suq.

Artikolu 4

1. Fil-mument tal-importazzjoni, l-importaturi ta’ kategoriji ta’ prodotti elenkati fl-Anness I għandhom jipprovdu evidenza xierqa verifikabbli, bħal ċertifikat tat-test tal-fabbrika, biex jagħtu prova tal-pajjiż li fih l-azzar jew il-ħadid mhux maħduma kien inizjalment prodott f’forma likwida f’forn li jipproduċi l-azzar jew il-ħadid u sussegwentement fondut fl-ewwel stat solidu tiegħu (pajjiż tat-tidwib u tat-tferrigħ).

2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina t-tip ta’ evidenza li għandha tiġi pprovduta mill-importaturi skont il-paragrafu 1 filwaqt li tqis is-sitwazzjoni speċifika tal-SMEs u tevita piżijiet amministrattivi sproporzjonati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 7(2). L-ewwel fost l-atti ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Awwissu 2026.

Artikolu 5

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-distribuzzjoni tal-pajjiżi tal-kwoti tariffarji elenkati fl-Anness II filwaqt li tqis l-interess tal-Unjoni u, kif applikabbli, l-elementi li ġejjin:

1.

(a) il-livelli tal-kwoti tariffarji ekwivalenti għas-sehem mis-suq tal-importazzjoni li kien prevalenti fis-suq tal-azzar tal-Unjoni fl-2013;

(b) il-kwoti tariffarji għal kull kategorija ta’ prodotti bbażati fuq is-sehem tal-importazzjonijiet li kellha kull kategorija ta’ prodotti matul il-perjodu 2022-2024, ikkalkulati bħala sehem mil-livelli tal-kwoti tariffarji msemmija fil-punt (a);

(c) ftehimiet eżistenti u futuri ta’ kummerċ ħieles li jkopru fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom kwalunkwe wieħed mill-kategoriji ta’ prodotti elenkati fl-Anness I;

(d) effetti ta’ distorsjoni tal-kummerċ ta’ pajjiżi terzi li għandhom impatt fuq is-suq tal-azzar tal-Unjoni;

(e) jekk pajjiż terz jinstabx li qed jikser il-konvenzjonijiet tal-ILO jew il-ftehimiet ambjentali multilaterali;

(f) kwalunkwe ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 dwar il-kwoti tariffarji miftuħa fir-rigward tal-kategoriji ta’ prodotti elenkati fl-Anness I;

(g) kwalunkwe ftehim internazzjonali jew fehim internazzjonali mhux vinkolanti li jindirizza l-livelli ta’ kapaċitajiet żejda globali għall-kategoriji ta’ prodotti elenkati fl-Anness I;

(h) diversifikazzjoni ta’ sorsi tal-provvista;

(i) is-sitwazzjoni ta’ pajjiż kandidat tal-Unjoni li qed jiffaċċja sitwazzjoni ta’ sigurtà eċċezzjonali u immedjata, b’mod partikolari meta qabel ikun ibbenefika minn aċċess preferenzjali għas-suq tal-azzar tal-Unjoni għall-kategoriji ta’ prodotti elenkati fl-Anness I;

(j) informazzjoni miġbura fl-applikazzjoni tal-Artikolu 4.

2. Meta l-Kummissjoni tkun applikat miżuri ta’ salvagwardja bilaterali skont l-Artikolu 6 li jinvolvu kwoti tariffarji, l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiddistribwixxu ammont ta’ kwoti tariffarji li jikkorrispondi għall-kwoti tariffarji miftuħa bħala parti minn dawk il-miżuri ta’ salvagwardja bilaterali.

3. Meta l-miżuri restrittivi adottati skont l-Artikolu 29 tat-TUE u l-Artikolu 215 tat-TFUE jipprojbixxu l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ kategorija waħda jew aktar ta’ prodotti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiddistribwixxu kwoti tariffarji lil dawk il-pajjiżi terzi għal dawk il-kategoriji ta’ prodotti.

4. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(2). L-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2026.

5. Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-ħtieġa li jiġi żgurat li kwoti tariffarji elenkati fl-Anness II jiġu distribwiti sal-1 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(3).

Artikolu 6 B’deroga mir-Regolament (UE) 2019/287, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li japplikaw miżuri ta’ salvagwardja bilaterali fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li joriġinaw f’dawk il-pajjiżi li magħhom l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim ta’ kummerċ ħieles. Dawk il-miżuri ta’ salvagwardja bilaterali għandhom jikkonformaw mal-ftehim ta’ kummerċ ħieles applikabbli u għandhom iqisu l-interessi tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 7(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-ħtieġa li jiġi żgurat li l-miżuri ta’ salvagwardja bilaterali jkunu jistgħu japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(3).

Artikolu 7

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ stabbilit permezz tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2015/1843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 8

1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9 biex temenda l-volumi ta’ kwoti tariffarji elenkati fl-Anness II, filwaqt li tiżgura li l-valur totali tagħhom ma jkun la anqas minn 14400000 tunnellata u lanqas ogħla minn 22200000 tunnellata. Il-Kummissjoni għandha tqis l-interess tal-Unjoni u, kif applikabbli, l-elementi li ġejjin:

1.

(a) l-evoluzzjoni tad-domanda

(b) il-bidliet fl-ishma tas-suq tal-importazzjoni;

(c) l-iżviluppi sinifikanti fil-kapaċità żejda globali;

(d) il-perkors tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-azzar fl-Unjoni;

(e) l-evoluzzjoni u l-firxa tal-miżuri ta’ pajjiżi terzi li għandhom impatt fuq l-importazzjonijiet tal-azzar;

(f) il-kwistjonijiet potenzjali ta’ disponibbiltà tal-provvista f’ ċerti kategoriji ta’ prodotti marbuta ma’ kapaċità insuffiċjenti faċilment disponibbli fl-Unjoni f’ċerti kategoriji ta’ prodotti meta mqabbla mad-domanda, u ma’ żidiet sinifikanti relatati fil-prezzijiet, li jħallu impatt negattiv fuq l-industriji downstream tal-Unjoni;

(g) l-objettivi tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni tal-Unjoni;

(h) l-effetti ta’ esklużjoni bla bżonn f’ċerti kwoti tariffarji;

2. Meta, fil-każ ta’ bidliet f’daqqa fis-swieq tal-kategoriji tal-prodotti elenkati fl-Anness I, ikun meħtieġ li dan ir-Regolament jiġi emendat malajr u jekk raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 10 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 9

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin mit-25 ta’ Ġunju 2026. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 8 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet .

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 10

1. Atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu, għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 11 Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli punt ta’ kuntatt online. L-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni jistgħu jużaw dak il-punt ta’ kuntatt biex jitolbu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

1. Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li jiġi emendat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott biex jinkludi prodotti koperti mill-kodiċi ta’ Nomenklatura Magħquda (NM) stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87: Meta tinġabar biżżejjed evidenza fil-valutazzjoni tagħha li turi dik il-ħtieġa, il-Kummissjoni tista’ mingħajr dewmien żejjed tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Lulju 2026, tibda proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-operaturi ekonomiċi u l-Istati Membri.

1.

(a) 73030010, 73030090;

(b) 72292000, 72299020, 72299050, 72299090;

(c) 72230011, 72230019, 72230091, 72230099;

(d) 72141000, 72281050, 72284010, 72284090.

2. Sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li jiġi emendat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott, filwaqt li tqis b’mod partikolari jekk għandhiex tkopri wkoll prodotti li huma magħmula minn, jew li fihom, ammont sinifikanti ta’ azzar, inkluż bħala kwistjoni ta’ prijorità prodotti tal-ħadid u tal-azzar downstream ta’ mhux koperti mill-Anness I. Meta tinġabar biżżejjed evidenza fil-valutazzjoni tagħha li turi dik il-ħtieġa, il-Kummissjoni tista’, mingħajr dewmien żejjed, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3. Sat-30 ta’ Ġunju 2029 u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li jiġi emendat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni usa’ tal-kompetittività tal-Unjoni u tal-industrija tal-azzar tal-Unjoni, kemm l-atturi upstream kif ukoll dawk downstream, b’mod partikolari s-sitwazzjoni għall-SMEs, kif ukoll il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni tal-Unjoni. Meta jkun hemm tfixkil sinifikanti fis-suq jew bidliet f’daqqa fix-xejriet kummerċjali globali, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni aktar bikrija.

4. Għall-fini tal-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tibda proċess ta’ konsultazzjoni f’waqtu mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-operaturi ekonomiċi u l-Istati Membri.

5. Sat-30 ta’ Ġunju 2028, il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 4, għandha tivvaluta jekk huwiex meħtieġ li l-pajjiż tat-tidwib u tat-tferrigħ jiġi nominat bħala l-bażi biex jibbenefika mill-kwoti tariffarji previsti f’dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Sat-30 ta’ Ġunju 2029 u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-effettività ta’ dan ir-Regolament, wara li tkun wettqet konsultazzjonijiet wiesgħa mal-partijiet ikkonċernati tul il-katina tal-valur tal-azzar. Tali evalwazzjoni għandha tqis: Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda dan ir-Regolament.

6.

(a) il-persistenza taċ-ċirkostanzi li ġġustifikaw l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b) l-interess tal-Unjoni; u

(c) is-sitwazzjoni tal-industrija tal-azzar tal-Unjoni, inklużi

(c)

(i) il-livelli tal-prezzijiet u l-użu tal-kapaċità;

(ii) l-impatt fuq l-industriji upstream u downstream, kif ukoll fuq il-konsumaturi finali fl-Unjoni; u

(iii) il-perkors tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-azzar fl-Unjoni.

7. Sat-30 ta’ Ġunju 2028 u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jsir pubbliku.

Artikolu 13 Ir-Regolament (UE) 2020/2170 huwa emendat kif ġej:

Artikolu 13

(1) fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: Il-merkanzija elenkata fl-Anness li toriġina mir-Renju Unit u li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2026/1384 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett minn partijiet oħra tar-Renju Unit għandha tkun eliġibbli wkoll għal trattament skont il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni jekk dik il-merkanzija tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq.

(2) L-Artikolu 1a huwa sostitwit b’dan li ġej:

(2)

Artikolu 1a Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 1b, li jemendaw dan ir-Regolament sabiex mal-lista stabbilita fl-Anness jiżdiedu ċerti kategoriji ta’ merkanzija li toriġina mir-Renju Unit u li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2026/1384, li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett minn partijiet oħra tar-Renju Unit dment li r-Renju Unit ikun wera b’mod sodisfaċenti lill-Unjoni l-ħtieġa li dik il-merkanzija tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Irlanda ta’ Fuq..

Artikolu 14 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2026. Madankollu:

Artikolu 14

(a) l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (i), l-Artikolu 5(2) sa (5), u l-Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw mit-25 ta’ Ġunju 2026;

(b) l-Artikolu 4(1) għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2026;

(c) l-Artikolu 5(1), il-punt (j), għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2027.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Strażburgu, is-17 ta’ Ġunju 2026. Għall-Parlament Ewropew Il-President R. Metsola Għall-Kunsill Il-President M. Raouna

ANNEX

ANNESS I KATEGORIJI TA’ PRODOTTI KOPERTI MINN DAN IR-REGOLAMENT

Numru tal-kategorija tal-prodott Isem il-kategorija tal-prodott Kodiċi NΜ 1A Folji u Strixxi Mhux Illigati u Oħrajn Illigati Illaminati bis-Sħana 72081000, 72082500, 72082600, 72082700, 72083600, 72083700, 72083800, 72083900, 72084000, 72085210, 72085299, 72085310, 72085390, 72085400, 72111300, 72111400, 72111900, 72251910, 72253010, 72253030, 72253090, 72254015, 72254090, 72261910, 72269120, 72269191, 72269199 1B Folji u Strixxi Mhux Illigati u Oħrajn Illigati Illaminati bis-Sħana 72126000 2 Folji Mhux Illigati u Oħrajn Illigati Llaminati bil-Kesħa 72091500, 72091690, 72091790, 72091891, 72092500, 72092690, 72092790, 72092890, 72099020, 72099080, 72112320, 72112330, 72112380, 72112900, 72119020, 72119080, 72255020, 72255080, 72262000, 72269200 3A Folji Elettriċi (għajr GOES) 72091610, 72091710, 72091810, 72092610, 72092710, 72092810 3B 72251990, 72261980 4A Folji Miksija Metalliċi 72125020 Kodiċijiet TARIC: 7210410020, 7210410030, 7210490020, 7210490030, 7210610020, 7210610030, 7210690020, 7210690030, 7212300020, 7212300030, 7212506120, 7212506130, 7212506920, 7212506930, 7225920020, 7225920030, 7225990011, 7225990022, 7225990023, 7225990041, 7225990045, 7225990091, 7225990092, 7225990093, 7226993010, 7226993030, 7226997011, 7226997013, 7226997091, 7226997093, 7226997094 4B Folji Miksija Metalliċi 72102000, 72103000, 72109080, 72122000, 72125030, 72125040, 72125090, 72259100, 72269910 kodiċijiet TARIC: 7210410080, 7210490080, 7210610080, 7210690080, 7212300080, 7212506180, 7212506980, 7225920080, 7225990025, 7225990095, 7226993090, 7226997019, 7226997096 5 Folji Miksija Organiċi 72107080, 72124080 6 Prodotti Stanjati 72091899, 72101100, 72101220, 72101280, 72105000, 72107010, 72109040, 72121010, 72121090, 72124020 7 Pjanċi Kwarto Mhux Illigati u Oħrajn Illigati 72085120, 72085191, 72085198, 72085291, 72089020, 72089080, 72109030, 72254012, 72254040, 72254060 8 Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Llaminati bis-Sħana 72191100, 72191210, 72191290, 72191310, 72191390, 72191410, 72191490, 72192210, 72192290, 72192300, 72192400, 72201100, 72201200 9 Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Llaminati bil-Kesħa 72193100, 72193210, 72193290, 72193310, 72193390, 72193410, 72193490, 72193510, 72193590, 72199020, 72199080, 72202021, 72202029, 72202041, 72202049, 72202081, 72202089, 72209020, 72209080 10 Pjanċi Kwatro Inossidabbli Llaminati bis-Sħana 72192110, 72192190 12 Forom tal-Metall u Forom Ħfief Mhux Illigati u Oħrajn Illigati 72143000, 72149110, 72149190, 72149931, 72149939, 72149950, 72149971, 72149979, 72149995, 72159000, 72161000, 72162100, 72162200, 72164010, 72164090, 72165010, 72165091, 72165099, 72169900, 72281020, 72282010, 72282091, 72283020, 72283041, 72283049, 72283061, 72283070, 72283089, 72286020, 72286080, 72287010, 72287090, 72288000 kodiċi TARIC: 7228306999 13 Vireg tar-rinforz 72142000, 72149910 kodiċi TARIC: 7228306911 14 Żbarri Inossidabbli u Forom Ħfief 72221111, 72221119, 72221181, 72221189, 72221910, 72221990, 72222011, 72222019, 72222021, 72222029, 72222031, 72222039, 72222081, 72222089, 72223051, 72223091, 72223097, 72224010, 72224050, 72224090 15 Vireg tal-Wajer Inossidabbli 72210010, 72210090 16 Vireg tal-Wajer Mhux Illigati u Oħrajn Illigati 72131000, 72132000, 72139110, 72139120, 72139141, 72139149, 72139170, 72139190, 72139910, 72139990, 72271000, 72272000, 72279010, 72279050, 72279095 17 Angoli, Forom u Qatgħat tal-Ħadid jew tal-Azzar Mhux Illigat 72163110, 72163190, 72163211, 72163219, 72163291, 72163299, 72163310, 72163390 18 Gzuz ta’ Pjanċi 73011000 19 Materjali tal-Ferrovija 73021022, 73021028, 73021040, 73021050, 73024000 20 Pajpijiet tal-gass 73063041, 73063049, 73063072, 73063077 21 Profili kavati 73066110, 73066192, 73066199 22 Tubi u Pajpijiet Inossidabbli Mingħajr Saldatura 73041100, 73042200, 73042400, 73044100, 73044983, 73044985, 73044989 24 Tubi Oħrajn Mingħajr Saldatura 73041910, 73041930, 73041990, 73042300, 73042910, 73042930, 73042990, 73043120, 73043180, 73043950, 73043982, 73043983, 73043988, 73045181, 73045189, 73045930, 73045982, 73045983, 73045989, 73049000 25.A Tubi wweldjati kbar 73051100, 73051200 25.B 73051900, 73052000, 73053100, 73053900, 73059000 26 Pajpijiet Iwweldjati Oħra 73061100, 73061900, 73062100, 73062900, 73063012, 73063018, 73063080, 73064020, 73064080, 73065021, 73065029, 73065080, 73066910, 73066990, 73069000 27 Żbarri mhux Illigati u oħrajn illigati b’finatura bil-kesħa 72151000, 72155011, 72155019, 72155080, 72281090, 72282099, 72285020, 72285040, 72285061, 72285069, 72285080 28 Wajer Mhux Illigat 72171010, 72171031, 72171039, 72171050, 72171090, 72172010, 72172030, 72172050, 72172090, 72173041, 72173049, 72173050, 72173090, 72179020, 72179050, 72179090

ANNESS II VOLUMI TA’ KWOTI TARIFFARJI GĦAL KULL KATEGORIJA TA’ PRODOTTI

Il-volum annwali totali tal-kwoti tariffarji għandu jkun 18345922 tunnellata. Numru tal-kategorija tal-prodott Isem il-kategorija tal-prodott Kodiċi NΜ Volum ta’ kwoti tariffarji (f’tunnellati) Livell ta’ dazju barra mill-kwota 1A Folji u Strixxi Mhux Illigati u Oħrajn Illigati Illaminati bis-Sħana 72081000, 72082500, 72082600, 72082700, 72083600, 72083700, 72083800, 72083900, 72084000, 72085210, 72085299, 72085310, 72085390, 72085400, 72111300, 72111400, 72111900, 72251910, 72253010, 72253030, 72253090, 72254015, 72254090, 72261910, 72269120, 72269191, 72269199 5198754 50 % 1B Folji u Strixxi Mhux Illigati u Oħrajn Illigati Illaminati bis-Sħana 72126000 4581 50 % 2 Folji Mhux Illigati u Oħrajn Illigati Llaminati bil-Kesħa 72091500, 72091690, 72091790, 72091891, 72092500, 72092690, 72092790, 72092890, 72099020, 72099080, 72112320, 72112330, 72112380, 72112900, 72119020, 72119080, 72255020, 72255080, 72262000, 72269200 1544759 50 % 3.A Folji Elettriċi (għajr GOES) 72091610, 72091710, 72091810, 72092610, 72092710, 72092810 612 50 % 3.B 72251990, 72261980 199079 50 % 4A Folji Miksija Metalliċi 72125020 TARIC kodiċijiet: 7210410020, 7210410030, 7210490020, 7210490030, 7210610020, 7210610030, 7210690020, 7210690030, 7212300020, 7212300030, 7212506120, 7212506130, 7212506920, 7212506930, 7225920020, 7225920030, 7225990011, 7225990022, 7225990023, 7225990041, 7225990045, 7225990091, 7225990092, 7225990093, 7226993010, 7226993030, 7226997011, 7226997013, 7226997091, 7226997093, 7226997094 1620686 50 % 4B Folji Miksija Metalliċi 72102000, 72103000, 72109080, 72122000, 72125030, 72125040, 72125090, 72259100, 72269910 kodiċijiet TARIC: 7210410080, 7210490080, 7210610080, 7210690080, 7212300080, 7212506180, 7212506980, 7225920080, 7225990025, 7225990095, 7226993090, 7226997019, 7226997096 1238995 50 % 5 Folji Miksija Organiċi 72107080, 72124080 627871 50 % 6 Prodotti Stanjati 72091899, 72101100, 72101220, 72101280, 72105000, 72107010, 72109040, 72121010, 72121090, 72124020 542840 50 % 7 Pjanċi Kwarto Mhux Illigati u Oħrajn Illigati 72085120, 72085191, 72085198, 72085291, 72089020, 72089080, 72109030, 72254012, 72254040, 72254060 1196903 50 % 8 Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Llaminati bis-Sħana 72191100, 72191210, 72191290, 72191310, 72191390, 72191410, 72191490, 72192210, 72192290, 72192300, 72192400, 72201100, 72201200 153186 50 % 9 Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Llaminati bil-Kesħa 72193100, 72193210, 72193290, 72193310, 72193390, 72193410, 72193490, 72193510, 72193590, 72199020, 72199080, 72202021, 72202029, 72202041, 72202049, 72202081, 72202089, 72209020, 72209080 496342 50 % 10 Pjanċi Kwatro Inossidabbli Llaminati bis-Sħana 72192110, 72192190 17025 50 % 12 Forom tal-Metall u Forom Ħfief Mhux Illigati u Oħrajn Illigati 72143000, 72149110, 72149190, 72149931, 72149939, 72149950, 72149971, 72149979, 72149995, 72159000, 72161000, 72162100, 72162200, 72164010, 72164090, 72165010, 72165091, 72165099, 72169900, 72281020, 72282010, 72282091, 72283020, 72283041, 72283049, 72283061 72283070, 72283089, 72286020, 72286080, 72287010, 72287090, 72288000 kodiċi TARIC: 7228306999 881735 50 % 13 Vireg tar-rinforz 72142000, 72149910 kodiċi TARIC: 7228306911 844526 50 % 14 Żbarri Inossidabbli u Forom Ħfief 72221111, 72221119, 72221181, 72221189, 72221910, 72221990, 72222011, 72222019, 72222021, 72222029, 72222031, 72222039, 72222081, 72222089, 72223051, 72223091, 72223097, 72224010, 72224050, 72224090 133595 50 % 15 Vireg tal-Wajer Inossidabbli 72210010, 72210090 40462 50 % 16 Vireg tal-Wajer Mhux Illigati u Oħrajn Illigati 72131000, 72132000, 72139110, 72139120, 72139141, 72139149, 72139170, 72139190, 72139910, 72139990, 72271000, 72272000, 72279010, 72279050, 72279095 1569532 50 % 17 Angoli, Forom u Qatgħat tal-Ħadid jew tal-Azzar Mhux Illigat 72163110, 72163190, 72163211, 72163219, 72163291, 72163299, 72163310, 72163390 184607 50 % 18 Gzuz ta’ Pjanċi 73011000 31263 50 % 19 Materjali tal-Ferrovija 73021022, 73021028, 73021040, 73021050, 73024000 16472 50 % 20 Pajpijiet tal-gass 73063041, 73063049, 73063072, 73063077 222413 50 % 21 Profili kavati 73066110, 73066192, 73066199 499493 50 % 22 Tubi u Pajpijiet Inossidabbli Mingħajr Saldatura 73041100, 73042200, 73042400, 73044100, 73044983, 73044985, 73044989 32967 50 % 24 Tubi Oħrajn Mingħajr Saldatura 73041910, 73041930, 73041990, 73042300, 73042910, 73042930, 73042990, 73043120, 73043180, 73043950, 73043982, 73043983, 73043988, 73045181, 73045189, 73045930, 73045982, 73045983, 73045989, 73049000 268901 50 % 25.A Tubi wweldjati kbar 73051100, 73051200 28749 50 % 25.B 73051900, 73052000, 73053100, 73053900, 73059000 83616 50 % 26 Pajpijiet Iwweldjati Oħra 73061100, 73061900, 73062100, 73062900, 73063012, 73063018, 73063080, 73064020, 73064080, 73065021, 73065029, 73065080, 73066910, 73066990, 73069000 250757 50 % 27 Żbarri mhux Illigati u oħrajn illigati b’finatura bil-kesħa 72151000, 72155011, 72155019, 72155080, 72281090, 72282099, 72285020, 72285040, 72285061, 72285069, 72285080 97315 50 % 28 Wajer Mhux Illigat 72171010, 72171031, 72171039, 72171050, 72171090, 72172010, 72172030, 72172050, 72172090, 72173041, 72173049, 72173050, 72173090, 72179020, 72179050, 72179090 317886 50 % Saret dikjarazzjoni fir-rigward ta’ dan ir-Regolament, li tinstab fil-ĠU C, C/2026/3336, 22.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3336/oj.

Versions

  1. 2026-06-17