Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1785 tat-23 ta’ Lulju 2026 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara li ġiet aċċettata talba għal trattament ta’ produttur esportatur ġdid

In forceVersion 2026-07-23from 2026-07-25
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2026/1785@2026-07-23/mt

Contents
  1. Preamble
  2. (4)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolament bażiku), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-Regolament oriġinali), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi, MIŻURI FIS-SEĦĦ

(1) Fis-16 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni imponiet dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (iċ-Ċina)(il-prodott ikkonċernat) permezz tar-Regolament oriġinali.

(2) Fl-investigazzjoni li wasslet għar-Regolament oriġinali (l-investigazzjoni oriġinali), il-kampjunar ġie applikat għall-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi fiċ-Ċina f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(3) Il-Kummissjoni imponiet rati individwali ta’ dazju anti-dumping li jvarjaw minn 22,1 % sa 48,8 % fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għall-produtturi esportaturi miċ-Ċina inklużi fil-kampjun. Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun, ġiet imposta rata ta’ dazju ta’ 39,6 %. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun huma elenkati fl-Anness tar-Regolament oriġinali. Barra minn hekk, ġiet imposta wkoll rata ta’ dazju mal-pajjiż kollu ta’ 86,5 % fuq il-prodott ikkonċernat minn kumpaniji fiċ-Ċina li jew ma ddikjarawx ruħhom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

(4) Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament oriġinali, l-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi emendat billi l-produttur esportatur ġdid jingħata r-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, jiġifieri r-rata tad-dazju ta’ 39,6 %, meta dan il-produttur esportatur ġdid fiċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni ta’ dan li ġej:

(4)

(a) ma jkunx esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali) (l-ewwel kundizzjoni għal NEPT);

(b) mhuwa relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fiċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament oriġinali u li kienu kkooperaw jew setgħu kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali (it-tieni kundizzjoni għal NEPT); miftuma

(c) ikun effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali jew ikun daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni (it-tielet kundizzjoni NEPT).

TALBA GĦAL TRATTAMENT TA’ PRODUTTUR ESPORTATUR ĠDID

(5) Fis-17 ta’ Settembru 2025, il-kumpanija Zhejiang Yitai Mechanical Technology Co., Ltd. (l-applikant) ippreżentat talba lill-Kummissjoni biex tingħata trattament ta’ produttur esportatur ġdid (NEPT, new exporting producer treatment) u għalhekk tkun soġġetta għar-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw fiċ-Ċina mhux inklużi fil-kampjun, fejn sostniet li ssodisfat it-tliet kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament oriġinali (it-talba).

(6) Biex jiġi ddeterminat jekk l-applikant issodisfax il-kundizzjonijiet biex jingħata NEPT kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament oriġinali (il-kundizzjonijiet għal NEPT), il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant fejn talbet evidenza li turi li hu ssodisfa l-kundizzjonijiet għal NEPT. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni infurmat lill-industrija tal-Unjoni bit-talba tal-applikant u stednitha tipprovdi l-kummenti tagħha. L-industrija tal-Unjoni, irrappreżentata mill-Istitut Ewropew tal-Elementi tal-Irbit Industrijali, ma ppreżentat l-ebda kumment fir-rigward tal-konformità tal-applikant mal-kundizzjonijiet għal NEPT.

(7) Wara l-analiżi tat-tweġiba tal-applikant għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali u evidenza ta’ sostenn, li ġiet ippreżentata mill-applikant. Wara li analizzat l-evidenza addizzjonali, il-Kummissjoni kkonsultat il-bażi tad-data online Orbis flimkien ma’ bażijiet tad-data Ċiniżi bħal Aichicha u Tianyancha għall-informazzjoni dwar il-kumpanija, u għamlet kontroverifika tal-informazzjoni kollha disponibbli ma’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet.

ANALIŻI TAT-TALBA

(8) Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni NEPT, il-Kummissjoni stabbiliet li l-applikant ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. Il-Kummissjoni ddeterminat li l-applikant ġie stabilit fl-2022, li kiseb liċenzja ta’ esportazzjoni fl-2023 u beda jesporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fl-2025.

(9) Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni għal NEPT, il-Kummissjoni stabbiliet li l-applikant ma huwa relatat mal-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fiċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament oriġinali.

(10) Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni għal NEPT, il-Kummissjoni stabbiliet li l-applikant esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni minn Mejju 2025, għalhekk wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali.

(11) L-applikant ipprovda dokumenti ta’ sostenn għal bejgħ u vjeġġi tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fl-2025. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-applikant issodisfa t-tielet kundizzjoni għal NEPT.

(12) Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-applikant issodisfa t-tliet kundizzjonijiet kollha biex jingħata n-NEPT, kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament oriġinali, u għalhekk it-talba jenħtieġ li tiġi aċċettata.

(13) Konsegwentement, jenħtieġ li l-applikant jkun soġġett għal dazju anti-dumping ta’ 39,6 % għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali.

(14) Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament oriġinali jiġi emendat kif xieraq.

DIVULGAZZJONI

(15) Fit-28 ta’ Mejju 2026, l-applikant u l-industrija tal-Unjoni kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom tqies li jkun xieraq li tingħata r-rata tad-dazju anti-dumping applikabbli lill-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali lill-applikant.

(16) Il-partijiet interessati kollha, jiġifieri l-industrija tal-Unjoni u l-applikant, ingħataw il-possibbiltà li jibagħtu xi kummenti. Ma wasal l-ebda kumment.

(17) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-kumpanija li ġejja tiżdied mal-lista ta’ kumpaniji li kkoperaw u li mhumiex fil-kampjun: Pajjiż Isem Kodiċi addizzjonali TARIC Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Zhejiang Yitai Mechanical Technology Co., Ltd 88ES

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2026. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2026-07-23