Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/180 tad-19 ta’ Jannar 2026 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1426, (UE) 2024/221, (UE) 2023/1333, (UE) 2024/1058, (UE) 2023/1342, (UE) 2024/778, (UE) 2024/2177, (UE) 2019/805, (UE) 2020/163, (UE) 2021/1431 u (UE) 2025/161 fir-rigward ta’ isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-addittivi tal-għalf (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2026-01-19from 2026-02-11
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2026/180@2026-01-19/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1426
  3. Artikolu 2 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/221
  4. Artikolu 3 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1333
  5. Artikolu 4 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1058
  6. Artikolu 5 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1342
  7. Artikolu 6 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/778
  8. Artikolu 7 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2177
  9. Artikolu 8 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/805
  10. Artikolu 9 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/163
  11. Artikolu 10 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1431
  12. Artikolu 11 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/161
  13. Artikolu 12 Miżura tranżizzjonali
  14. Artikolu 13 Dħul fis-seħħ

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1) Il-proteażi serinika, l-endo-1,4-beta-ksilanażi, l-endo-1,3(4)-beta-glukanażi u l-endo-1,4-beta-glukanażi, l-endo-1,3(4)-beta-glukanażi, l-endo–1,4-beta-ksilanażi, 6-fitażi, il-proteażi, u l-muramidażi ġew awtorizzati bħala addittivi tal-għalf (l-addittivi tal-għalf ikkonċernati) għal speċijiet tal-annimali differenti bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1426, (UE) 2024/221, (UE) 2023/1333, (UE) 2024/1058, (UE) 2023/1342, (UE) 2024/778, (UE) 2024/2177, (UE) 2019/805, (UE) 2020/163, (UE) 2021/1431 and (UE) 2025/161.

(2) Id-detentur tal-awtorizzazzjonijiet għall-addittivi tal-għalf ikkonċernati, DSM Nutritional Products Ltd., ressaq applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 bil-proposta li isem id-detentur tal-awtorizzazzjonijiet għall-addittivi tal-għalf ikkonċernati jinbidel għal Novozymes A/S.

(3) Il-bidla proposta tat-termini tal-awtorizzazzjonijiet hija ta’ natura purament amministrattiva u ma tirrikjedix valutazzjoni ġdida tal-addittivi tal-għalf ikkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni.

(4) Biex Novozymes A/S titħalla tisfrutta d-drittijiet biex tintroduċi dak l-addittiv fis-suq, huwa neċessarju li jkun hemm bidla fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet ikkonċernati.

(5) Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1426, (UE) 2024/221, (UE) 2023/1333, (UE) 2024/1058, (UE) 2023/1342, (UE) 2024/778, (UE) 2024/2177, (UE) 2019/805, (UE) 2020/163, (UE) 2021/1431 u (UE) 2025/161 jiġu emendati kif xieraq.

(6) Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-emendi li jagħmel dan ir-Regolament, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti tal-addittivi tal-għalf ikkonċernati.

(7) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1426

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1426 huwa emendat kif ġej:

(1) fit-titolu, l-isem DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentata fl-Unjoni minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o. huwa sostitwit b’Novozymes A/S;

(2) fit-tieni kolonna tal-Anness, l-isem DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentata fl-Unjoni minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o. huwa sostitwit b’Novozymes A/S.

Artikolu 2 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/221

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/221 huwa emendat kif ġej:

(1) fit-titolu, l-isem DSM Nutritional Products huwa sostitwit b’Novozymes A/S;

(2) fit-tieni kolonna tal-Anness, l-isem DSM Nutritional Products huwa sostitwit b’Novozymes A/S.

Artikolu 3 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1333

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1333 huwa emendat kif ġej:

(1) fit-titolu, l-isem DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o. huwa sostitwit b’Novozymes A/S;

(2) fit-tieni kolonna tal-Anness, l-isem DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o. huwa sostitwit b’Novozymes A/S.

Artikolu 4 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1058

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1058 huwa emendat kif ġej:

(1) fit-titolu, l-isem DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentata minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o. huwa sostitwit b’Novozymes A/S;

(2) fit-tieni kolonna tal-Anness, l-isem DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentata minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o. huwa sostitwit b’Novozymes A/S.

Artikolu 5 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1342

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1342 huwa emendat kif ġej:

(1) fit-titolu, l-isem DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o. huwa sostitwit b’Novozymes A/S;

(2) fit-tieni kolonna tal-Anness, l-isem DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o. huwa sostitwit b’Novozymes A/S.

Artikolu 6 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/778

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/778 huwa emendat kif ġej:

(1) fit-titolu, l-isem DSM Nutritional Products Ltd huwa sostitwit b’Novozymes A/S;

(2) fit-tieni kolonna tal-Anness, l-isem DSM Nutritional Products Ltd huwa sostitwit b’Novozymes A/S.

Artikolu 7 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2177

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2177 huwa emendat kif ġej:

(1) fit-titolu, l-isem DSM Nutritional Products Ltd., rappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o. huwa sostitwit b’Novozymes A/S;

(2) fit-tieni kolonna tal-Anness, l-isem DSM Nutritional Products Ltd., rappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o. huwa sostitwit b’Novozymes A/S.

Artikolu 8 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/805

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/805 huwa emendat kif ġej:

(1) fit-titolu, l-isem DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentat fl-UE minn DSM Nutritional Products Sp. Z o.o huwa sostitwit b’Novozymes A/S;

(2) fit-tieni kolonna tal-Anness, l-isem DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentat fl-UE minn DSM Nutritional Products Sp. Z o.o huwa sostitwit b’Novozymes A/S.

Artikolu 9 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/163

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/163 huwa emendat kif ġej:

(1) fit-titolu, l-isem DSM Nutritional Products Ltd. rappreżentata fl-Unjoni minn DSM Nutritional Products Sp. Z o.o huwa sostitwit b’Novozymes A/S;

(2) fit-tieni kolonna tal-Anness, l-isem DSM Nutritional Products Ltd. rappreżentata fl-Unjoni minn DSM Nutritional Products Sp. Z o.o huwa sostitwit b’Novozymes A/S.

Artikolu 10 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1431

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1431 huwa emendat kif ġej:

(1) fit-titolu, l-isem DSM Nutritional Products Ltd, irrappreżentata fl-Unjoni minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o. huwa sostitwit b’Novozymes A/S;

(2) fit-tieni kolonna tal-Anness, l-isem DSM Nutritional Products Ltd, irrappreżentata fl-Unjoni minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o. huwa sostitwit b’Novozymes A/S.

Artikolu 11 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/161

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/161 huwa emendat kif ġej:

(1) fit-titolu, l-isem DSM Nutritional Products Ltd, irrappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o. huwa sostitwit b’Novozymes A/S;

(2) fit-tieni kolonna tal-Anness, l-isem DSM Nutritional Products Ltd, irrappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o. huwa sostitwit b’Novozymes A/S.

Artikolu 12 Miżura tranżizzjonali

L-addittivi tal-għalf ikkonċernati, prodotti u ttikkettati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-regoli applikabbli qabel dik id-data, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Artikolu 13 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2026. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2026-01-19