Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1810 tal-24 ta’ Lulju 2026 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/901 fir-rigward taż-żieda tas-sustanzi ketokonażol, midażolam u sevofluran, u r-Regolament (KE) Nru 1950/2006 fir-rigward tat-tħassir tas-sustanzi diġossina, dorżolammid, griseofulvina, imiprammina, ketokonażol, fenitoina u tikarċillina (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2026-07-24from 2026-07-28
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2026/1810@2026-07-24/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/901
  3. Artikolu 2 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1950/2006
  4. Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
  5. ANNEX
  6. I.
  7. II.
  8. III.
  9. IV.
  10. V.
  11. VI.
  12. VII.
  13. VIII.
  14. IX.
  15. X.
  16. XI.
  17. XII.
  18. XIII.
  19. XIV.
  20. XV.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 115(5) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/901 jistabbilixxi lista ta’ sustanzi essenzjali għat-trattament tal-ispeċijiet ekwini, jew li jġibu benefiċċju kliniku miżjud meta mqabbla ma’ alternattivi oħra ta’ trattament li hemm disponibbli għall-ispeċijiet ekwini u li għalihom il-perjodu tal-irtirar għall-ispeċijiet ekwini għandu jkun sitt xhur.

(2) Skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/901, sustanza tikkwalifika biss bħala sustanza essenzjali meta ma tkun disponibbli l-ebda alternattiva sodisfaċenti ta’ trattament jew dijanjożi ta’ indikazzjoni u meta l-kundizzjoni, jekk ma tiġix trattata, toħloq tbatija bla bżonn lill-annimal. Sustanza tikkwalifika biss bħala li ġġib benefiċċju kliniku miżjud meta tipprovdi vantaġġ klinikament rilevanti bbażat fuq effikaċja jew sikurezza mtejba jew kontribut ewlieni għat-trattament jew għad-dijanjożi. Dan jista’ jkun ir-riżultat, fost l-oħrajn, ta’ modi differenti ta’ azzjoni, ta’ profili farmakokinetiċi jew farmakodinamiċi differenti, ta’ tulijiet differenti tat-trattament jew ta’ rotot differenti ta’ amministrazzjoni.

(3) Minn kemm ilu li ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/901, ħarġet informazzjoni ġdida li tindika li l-griseofulvina, il-ketokonażol, il-midażolam, ir-rifampiċina u s-sevofluran jaf jissodisfaw il-kriterji għas-sustanzi essenzjali jew iġibu benefiċċju kliniku miżjud meta mqabbla ma’ alternattivi oħra ta’ trattament disponibbli għall-ispeċijiet ekwini meta jintużaw għal indikazzjonijiet speċifiċi.

(4) Il-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (l-Aġenzija) teżamina dik l-informazzjoni u tipprovdi gwida f’konformità mal-Artikolu 141(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2019/6. Fil-gwida riżultanti tagħha, l-Aġenzija kkonkludiet li s-sustanzi griseofulvina, ketokonażol, midażolam u sevofluran jistgħu jitqiesu essenzjali jew li jġibu benefiċċju kliniku miżjud meta mqabbla ma’ alternattivi oħra ta’ trattament disponibbli għall-ispeċijiet ekwini meta jintużaw għall-indikazzjonijiet proposti.

(5) Bħala parti mit-talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija vvalutat ukoll jekk perjodu tal-irtirar ta’ sitt xhur ikunx biżżejjed fir-rigward tal-annimali ekwini ttrattati bis-sustanzi misjuba essenzjali jew li jġibu benefiċċju kliniku miżjud għall-indikazzjonijiet proposti. L-Aġenzija ma setgħetx teskludi r-riskji assoċjati mal-griseofulvina u mal-ketokonażol meta jintużaw għall-indikazzjonijiet proposti kollha jew għal uħud minnhom, għal kull waħda minn dawk is-sustanzi, anki jekk jiġi osservat perjodu tal-irtirar ta’ sitt xhur. Il-parir xjentifiku tal-Aġenzija, li serva ta’ tagħrif għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/901, wasal għal konklużjonijiet simili fir-rigward tad-diġossina, id-dorżolammid, l-imiprammina u l-fenitoina.

(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1950/2006 jibqa’ japplika sal-21 ta’ Mejju 2027. Biex jinżamm livell għoli ta’ sikurezza tal-konsumaturi, jixraq jieqaf l-użu ta’ dawk is-sustanzi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1950/2006.

(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1255 irriżerva l-klassi tal-karbossipeniċillini għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin. Għalhekk, l-użu tas-sustanza tikarċillina fl-annimali mhuwiex permess fl-Unjoni. Peress li r-Regolament (KE) Nru 1950/2006 japplika sal-21 ta’ Mejju 2027 u biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali għall-awtoritajiet kompetenti, għall-veterinarji, għall-indokraturi tal-annimali u għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati, jixraq li dik is-sustanza titneħħa mil-lista fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1950/2006.

(8) Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2025/901 u r-Regolament (KE) Nru 1950/2006 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(9) Biex ikunu evitati r-riskju għas-sikurezza tal-konsumaturi, tiżdied id-disponibbiltà tal-prodotti mediċinali għall-annimali li jipproduċu l-ikel tal-ispeċijiet ekwini, u tkun evitata tbatija inaċċettabbli lil dawk l-annimali, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(10) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/901

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/901 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1950/2006

L-entrati tas-sustanzi diġossina, dorżolammid, griseofulvina, imiprammina, ketokonażol, fenitoina u tikarċillina fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1950/2006 għandhom jitħassru.

Artikolu 3 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2026. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS Gruppi ta’ sustanzi

I.

Anestetiċi Sustanza attiva Indikazzjonijiet Identifikazzjoni ta’ alternattivi Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi Ossibuprokainaa Anesteżija topika lokali għall-użu fl-għajnejn Mhi identifikata l-ebda alternattiva Esperjenza klinika estensiva Prilokainab Anesteżija topika lokali qabel injezzjoni intravenuża jew kateterizzazzjoni Lidokaina Fi preparati speċifiċi (taħlita ewtettika ta’ anestetiċi lokali), għal applikazzjoni topika fuq il-ġilda; tista’ tintuża biex tiffaċilita l-injezzjoni intravenuża jew il-kateterizzazzjoni Sevofluranb Induzzjoni tal-anesteżija fil-moħor. Isofluran Aktar adattat għall-induzzjoni tal-maskri bħala inqas punġenti mill-alternattiva

II.

Analġeżiċi Sustanza attiva1 Indikazzjonijiet Identifikazzjoni ta’ alternattivi Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi Bromfenakb Trattament tal-uveite u tal-infjammazzjoni okulari Mediċini antinfjammatorji nonsterojdali (NSAIDs) sistemiċi (eż. flunissin); ketorolak topiku (okulari) NSAIDs topiċi jistgħu jnaqqsu l-iskumdità għall-pazjenti, inaqqsu l-infjammazzjoni wara operazzjoni, jipprevjenu l-mijożi, u jtejbu l-akutezza tal-vista fl-ewwel mumenti wara operazzjoni Fentanilb Approċċ multimodali għal kundizzjonijiet li jikkawżaw uġigħ akut minn moderat sa sever Butorfanol, morfina Tipproduċi analġeżija aħjar minn ċerti oppjojdi oħra u tista’ tintuża għal kundizzjonijiet li jikkawżaw uġigħ qawwi; valur rikonoxxut għall-użu f’approċċi multimodali Ketorolakb Trattament tal-uġigħ u l-infjammazzjoni fl-għajnejn Terapija bl-NSAIDs sistemiċi (eż. flunissin) Ifformulata għal applikazzjoni lokali Metokarbamolb Bħala parti mill-protokolli ta’ trattament fi spażmi tal-muskoli li jikkawżaw uġigħ sever jew f’kundizzjonijiet ta’ infjammazzjoni severa fil-muskoli NSAIDs sistemiċi (eż. flunissin) Rilassament qawwi tal-muskoli skeletriċi; azzjoni speċifika fuq l-internewruni tas-sinsla tad-dahar biex jitnaqqsu l-ispażmi akuti tal-muskoli skeletriċi mingħajr alterazzjoni konkomitanti fit-ton muskolari Morfinab Analġeżija Butorfanol, fentanil Aktar qawwija minn analġeżiċi oħra Aċetonur tat-triamċinolonb Trattament ta’ infjammazzjoni tal-ġogi Metilprednisolon Inqas effetti ta’ ħsara fuq il-metaboliżmu tal-qarquċa

III.

Antimikrobiċi Sustanza attiva1 Indikazzjonijiet Identifikazzjoni ta’ alternattivi Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi I. Antibijotiċi Amikaċinab Trattament tas-sepsi fiż-żwiemel u fil-moħor Ġentamiċina, ċeftijofur Profil ta’ sikurezza aħjar fl-annimal fil-mira Ażitromiċinab Trattament ta’ infezzjonijiet tar-Rhodococcus equi suxxettibbli għall-ażitromiċina Klaritromiċina, eritromiċina, gamitromiċina, tulatromiċina, dossiċiklina Benefiċċju kliniku miżjud f’każijiet ta’ infezzjonijiet tar-Rhodococcus equi fil-moħor li jistgħu jissolvew b’monoterapija jew flimkien mad-dossiċiklina Klaritromiċinab Trattament ta’ infezzjonijiet ar-Rhodococcus equi suxxettibbli għall-klaritromiċina Ażitromiċina, eritromiċina, gamitromiċina, tulatromiċina, dossiċiklina Aktar attiva kontra r-Rhodococcus equi in vitro mill-eritromiċina jew l-ażitromiċina; tikseb konċentrazzjonijiet akbar fil-fluwidu tal-inforra epiteljali pulmonari u fil-makrofagi alveolari meta mqabbla mal-eritromiċina jew mal-ażitromiċina, għalkemm in-nofs ħajja hu iqsar Aċidu fusidikub Trattament topiku tal-infezzjonijiet fl-għajnejn ikkawżati minn batterji gram-pożittivi suxxettibbli għall-aċidu fusidiku Oflossaċina, mossiflossaċina Spettru wiesa’ għat-trattament tal-infezzjonijiet gram-pożittivi; għażla primarja f’ulċeri korneali superfiċjali u mhux ikkumplikati u f’konġuntivite akuta fiż-żwiemel Mossiflossaċinab Trattament topiku tal-infezzjonijiet esterni fl-għajnejn ikkawżati minn cocci gram-pożittivi u minn batterji gram-negattivi, atipiċi u anaerobiċi, bħall-Pseudomonas aeruginosa suxxettibbli għall-mossiflossaċina Oflossaċina Profil farmakokinetiku vantaġġjuż; l-ispettru tal-attività jinkludi koċċi gram-pożittivi u batterji anaerobiċi li jistgħu jkunu reżistenti għal kinoloni oħra Oflossaċinab Trattament tal-infezzjonijiet esterni fl-għajnejn ikkawżati minn mikroorganiżmi gram-pożittivi u gram-negattivi suxxettibbli għall-oflossaċina Mossiflossaċina Esperjenza klinika; tippenetra l-kornea kollha sal-qafas anterjuri tal-għajn Polimiksina Bb Trattament tal-keratite batterika, użu topiku Oflossaċina, mossiflossaċina Alternattiva effettiva għat-trattamenti sistemiċi; mekkaniżmu ta’ azzjoni differenti għal alternattivi topiċi oħra II. Antifungali Amfoteriċina Ba Trattament tal-pulmonite fungali, użu sistemiku Mhi identifikata l-ebda alternattiva Trattament tal-għażla Ketokonażolb Terapija aġġuntiva fil-kura ta’ mikożi tal-borża mnaddfa, użu topiku Enilkonażol Inqas irritanti meta mqabbla mal-alternattiva; ifformulata għal applikazzjoni lokali Mikonażolb Trattament ta’ infezzjoni fungali tal-għajn Natamiċina, nistatina, vorikonażol Spettru wiesa’ ta’ attività; inqas irritanti meta mqabbla ma’ antifungali topiċi oħra Nistatinab Trattament ta’ infezzjonijiet fungali u kandidjażi tal-għajn u tal-apparat ġenitali Mikonażol Trattament tal-għażla għall-kandidjażi Vorikonażolb Trattament tal-keratite fungali, użu topiku Mikonażol Spettru wiesa’ ta’ attività III. Antivirali Aċiklovirb Trattament tal-każijiet ta’ infezzjoni tal-virus tal-erpete ekwina assoċjati ma’ kumplikazzjonijiet, użu topiku biss Ganċiklovir Trattament tal-għażla għall-ulċeri okulari meta tkun suspettata l-implikazzjoni ta’ patoġenu virali Ganċiklovirb Trattament tal-każijiet ta’ infezzjoni tal-virus tal-erpete ekwina assoċjati ma’ kumplikazzjonijiet, użu topiku Aċiklovir, valaċiklovir Ħemel ta’ evidenza għat-trattament ta’ tipi differenti ta’ virus li jikkawżaw infezzjonijiet erpetiċi Valaċiklovirb Trattament tal-każijiet ta’ infezzjonijiet tal-virus tal-erpete ekwina, użu orali Aċiklovir Profil farmakokinetiku aħjar u rotta differenti ta’ amministrazzjoni

IV.

Sustanzi għad-disturbi respiratorji Sustanza attiva1 Indikazzjonijiet Identifikazzjoni ta’ alternattivi Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi Ambrossolb Stimulazzjoni ta’ aġent tensjoattiv f’moħor prematuri Sterojdi, bromeżina, dembreżina, trasferiment ta’ aġent tensjoattiv minn donatur f’saħħtu Għażla klinika ppreferuta għall-moħor prematuri Flutikażonb Kontroll ta’ mard pulmonari allerġiku, inkluż każijiet ħfief sa moderati ta’ ażma ekwina u sottotipi permezz tal-inalazzjoni Beklometażon L-inalazzjoni twassal għal inqas soppressjoni adrenokortikali, ritorn għan-normal aktar malajr wara tmiem it-terapija u inqas effetti sekondarji sistemiċi meta mqabbla mat-terapija kortikosterojde sistemika minħabba l-assorbiment sistemiku limitat tagħha; indikat b’mod speċjali għall-kontroll ta’ ażma ħafifa sa moderata u ta’ ażma severa rifrattarja kif ukoll għal terapija ta’ manutenzjoni fit-tul Bromid tal-ipratropjub Bħala bronkdilatur fiż-żwiemel b’ażma ħafifa sa moderata Klenbuterol Azzjoni antikolinerġika, bħala alternattiva għall-beta-agonisti Ossimetażolinab Trattament tal-edema nażali Fenilefrina Agonista alfaadrenoċettur bi proprjetajiet vażokostrettivi qawwija u b’effett li jdum jaħdem aktar Fenilefrinab Trattament tal-edema nażali Ossimetażolina Tnaqqas il-ħtieġa li jiddaħħlu tubi nażali waqt l-irkupru

V.

Sustanzi għall-kardjoloġija Sustanza attiva1 Indikazzjonijiet Identifikazzjoni ta’ alternattivi Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi Amjodaronb Trattament sistemiku u orali tal-fibrillazzjoni atrijali u tat-takikardija sopraventrikolari u ventrikolari Sulfat/glukonat tal-kinidina, sotalol, verapamil Mod differenti ta’ azzjoni: aġent antiaritmiku tal-klassi III Propafenonb Trattament tat-takikardija ventrikolari u tat-takjaritmija ventrikolari Sulfat/glukonat tal-kinidina Mod differenti ta’ azzjoni: antagonista tal-kanal tas-sodju li jnaqqas l-eċċitabbiltà tal-qalb Kinaprila Trattament tal-insuffiċjenza kardijaka; protezzjoni kardjovaskulari fiż-żwiemel b’fibrillazzjoni atrijali (AF, atrial fibrillation) jew b’rifluss mitrali (MR, mitral regurgitation) Mhi identifikata l-ebda alternattiva Mod differenti ta’ azzjoni: inibitur tal-enzima ta’ konverżjoni tal-anġjotensina (ACE, angiotensin-converting-enzyme) Sulfat/glukonat tal-kinidinab Trattament tal-aritmiji Amjodaron, sotalol, verapamil Trattament tal-għażla għall-fibrillazzjoni atrijali Sotalolb Trattament fit-tul tal-aritmiji Amjodaron, sulfat/glukonat tal-kinidina Aktar adattati fiż-żwiemel li jeħtieġu terapija antiaritmika fit-tul; eventi inqas avversi meta mqabbla mal-amjodaron Verapamilb Trattament tal-aritmiji sopraventrikolari Amjodaron, sulfat/glukonat tal-kinidina, sotalol Mod differenti ta’ azzjoni: antagonista tal-kalċju

VI.

Sustanzi għall-proċeduri dijanjostiċi Sustanza attiva1 Indikazzjonijiet Identifikazzjoni ta’ alternattivi Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi Sulfat tal-barjua Viżwalizzazzjoni mtejba tal-kanal gastrointestinali waqt l-eżamijiet radjografiċi Mhi identifikata l-ebda alternattiva L-ebda trattament alternattiv sodisfaċenti għal viżwalizzazzjoni aħjar tal-kanal gastrointestinali waqt l-eżamijiet radjografiċi Fluworoxxinab Dijanjożi tal-keratite jew tal-ulċerazzjoni korneali, użu topiku Roża bengala Għodda dijanjostika tal-għażla meta wara tkun meħtieġa kultura virali Joeksola Aġent ta’ kuntrast għar-radjografija, l-artrografija, il-mjelografija, is-sinografija jew il-fistulografija, u d-dakrjoċistografija tal-kanal saflieni tal-awrina Mhi identifikata l-ebda alternattiva Aġent ta’ kuntrast mhux joniku solubbli fl-ilma Fenilefrinaa Dijanjożi tad-diżawtonomija ekwina Mhi identifikata l-ebda alternattiva Approċċ dijanjostiku anċillari għall-polinewropatija tad-diżawtonomija ekwina Roża bengalab Dijanjożi tal-keratite jew tal-ulċerazzjoni korneali, użu topiku Fluworoxxina Għodda dijanjostika tal-għażla għad-dijanjożi tal-keratite/ulċeri tal-għajnejn Ormonu tar-rilaxx tat-tirotropinaa Dijanjożi tad-disfunzjoni tal-pars intermedia tal-glandola pitwitarja Mhi identifikata l-ebda alternattiva L-ebda alternattiva sodisfaċenti għad-dijanjożi tad-disfunzjoni tal-pars intermedja tal-glandola pitwitarja

VII.

Sustanzi għad-disturbi gastrointestinali Sustanza attiva1 Indikazzjonijiet Identifikazzjoni ta’ alternattivi Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi Metokloprammidb Trattament tal-ileus wara l-operazzjoni Sostituzzjoni tal-fluwidu intravenuż, mediċini kontra l-uġigħ (eż. flunissin), lidokaina Prodott mediċinali prokinetiku Miżoprostolb Trattament tal-marda glandolari gastrika u tal-kolite Omeprażol, sukralfat Superjuri għall-omeprażol għat-trattament tal-marda glandolari gastrika ekwina Fenilefrinaa Trattament tal-intrappolament nefrospleniku Mhi identifikata l-ebda alternattiva Valur kliniku fir-riżoluzzjoni tal-intrappolament nefrospleniku; tikkawża kontrazzjoni splenika dipendenti fuq id-doża Ranitidinab Trattament tal-ulċeri gastriċi fin-neonati morda fi stat kritiku, użu intravenuż Omeprażol Ir-rotta ta’ amministrazzjoni intravenuża ġġib benefiċċju kliniku miżjud fuq medikazzjonijiet orali oħra kontra l-ulċeri Sukralfatb Trattament u prevenzjoni tal-ulċeri gastriċi fiż-żwiemel Omeprażol Mod differenti ta’ azzjoni meta mqabbla mal-omeprażol (aderenti mal-mukoża), li tipprovdi stabilizzazzjoni tal-leżjonijiet fiżiċi

VIII.

Sustanzi għad-disturbi metaboliċi Sustanza attiva1 Indikazzjonijiet Identifikazzjoni ta’ alternattivi Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi Insulinab Bħala għajnuna fit-trattament tal-iperlipidemija li ma tkunx reattiva għat-terapija bil-glukożju jew tal-iperlipidemija severa, din tintuża flimkien mal-glukożju u ma’ terapiji oħra Dijanjożi tad-disturbi metaboliċi (eż. reżistenza għall-insulina assoċjata mas-sindromu metaboliku ekwin jew mad-disfunzjoni tal-pars intermedia tal-glandola pitwitarja) L-eparina ta’ piż molekulari baxx tista’ tintuża għal każijiet ta’ iperlipidemija L-insulina hija l-għażla klinika ppreferuta

IX.

Sustanzi għad-disturbi muskuloskeletali Sustanza attiva1 Indikazzjonijiet Identifikazzjoni ta’ alternattivi Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi Atrakurjub Induzzjoni tal-paraliżi muskolari b’anesteżija ġenerali Ċisatrakurju, gwajfeneżina Iġġib benefiċċju kliniku miżjud fiż-żwiemel b’anesteżija ġenerali meta jkun meħtieġ aktar rilassament tal-muskoli bħal kirurġiji oftalmiċi, ċerti tiswijiet ortopediċi u meta jkun hemm bżonn jintlaħqu partijiet fil-fond tal-kavità addominali. Ċisatrakurjub Induzzjoni tal-paraliżi muskolari b’anesteżija ġenerali Atrakurju, gwajfeneżina Iġġib benefiċċju kliniku miżjud fiż-żwiemel b’anesteżija ġenerali meta jkun meħtieġ aktar rilassament tal-muskoli bħal kirurġiji oftalmiċi, ċerti tiswijiet ortopediċi u meta jkun hemm bżonn jintlaħqu partijiet fil-fond tal-kavità addominali. Sodju tad-dantrolenb Prevenzjoni tar-rabdomijoliżi Prevenzjoni tal-ipertermija malinna waqt l-anesteżija NSAIDs, fluwidi intravenużi, vitamina E/selenju Effikaċi bħala preventiva, billi tinibixxi r-rilaxx tal-kalċju mir-retikulu sarkoplażmiku u b’hekk tikkawża dissoċjazzjoni tal-akkoppjament ta’ eċċitazzjoni u ta’ kontrazzjoni Edrofonjua Reversibbiltà tal-effetti tal-paraliżi muskolari kkawżat mill-atrakurju Mhi identifikata l-ebda alternattiva Inibitur tal-kolinesterażi, essenzjali għar-reversibbiltà tal-ibblukkar newromuskolari; l-inqas effetti sekondarji mill-inibituri tal-kolinesterażi fiż-żwiemel Gwajfeneżinab Induzzjoni u manutenzjoni tal-anesteżija ġenerali f’kundizzjonijiet fuq il-post Atrakurju, ċisatrakurju Indikata b’mod partikolari f’kundizzjonijiet fuq il-post (mhux fi sptar) fejn tista’ tkun meħtieġa anesteżija; l-effetti depressivi kardjopulmonari mnaqqsa jiffaċilitaw anesteżija sikura mingħajr tagħmir ta’ monitoraġġ avvanzat jew ventilazzjoni mekkanika

X.

Sustanzi għad-disfunzjonijiet newroloġiċi Sustanza attiva1 Indikazzjonijiet Identifikazzjoni ta’ alternattivi Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi Diażepama Antikonvulsiv għal żmien qasir għat-trattament tal-attakki Mhi identifikata l-ebda alternattiva Antikonvulsiv tat-tieni ġenerazzjoni Midażolama Antikonvulsiv għal żmien qasir għat-trattament tal-attakki Mhi identifikata l-ebda alternattiva Antikonvulsiv tat-tieni ġenerazzjoni

XI.

Sustanzi għall-oftalmoloġija Sustanza attiva1 Indikazzjonijiet Identifikazzjoni ta’ alternattivi Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi Aċetażolammidb Trattament tal-glawkoma, użu orali Fenilefrina Il-mekkaniżmu tagħha ta’ azzjoni bħala inibitur tal-anidrażi karbonika Ċiklopentolatb Aġent midrijatiku Atropina, fenilefrina Tinduċi midrijażi sinifikanti mingħajr ma taffettwa l-produzzjoni tad-dmugħ, il-pressjoni intraokulari, il-funzjoni diġestiva (jiġifieri l-motilità tal-kanal alimentari u l-produzzjoni tal-feċi), jew ir-rata tal-qalb Ċiklosporina Ab Trattament tal-mard awtoimmuni tal-għajn Sterojdi topiċi Effett immunosoppressiv billi tiġi inibita l-proliferazzjoni tal-linfoċita T u titnaqqas l-espressjoni ġenika taċ-ċitokina Fenilefrinab Trattament tal-glawkoma u tal-epifora Atropina u tropikammid Ma żżidx (jew iżżid xi ftit biss) il-pressjoni intraokulari Sinefrinab Trattament tal-membrani mukużi tal-għajn bħala dekonġestjonant Fenilefrina, tetriżolina Effett lokali malajr; ittejjeb il-penetrazzjoni tat-terapija lokali, billi tipprovdi effetti sinerġistiċi, pereżempju mat-terapija antimikrobika lokali Tetriżolinab Trattament tal-membrani mukużi tal-għajn bħala dekonġestjonant Fenilefrina, sinefrina Effett lokali malajr Timolol maleateb Trattament tal-glawkoma, użu topiku Aċetażolammid Il-mod speċifiku ta’ azzjoni tagħha bħala imblokkatur tar-riċetturi Beta mhux selettiv, jipprevedi għażla terapewtika importanti fit-trattament tal-glawkoma Aċetonur tat-triamċinolonb Trattament tal-uveite rikorrenti f’każijiet li huma rifrattarji għal trattamenti oħra Atropina, tropikammid Trattament effettiv u b’morbidità baxxa f’każijiet li huma rifrattarji għal trattamenti oħra Tropikammidb Trattament tal-uveite rikorrenti Atropina, ċiklopentolat, aċetonur tat-triamċinolon Bidu tal-azzjoni mgħaġġel

XII.

Sustanzi għas-sedazzjoni u għall-premedikazzjoni (u antagoniżmu) Sustanza attiva1 Indikazzjonijiet Identifikazzjoni ta’ alternattivi Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi Aċepromażinab Għal approċċ multimodali għat-trankwillizzazzjoni u għall-premedikazzjoni flimkien ma’ sedattivi oħra Detomidina, romifidina, ksilażina, diażepam Il-mod ta’ azzjoni tal-aċepromażina u l-kwalità unika tagħha ta’ sedazzjoni ma jistgħux jiġu prodotti mill-agonisti alfa-2 jew mill-benżodiażepini Atipameżola Reversibbiltà tal-effetti tal-agonisti alfa-2 Mhi identifikata l-ebda alternattiva Tneħħi l-effetti sedattivi u analġeżiċi u r-reazzjonijiet kardjovaskulari avversi Desmedetomidinab Sedazzjoni jew anesteżija ġenerali bħala parti minn protokolli ta’ anesteżija intravenuża parzjali jew totali Detomidina, romifidina, ksilażina, diażepam L-aktar agonista alfa-2 selettiva; nofs ħajja qasir u ridistribuzzjoni malajr, li jiffavorixxu b’mod partikolari l-użu tagħha bħala infużjoni b’rata kontinwa Diażepamb Premedikazzjoni u induzzjoni tal-anesteżija, trankwillizzazzjoni ħafifa b’effetti sekondarji kardjovaskulari u respiratorji minimi Aċepromażina, detomidina, romifidina, ksilażina Il-mod ta’ azzjoni (fuq ir-riċettur tal-aċidu gamma-aminobutirriku (GABA)) jipprovdi trankwillizzazzjoni unika mingħajr depressjoni kardjorespiratorja li ma tistax tiġi prodotta mill-agonisti alfa-2 (detomidina, romifidina u ksilażina) jew aċepromażina Midażolamb Premedikazzjoni u induzzjoni tal-anesteżija, trankwillizzazzjoni ħafifa b’effetti sekondarji kardjovaskulari u respiratorji minimi Aċepromażina, detomidina, romifidina, ksilażina Il-mod ta’ azzjoni (fuq ir-riċettur tal-aċidu gamma-aminobutirriku (GABA)) jipprovdi trankwillizzazzjoni unika mingħajr depressjoni kardjorespiratorja li ma tistax tiġi prodotta mill-agonisti alfa-2 (detomidina, romifidina u ksilażina) jew aċepromażina Flumażenila Aġent riversiv intravenuż għall-benżodiażepina waqt l-irkupru minn tekniki ta’ Anesteżija Intravenuża Totali (TIVA) Mhi identifikata l-ebda alternattiva Antagonista li tinibixxi b’mod kompetittiv is-sit tal-irbit tal-benżodiażepina fir-riċettur tal-GABA Naloksona Reversibbiltà tal-effetti tal-oppjojdi waqt emerġenzi Mhi identifikata l-ebda alternattiva Mhi disponibbli l-ebda alternattiva Propofolb Induzzjoni tal-anesteżija fil-moħor b’amministrazzjoni intravenuża Isofluran Titjib fl-istabbiltà kardjovaskulari u fil-kwalità tal-irkupru meta mqabbla mal-anesteżija inalatorja fil-moħor

XIII.

Sustanzi għad-disturbi sistemiċi Sustanza attiva1 Indikazzjonijiet Identifikazzjoni ta’ alternattivi Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi Allopurinolb Dannu tal-iskemija-riperfużjoni neonatali Vitamina E Mod differenti ta’ azzjoni fl-inibizzjoni tal-formazzjoni ta’ speċijiet ta’ ossiġenu reattiv (ROS) meta mqabbla mal-vitamina E Dalteparinab Antikoagulant Eparina Tnaqqis fid-daqs molekulari huwa assoċjat ma’ telf ta’ attività inibitorja tat-trombina, iżda għall-kuntrarju żieda fl-inibizzjoni tal-fattur Xa (FXa) meta mqabbla mal-eparina mhux frazzjonata Dobutamminab Ġestjoni tal-ipotensjoni b’anesteżija ġenerali Efedrina Mediċina tal-ewwel linja għat-trattament tal-ipotensjoni f’ekwini adulti b’anesteżija ġenerali Dopaminaa Bħala parti minn protokoll ta’ trattament għal dannu/insuffiċjenza akuta tal-kliewi biss Mhi identifikata l-ebda alternattiva Instab li dożi baxxi jikkawżaw vażodilatazzjoni fil-kliewi, żieda fil-fluss tad-demm fil-kliewi, u żieda fil-produzzjoni tal-awrina mingħajr effetti kardjovaskulari sistemiċi fi żwiemel konxji u b’saħħithom Efedrinab Trattament tal-ipotensjoni b’anesteżija ġenerali Dobutammina Tintuża għat-trattament tal-ipotensjoni f’ekwini adulti b’anesteżija ġenerali meta d-dobutammina tkun ineffettiva. Mod differenti ta’ azzjoni għad-dobutammina b’effett aktar dirett fuq il-kontrattilità kardijaka Ġelatinpolisukkinatb Tindirizza l-ipovolemija fit-tul ikkaġunata minn kundizzjonijiet bħal albumina baxxa Kristallojdi Il-kollojdi huma molekuli akbar meta mqabbla mal-kristallojdi, u b’hekk jibqgħu aktar fl-ispazju intravaskulari. Dan hu vantaġġ biex tissolva l-ipovolemija minn pereżempju ipoalbuminemija Glikopirrolatb Trattament u prevenzjoni tal-bradikardija Atropina Effett ċentrali minimu; adattata għal żwiemel konxji, qabel u wara l-anesteżija Noradrenalina / norepinefrinab Trattament tax-xokk settiku bikri Appoġġ għall-funzjoni kardjovaskulari f’moħor morda fi stat kritiku Dobutammina, dopammina Fil-moħor batuti (morda), din hija ġeneralment l-uniku katekolammina effettiva fit-trattament tal-ipotensjoni Vażopressinab Trattament tal-kollass ċirkulatorju fil-moħor u fiż-żwiemel adulti Epinefrina, dopammina, dobutammina Alternattiva għal meta t-terapiji standard tal-katekolammina bħad-dopammina, id-dobutammina u l-epinefrina ma jkunux effettivi jew ikunu jeħtieġu titjib biex jirrestawraw it-ton vaskulari fi stati ta’ xokk vażodilatorju rifrattarju

XIV.

Sustanzi għat-tumuri Sustanza attiva1 Indikazzjonijiet Identifikazzjoni ta’ alternattivi Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi Imikimoda Trattament tas-sarkojdi Mhi identifikata l-ebda alternattiva Ir-riċerka attwali tissuġġerixxi li s-sarkojdi ekwini aktarx jirriżultaw minn interazzjoni kumplessa li tinkludi disfunzjoni tas-sistema immunitarja ospitanti

XV.

Mixxellanji Sustanza attiva1 Indikazzjonijiet Identifikazzjoni ta’ alternattivi Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi Ċetiriżinab Trattament tal-kundizzjonijiet fejn titqies meħtieġa l-antistamina Klorfenammina Agonisti inversi tar-riċetturi tal-istamina 1 (H1) tat-tieni ġenerazzjoni huma alternattivi b’inqas effetti sekondarji (sedattivi) fuq is-sistema nervuża ċentrali (CNS) Domperidonb Trattament tal-agalattja/disgalattja fid-dwieb Sulpirur Il-kapaċità tagħha li tistimula s-sekrezzjoni tal-prolattina f’sitwazzjonijiet ta’ inibizzjoni dopamminerġika Sulpirurb Trattament tal-agalattja/disgalattja fid-dwieb Domperidon Il-kapaċità tagħha li tistimula s-sekrezzjoni tal-prolattina f’sitwazzjonijiet ta’ inibizzjoni dopamminerġika

Versions

  1. 2026-07-24