Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1851 tal-24 ta’ Lulju 2026 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2026/1851@2026-07-24/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran, u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) Fit-12 ta’ April 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 359/2011.
(2) Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2026, il-Kunsill Ewropew appella lir-reġim Iranjan biex iwaqqaf il-vjolenza u r-repressjoni kontra niesu stess. Appella għar-rispett tad-drittijiet universali tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tal-poplu Iranjan, inkluż id-dritt li jagħżel il-futur tiegħu stess. F’dan ir-rigward, stqarr li l-Unjoni ser tkompli taħdem fuq aktar miżuri restrittivi kontra dawk responsabbli.
(3) F’dak il-kuntest, u f’konformità mal-impenn tal-Unjoni li tindirizza l-kwistjonijiet kollha ta’ tħassib mal-Iran, fosthom is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, jenħtieġ li sitt persuni jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni naturali u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 359/2011.
(4) Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 359/2011 għandu jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2026. Għall-Kunsill Il-President T. Byrne
ANNEX
Grp. persuni. Isem Informazzjoni tal-identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 276. Mostafa NARIMANI magħruf ukoll bħala Dr. Mostafa NARIMANI Funzjoni: Imħallef, Kap tal-Fergħa 3 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Karaj, Provinċja ta’ Alborz, l-Iran Data tat-twelid: 3.9.1982 Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Numru tal-identità nazzjonali: 321783001 Mostafa Narimani huwa mħallef Iranjan, Kap tal-Fergħa 3 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Karaj, Provinċja ta’ Alborz, l-Iran. Bħala mħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja, huwa jippresiedi fuq proċessi mmirati lejn minoranzi reliġjużi u dissidenti politiċi abbażi ta’ akkużi reliġjużi u ta’ sigurtà nazzjonali definiti b’mod vag u jimponi sentenzi tal-mewt u sentenzi twal ta’ ħabs f’dawk il-każijiet. Il-proċedimenti li Mostafa Narimani jippresiedi fuqhom huma kkaratterizzati minn ksur serju tal-proċess ġust, inkluż interrogazzjonijiet fit-tul, konfessjonijiet furzati, u ċ-ċaħda tal-aċċess għal avukat. Mostafa Narimani huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026 277. Abolfazl Ameri SHAHRABI ابوالفضل عامری شهرابی Funzjoni: Imħallef, Kap tal-Fergħa 1191, Qorti Kriminali tat-Tieni Grad ta’ Tehran (Kumpless Ġudizzjarju ta’ Quds) Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Abolfazl Shahrabi huwa mħallef fil-Fergħa 1191 tal-Qorti Kriminali tat-Tieni Grad ta’ Tehran, il-Kumpless Ġudizzjarju ta’ Quds, u eks viċi prosekutur ta’ Arak. Bħala mħallef fil-Fergħa 1191 tat-Tieni Grad tal-Qorti Kriminali ta’ Tehran, Abolfazl Shahrabi impona sentenzi ta’ ħabs, swat bil-frosta, multi u kastigi supplimentari fuq persuni mħarrka b’rabta mal-protesti Mara, Ħajja, Libertà tal-2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini, u mħarrka għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli obbligatorji dwar il-ħiġab. Ikkundanna wkoll priġunieri politiċi u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ir-rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi Narges Mohammadi, għal sentenzi ta’ priġunerija. Abolfazl Shahrabi huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026 278. Mehdi RASEKHI مهدی راسخی Funzjoni: Imħallef tal-Fergħa 3 tal-Qorti Rivoluzzjonarja f’Rasht Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Mehdi Rasekhi huwa mħallef tal-Fergħa 3 tal-Qorti Rivoluzzjonarja f’Rasht. F’din il-kapaċità, huwa ppresieda proċessi mmirati lejn dissidenti politiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, attivisti tad-drittijiet tan-nisa, u membri ta’ minoranzi reliġjużi. Huwa impona sentenzi ta’ ħabs, multi u kastigi oħra abbażi ta’ sigurtà nazzjonali definita b’mod vag u akkużi relatati mal-propaganda. Mehdi Rasehki huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026 279. Mohammad-Reza AMOOZAD محمدرضا عموزاد magħruf ukoll bħala Mohammadreza AMOUZAD MEHDIRAJI magħruf ukoll bħala Mohammad-Reza AMOOZAD KHALILI Funzjoni: Imħallef, Kap tal-Fergħa 28 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran; Imħallef konsulent tal-Fergħa 15 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran Data tat-twelid: 21.3.1985 Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Mohammad Reza Amoozad huwa l-imħallef li jippresiedi l-fergħa 28 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran u jagħti pariri lill-imħallef fil-fergħa 15 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran. F’dawk il-kapaċitajiet, huwa ppresieda proċessi mmirati lejn dimostranti, dissidenti politiċi, attivisti tas-soċjetà ċivili, nisa li jopponu r-regoli obbligatorji dwar il-ħiġab u membri ta’ minoranzi reliġjużi. Ħareġ sentenzi tal-mewt, sentenzi twal ta’ ħabs, swat bil-frosta u kastigi oħra fi proċedimenti kkaratterizzati minn ksur serju tad-dritt għal proċess ġust. Mohammad Reza Amoozad huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026 280 Mohammad-Reza TAVAKOLI محمدرضا توکلی Funzjoni: Imħallef, Kap tal-Fergħa 1 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Isfahan Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Mohammad-Reza Tavakoli huwa l-imħallef li jippresiedi l-Fergħa 1 tal-Qorti Rivoluzzjonarji ta’ Isfahan. F’dik il-kapaċità, ippresieda proċessi mmirati lejn dimostranti, dissidenti politiċi u membri ta’ minoranzi reliġjużi. F’dawk il-proċedimenti, impona sentenzi tal-mewt, sentenzi twal ta’ ħabs, u forom oħra ta’ kastig fuq sigurtà nazzjonali definita b’mod vag, abbażi ta’ akkużi relatati mal-propaganda u bbażati fuq ir-reliġjon. Mohammad-Reza Tavakoli huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026 281 Nima SALEHI علیرضا صالحی magħruf ukoll bħala Alireza Salehi magħruf ukoll bħala Q7x Funzjoni: Hacker u inġinier tal-informatika, kofundatur u deputat mexxej ta’ Ashiyane Data tat-twelid: 24.11.1984 Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Nima Salehi huwa hacker u inġinier tal-informatika Iranjan. Huwa fundatur ta’ u figura ewlenija fil-grupp ċibernetiku Ashiyane, marbut mar-reġim Iranjan. Ashiyane jikkoopera mill-qrib mal-Pulizija Ċibernetika (FATA) u l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) elenkati mill-UE u hija responsabbli għal attakki ċibernetiċi intensivi kemm fuq avversarji u riformisti domestiċi kif ukoll fuq istituzzjonijiet barranin. Ashiyane għenet fir-repressjoni mir-reġim tal-oppożizzjoni, li involviet ħafna istanzi ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Fil-kapaċità tiegħu bħala fundatur u figura ewlenija f’Ashiyane, Nima Salehi huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026. Anx. anness. Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 359/2011:
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 359/2011: Grp. persuni. Isem Informazzjoni tal-identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 276. Mostafa NARIMANI magħruf ukoll bħala Dr. Mostafa NARIMANI Funzjoni: Imħallef, Kap tal-Fergħa 3 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Karaj, Provinċja ta’ Alborz, l-Iran Data tat-twelid: 3.9.1982 Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Numru tal-identità nazzjonali: 321783001 Mostafa Narimani huwa mħallef Iranjan, Kap tal-Fergħa 3 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Karaj, Provinċja ta’ Alborz, l-Iran. Bħala mħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja, huwa jippresiedi fuq proċessi mmirati lejn minoranzi reliġjużi u dissidenti politiċi abbażi ta’ akkużi reliġjużi u ta’ sigurtà nazzjonali definiti b’mod vag u jimponi sentenzi tal-mewt u sentenzi twal ta’ ħabs f’dawk il-każijiet. Il-proċedimenti li Mostafa Narimani jippresiedi fuqhom huma kkaratterizzati minn ksur serju tal-proċess ġust, inkluż interrogazzjonijiet fit-tul, konfessjonijiet furzati, u ċ-ċaħda tal-aċċess għal avukat. Mostafa Narimani huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026 277. Abolfazl Ameri SHAHRABI ابوالفضل عامری شهرابی Funzjoni: Imħallef, Kap tal-Fergħa 1191, Qorti Kriminali tat-Tieni Grad ta’ Tehran (Kumpless Ġudizzjarju ta’ Quds) Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Abolfazl Shahrabi huwa mħallef fil-Fergħa 1191 tal-Qorti Kriminali tat-Tieni Grad ta’ Tehran, il-Kumpless Ġudizzjarju ta’ Quds, u eks viċi prosekutur ta’ Arak. Bħala mħallef fil-Fergħa 1191 tat-Tieni Grad tal-Qorti Kriminali ta’ Tehran, Abolfazl Shahrabi impona sentenzi ta’ ħabs, swat bil-frosta, multi u kastigi supplimentari fuq persuni mħarrka b’rabta mal-protesti Mara, Ħajja, Libertà tal-2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini, u mħarrka għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli obbligatorji dwar il-ħiġab. Ikkundanna wkoll priġunieri politiċi u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ir-rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi Narges Mohammadi, għal sentenzi ta’ priġunerija. Abolfazl Shahrabi huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026 278. Mehdi RASEKHI مهدی راسخی Funzjoni: Imħallef tal-Fergħa 3 tal-Qorti Rivoluzzjonarja f’Rasht Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Mehdi Rasekhi huwa mħallef tal-Fergħa 3 tal-Qorti Rivoluzzjonarja f’Rasht. F’din il-kapaċità, huwa ppresieda proċessi mmirati lejn dissidenti politiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, attivisti tad-drittijiet tan-nisa, u membri ta’ minoranzi reliġjużi. Huwa impona sentenzi ta’ ħabs, multi u kastigi oħra abbażi ta’ sigurtà nazzjonali definita b’mod vag u akkużi relatati mal-propaganda. Mehdi Rasehki huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026 279. Mohammad-Reza AMOOZAD محمدرضا عموزاد magħruf ukoll bħala Mohammadreza AMOUZAD MEHDIRAJI magħruf ukoll bħala Mohammad-Reza AMOOZAD KHALILI Funzjoni: Imħallef, Kap tal-Fergħa 28 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran; Imħallef konsulent tal-Fergħa 15 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran Data tat-twelid: 21.3.1985 Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Mohammad Reza Amoozad huwa l-imħallef li jippresiedi l-fergħa 28 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran u jagħti pariri lill-imħallef fil-fergħa 15 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran. F’dawk il-kapaċitajiet, huwa ppresieda proċessi mmirati lejn dimostranti, dissidenti politiċi, attivisti tas-soċjetà ċivili, nisa li jopponu r-regoli obbligatorji dwar il-ħiġab u membri ta’ minoranzi reliġjużi. Ħareġ sentenzi tal-mewt, sentenzi twal ta’ ħabs, swat bil-frosta u kastigi oħra fi proċedimenti kkaratterizzati minn ksur serju tad-dritt għal proċess ġust. Mohammad Reza Amoozad huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026 280 Mohammad-Reza TAVAKOLI محمدرضا توکلی Funzjoni: Imħallef, Kap tal-Fergħa 1 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Isfahan Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Mohammad-Reza Tavakoli huwa l-imħallef li jippresiedi l-Fergħa 1 tal-Qorti Rivoluzzjonarji ta’ Isfahan. F’dik il-kapaċità, ippresieda proċessi mmirati lejn dimostranti, dissidenti politiċi u membri ta’ minoranzi reliġjużi. F’dawk il-proċedimenti, impona sentenzi tal-mewt, sentenzi twal ta’ ħabs, u forom oħra ta’ kastig fuq sigurtà nazzjonali definita b’mod vag, abbażi ta’ akkużi relatati mal-propaganda u bbażati fuq ir-reliġjon. Mohammad-Reza Tavakoli huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026 281 Nima SALEHI علیرضا صالحی magħruf ukoll bħala Alireza Salehi magħruf ukoll bħala Q7x Funzjoni: Hacker u inġinier tal-informatika, kofundatur u deputat mexxej ta’ Ashiyane Data tat-twelid: 24.11.1984 Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Nima Salehi huwa hacker u inġinier tal-informatika Iranjan. Huwa fundatur ta’ u figura ewlenija fil-grupp ċibernetiku Ashiyane, marbut mar-reġim Iranjan. Ashiyane jikkoopera mill-qrib mal-Pulizija Ċibernetika (FATA) u l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) elenkati mill-UE u hija responsabbli għal attakki ċibernetiċi intensivi kemm fuq avversarji u riformisti domestiċi kif ukoll fuq istituzzjonijiet barranin. Ashiyane għenet fir-repressjoni mir-reġim tal-oppożizzjoni, li involviet ħafna istanzi ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Fil-kapaċità tiegħu bħala fundatur u figura ewlenija f’Ashiyane, Nima Salehi huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026.
Persuni
Isem Informazzjoni tal-identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 276. Mostafa NARIMANI magħruf ukoll bħala Dr. Mostafa NARIMANI Funzjoni: Imħallef, Kap tal-Fergħa 3 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Karaj, Provinċja ta’ Alborz, l-Iran Data tat-twelid: 3.9.1982 Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Numru tal-identità nazzjonali: 321783001 Mostafa Narimani huwa mħallef Iranjan, Kap tal-Fergħa 3 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Karaj, Provinċja ta’ Alborz, l-Iran. Bħala mħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja, huwa jippresiedi fuq proċessi mmirati lejn minoranzi reliġjużi u dissidenti politiċi abbażi ta’ akkużi reliġjużi u ta’ sigurtà nazzjonali definiti b’mod vag u jimponi sentenzi tal-mewt u sentenzi twal ta’ ħabs f’dawk il-każijiet. Il-proċedimenti li Mostafa Narimani jippresiedi fuqhom huma kkaratterizzati minn ksur serju tal-proċess ġust, inkluż interrogazzjonijiet fit-tul, konfessjonijiet furzati, u ċ-ċaħda tal-aċċess għal avukat. Mostafa Narimani huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026 277. Abolfazl Ameri SHAHRABI ابوالفضل عامری شهرابی Funzjoni: Imħallef, Kap tal-Fergħa 1191, Qorti Kriminali tat-Tieni Grad ta’ Tehran (Kumpless Ġudizzjarju ta’ Quds) Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Abolfazl Shahrabi huwa mħallef fil-Fergħa 1191 tal-Qorti Kriminali tat-Tieni Grad ta’ Tehran, il-Kumpless Ġudizzjarju ta’ Quds, u eks viċi prosekutur ta’ Arak. Bħala mħallef fil-Fergħa 1191 tat-Tieni Grad tal-Qorti Kriminali ta’ Tehran, Abolfazl Shahrabi impona sentenzi ta’ ħabs, swat bil-frosta, multi u kastigi supplimentari fuq persuni mħarrka b’rabta mal-protesti Mara, Ħajja, Libertà tal-2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini, u mħarrka għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli obbligatorji dwar il-ħiġab. Ikkundanna wkoll priġunieri politiċi u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ir-rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi Narges Mohammadi, għal sentenzi ta’ priġunerija. Abolfazl Shahrabi huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026 278. Mehdi RASEKHI مهدی راسخی Funzjoni: Imħallef tal-Fergħa 3 tal-Qorti Rivoluzzjonarja f’Rasht Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Mehdi Rasekhi huwa mħallef tal-Fergħa 3 tal-Qorti Rivoluzzjonarja f’Rasht. F’din il-kapaċità, huwa ppresieda proċessi mmirati lejn dissidenti politiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, attivisti tad-drittijiet tan-nisa, u membri ta’ minoranzi reliġjużi. Huwa impona sentenzi ta’ ħabs, multi u kastigi oħra abbażi ta’ sigurtà nazzjonali definita b’mod vag u akkużi relatati mal-propaganda. Mehdi Rasehki huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026 279. Mohammad-Reza AMOOZAD محمدرضا عموزاد magħruf ukoll bħala Mohammadreza AMOUZAD MEHDIRAJI magħruf ukoll bħala Mohammad-Reza AMOOZAD KHALILI Funzjoni: Imħallef, Kap tal-Fergħa 28 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran; Imħallef konsulent tal-Fergħa 15 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran Data tat-twelid: 21.3.1985 Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Mohammad Reza Amoozad huwa l-imħallef li jippresiedi l-fergħa 28 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran u jagħti pariri lill-imħallef fil-fergħa 15 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran. F’dawk il-kapaċitajiet, huwa ppresieda proċessi mmirati lejn dimostranti, dissidenti politiċi, attivisti tas-soċjetà ċivili, nisa li jopponu r-regoli obbligatorji dwar il-ħiġab u membri ta’ minoranzi reliġjużi. Ħareġ sentenzi tal-mewt, sentenzi twal ta’ ħabs, swat bil-frosta u kastigi oħra fi proċedimenti kkaratterizzati minn ksur serju tad-dritt għal proċess ġust. Mohammad Reza Amoozad huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026 280 Mohammad-Reza TAVAKOLI محمدرضا توکلی Funzjoni: Imħallef, Kap tal-Fergħa 1 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Isfahan Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Mohammad-Reza Tavakoli huwa l-imħallef li jippresiedi l-Fergħa 1 tal-Qorti Rivoluzzjonarji ta’ Isfahan. F’dik il-kapaċità, ippresieda proċessi mmirati lejn dimostranti, dissidenti politiċi u membri ta’ minoranzi reliġjużi. F’dawk il-proċedimenti, impona sentenzi tal-mewt, sentenzi twal ta’ ħabs, u forom oħra ta’ kastig fuq sigurtà nazzjonali definita b’mod vag, abbażi ta’ akkużi relatati mal-propaganda u bbażati fuq ir-reliġjon. Mohammad-Reza Tavakoli huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026 281 Nima SALEHI علیرضا صالحی magħruf ukoll bħala Alireza Salehi magħruf ukoll bħala Q7x Funzjoni: Hacker u inġinier tal-informatika, kofundatur u deputat mexxej ta’ Ashiyane Data tat-twelid: 24.11.1984 Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Nima Salehi huwa hacker u inġinier tal-informatika Iranjan. Huwa fundatur ta’ u figura ewlenija fil-grupp ċibernetiku Ashiyane, marbut mar-reġim Iranjan. Ashiyane jikkoopera mill-qrib mal-Pulizija Ċibernetika (FATA) u l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) elenkati mill-UE u hija responsabbli għal attakki ċibernetiċi intensivi kemm fuq avversarji u riformisti domestiċi kif ukoll fuq istituzzjonijiet barranin. Ashiyane għenet fir-repressjoni mir-reġim tal-oppożizzjoni, li involviet ħafna istanzi ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Fil-kapaċità tiegħu bħala fundatur u figura ewlenija f’Ashiyane, Nima Salehi huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 24.7.2026.