Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/2133 tat-18 ta'Settembru 2026 li jimponi miżura proviżorja ta’ salvagwardja fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti llaminati ċatti bil-granijiet orjentati tal-azzar elettriku bis-siliċju
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2026/2133@2026-09-18/mt
Contents
- Preamble
- (23) Tabella 1 Sors: Produzzjoni tal-volum tal-importazzjonijiet, konsum u importazzjonijiet relattivi għall-produzzjoni u l-konsum
- (27) Tabella 2 Sors: Prezzijiet tal-importazzjoni tal-GOES u tal-SLCs, tal-GOES u tan-nuklei
- (37) Tabella 3 Rati tad-dazju
- (48) Tabella 4 Sors:Sors:Sors: Prezzijiet tal-importazzjoni, prezzijiet tal-bejgħ domestiku lil klijenti mhux relatati u twaqqigħ tal-prezz
- (50) Tabella 5 Sors: Konsum, bejgħ domestiku lill-klijenti mhux relatati u sehem mis-suq domestiku
- (51) Tabella 6 Sors: Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
- (52) Tabella 7 Sors: Bejgħ domestiku u esportazzjonijiet lil klijenti mhux relatati u l-profittabbiltà tagħhom
- (53) Tabella 8 Sors: Fluss ta’ flus, introjtu mill-investiment użat, stokks u impjiegi
- Artikolu 1
- Artikolu 2
- ANNEX
- ANNESS I
- ANNESS II
- ANNESS III
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015, u b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 7 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015, u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113(3), it-tieni paragrafu, tiegħu
Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2015/755 rispettivament,
Billi: SFOND
(1) Fis-27 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta’ Bidu ta’ investigazzjoni ta’ salvagwardja dwar l-importazzjonijiet ta’ (1) ċerti prodotti llaminati ċatti bil-granijiet orjentati tal-azzar elettriku bis-siliċju (GOES) u ta’ (2) laminazzjonijiet u nuklei tal-azzar (SLCs), kemm jekk ippreżentati fuq xulxin kif ukoll jekk imkebbin.
(2) L-investigazzjoni bdiet wara talba ppreżentata minn tliet Stati Membri (il-Ġermanja, Franza u l-Polonja) fit-2 ta’ Marzu 2026. L-analiżi tat-talba wriet li x-xejra dejjem tikber fl-importazzjonijiet ta’ GOES u SLCs u l-kundizzjonijiet li fihom iseħħu jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni.
(3) Sabiex tikseb l-informazzjoni meħtieġa biex twettaq valutazzjoni fil-fond, fis-27 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni ppubblikat kwestjonarji għall-produtturi, għall-importaturi u għall-utenti tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat u stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu preżentazzjonijiet fi żmien 21 jum. Fl-istess data, il-Kummissjoni ppubblikat il-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-talba li tinkludi statistika ewlenija dwar l-importazzjoni u indikaturi tad-dannu disponibbli.
(4) Il-Kummissjoni rċeviet 34 tweġiba għall-kwestjonarju u 65 sottomissjoni f’format liberu wara l-bidu tal-investigazzjoni mill-produtturi, mill-esportaturi, mill-importaturi, mill-utenti u mill-assoċjazzjonijiet tal-Unjoni u mill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, u organizzat seduti ta’ smigħ ma’ 30 parti interessata.
(5) Il-Kummissjoni wettqet verifika bir-reqqa tal-informazzjoni li pprovdew il-produtturi tal-Unjoni għad-determinazzjoni preliminari. Għal dan il-għan, it-tweġibiet għall-kwestjonarju sottomessi miż-żewġ produtturi tal-Unjoni eżistenti magħrufa tal-GOES, li jinsabu fil-Ġermanja u fil-Polonja, ġew ivverifikati fuq il-post. Il-verifiki inkludew data tas-sussidjarji tal-produtturi tal-GOES, li jinsabu fi Franza u fir-Repubblika Ċeka. Il-produzzjoni totali ta’ GOES taż-żewġ produtturi u tas-sussidjarji tagħhom tirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-GOES fl-Unjoni. It-tweġibiet għall-kwestjonarju taż-żewġ produtturi tal-Unjoni ewlenin tal-SLCs, tal-LTC u tal-Lagor, li t-tnejn li huma jinsabu fl-Italja, ġew ivverifikati wkoll fuq il-post. Saret ukoll żjara fil-bini ta’ produttur tat-transformers fin-Netherlands (SGB-Smit).
PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTTI SIMILI JEW F’KOMPETIZZJONI DIRETTA MIEGĦU
(6) Il-prodott ikkonċernat kif definit fin-Notifika tal-Bidu huwa (1) ċerti prodotti llaminati ċatti bil-granijiet orjentati tal-azzar elettriku bis-siliċju (GOES), u (2) laminazzjonijiet u nuklei tal-azzar (SLCs), kemm jekk ippreżentati fuq xulxin kif ukoll jekk imkebbin, għal transformers u indutturi. Il-GOES bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 72251100 u 72261100. L-SLCs bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 85049013.
(7) Il-Kummissjoni ddeterminat proviżorjament li l-GOES u l-SLCs prodotti mill-produtturi tal-Unjoni, imsejħa il-prodott simili huma simili u jinsabu f’kompetizzjoni diretta mal-prodott ikkonċernat. Kemm il-prodotti domestiċi kif ukoll dawk importati għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi fundamentali. Dawn jaqdu skopijiet identiċi u jiġu offruti permezz ta’ kanali ta’ bejgħ simili jew identiċi lil klijenti li jistgħu jixtruhom kemm mingħand fornituri domestiċi kif ukoll mingħand fornituri barranin. Għaldaqstant, jeżisti livell sinifikanti ta’ kompetizzjoni bejn il-prodott ikkonċernat u dak prodott mill-produtturi tal-Unjoni.
(8) Il-Kummissjoni sabet ukoll fl-analiżi preliminari li hemm interrelazzjoni importanti u kompetizzjoni qawwija bejn il-GOES u l-SLCs. Il-GOES huwa l-materjal ewlieni ta’ input għall-produzzjoni tal-SLCs. Il-GOES jinqatgħu f’laminazzjonijiet u mbagħad jitpoġġew fuq xulxin biex jiffurmaw nukleu, li mbagħad jiġi inkorporat fi transformer. Il-produtturi tat-transformers tal-UE nstabu li jixtru jew GOES jew SLCs u li għandhom faċilitajiet ta’ pproċessar li jippermettulhom jaqsmu l-GOES f’laminazzjonijiet u jistivaw lil dawn tal-aħħar f’nuklei. Meta jixtru l-GOES, huma jipproċessawhom f’laminazzjonijiet u nuklei fis-siti ta’ produzzjoni tagħhom stess. Dan il-livell ta’ integrazzjoni juri li l-produtturi tat-transformers għandhom xi flessibbiltà min-naħa tal-akkwist, u jistgħu jaqilbu mix-xiri tal-GOES għax-xiri tal-SLCs skont is-sitwazzjoni tas-suq.
(9) Id-data ppreżentata mill-produtturi tal-GOES ikkonfermat li huma biegħu l-GOES lil żewġ kategoriji ta’ klijenti, jiġifieri lil produtturi ta’ laminazzjonijiet u nuklei minn naħa waħda u lil produtturi tat-transformers min-naħa l-oħra. Din is-sejba ġiet ikkonfermata permezz tal-verifiki fuq il-post tat-tweġibiet għall-kwestjonarju ppreżentati. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GOES u l-SLCs huma prodotti li jikkompetu ma’ xulxin.
(10) Għalhekk, il-Kummissjoni tiċħad l-affermazzjonijiet minn diversi partijiet li l-GOES u l-SLCs ma humiex prodotti simili jew li jikkompetu direttament minħabba li huma prodotti ttrasformati fundamentalment b’użu u b’karatteristiċi tekniċi differenti. Minħabba l-livell għoli ta’ interrelazzjoni, il-pressjoni kompetittiva u l-bidla faċli minn tip ta’ prodott għal ieħor, il-laminazzjonijiet u n-nuklei tal-GOES kollha qed jikkompetu direttament ma’ xulxin u jenħtieġ li jitqiesu bħala l-prodott ikkonċernat.
(11) Wara l-bidu tal-investigazzjoni, għadd kbir ta’ partijiet interessati, inklużi l-produtturi tal-Unjoni u għadd ta’ produtturi tat-transformers, sostnew li l-SLCs inkorporati fi transformer jenħtieġ li jkunu parti mill-prodott ikkonċernat u, għalhekk, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal miżuri, f’każ li l-Kummissjoni timponi miżuri.
(12) Il-Kummissjoni qablet. Filwaqt li l-GOES huma l-prodott upstream, l-SLCs huma direttament downstream, u t-transformers huma l-prodott downstream li jmiss fil-katina tal-valur. Il-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi tal-GOES u tal-SLCs, jiġifieri t-trażmissjoni tal-elettriku b’mod effiċjenti, ma jinbidlux meta jiġu inkorporati bħala nukleu fi transformer.
(13) Il-GOES jeżistu fi gradi differenti ta’ kwalità li jitkejlu f’termini ta’ telf tan-nukleu f’Watt/kg. Aktar ma jkun baxx it-telf tan-nukleu, aktar tkun effiċjenti t-trażmissjoni tal-elettriku. Il-gradi differenti ta’ kwalità għandhom impatt sinifikanti fuq il-prezz.
(14) Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa t-tweġibiet tal-utenti għall-kwestjonarju u għas-sottomissjonijiet, biex tara li tikkategorizza l-GOES kif suppost. Il-Kummissjoni kkategorizzat il-GOES b’mod proviżorju kif ġej, abbażi tat-telf tan-nukleu f’watt/kg li huwa aċċettat b’mod wiesa’ bħala unità ta’ kejl: Grad ta’ livell għoli < 0,7 W/kg, grad ta’ livell medju 0,7 W/kg sa 0,9 W/kg u grad konvenzjonali > 0,9 W/kg.
IL-PRODUTTURI TAL-UNJONI
(15) Il-produtturi tal-Unjoni huma l-produtturi tal-GOES u tal-SLCs (l-Industrija tal-Unjoni). Il-produtturi tal-GOES huma ThyssenKrupp Electrical Steel GmbH, Gelsenkirchen, il-Ġermanja, ThyssenKrupp Electrical Steel UGO S.A.S., Isbergues, Franza (relatata ma’ ThyssenKrupp Electrical Steel GmbH), Stalprodukt S.A., Bochnia, il-Polonja, GO Steel Frydek Mistek a.s., Frýdek-Místek, ir-Repubblika Ċeka (relatata ma’ Stalprodukt S.A.).
(16) Il-produtturi kollha msemmija hawn fuq ikkooperaw mal-investigazzjoni billi ppreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju. ThyssenKrupp Electrical Steel GmbH u Stalprodukt S.A. ġew ivverifikati fuq il-post. Il-verifiki koprew ukoll data parzjali li tappartjeni għas-sussidjarji relatati.
(17) Il-produtturi tal-Unjoni tal-SLCs jikkonsistu f’madwar tmien kumpaniji, li l-maġġoranza tagħhom jinsabu fl-Italja. Ħamsa minn dawn il-produtturi ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju, u tnejn minnhom ġew ivverifikati fuq il-post. Xi wħud minn dawn il-produtturi nstabu li rrilokaw parti mill-produzzjoni tal-SLCs lejn pajjiżi barra mill-Unjoni, fosthom it-Turkija u l-Emirati Għarab Magħquda.
(18) Diversi partijiet interessati sostnew li l-produtturi tal-SLCs ma humiex parti mill-industrija tal-Unjoni, peress li jipproċessaw f’SLCs kemm GOES importati kif ukoll GOES prodotti fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li minflok jiġu ttrattati bħala importaturi.
(19) Il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-affermazzjoni. Il-produtturi tal-SLCs, li l-partijiet li ressqu t-talba sejħu ċentri ta’ servizz, joħolqu l-prodott ikkonċernat billi jipproċessaw il-GOES f’SLCs fil-bini tal-produzzjoni tagħhom fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk il-GOES joriġinawx mill-UE jew minn pajjiż terz. Għalhekk, il-produtturi tal-SLCs huma parti mill-industrija tal-Unjoni.
ŻIEDA FL-IMPORTAZZJONIJIET
(20) Abbażi tal-informazzjoni mill-Eurostat, kif ukoll tal-informazzjoni ppreżentata mill-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni wettqet analiżi taż-żieda tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025 (il-perjodu kkunsidrat).
(21) Fil-valutazzjoni tagħha tal-evoluzzjoni tal-importazzjoni, il-Kummissjoni ma qisitx il-volumi tal-importazzjoni minn ċerti pajjiżi li jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri proviżorji, b’mod partikolari: iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), il-pajjiżi tal-EFTA, il-Kenja, u l-Ukrajna. Fid-dawl tal-integrazzjoni mill-qrib tas-swieq mal-membri taż-ŻEE/l-EFTA, taċ-ċifri ġenerali tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi, u tar-riskju baxx ta' devjazzjoni tat-traffiku kummerċjali, il-Kummissjoni tqis li l-prodotti vvalutati li joriġinaw min-Norveġja, mill-Iżlanda u mil-Liechtenstein għandhom jiġu esklużi mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet mill-Kenja huma esklużi abbażi tal-ftehim bilaterali,, u l-Ukrajna hija eskluża abbażi tas-sospensjoni tar-Regolament ta’ salvagwardja,. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-ebda importazzjoni mill-Iżlanda, mil-Liechtenstein u mill-Kenja ma ġiet irrapportata, u l-importazzjonijiet min-Norveġja u mill-Ukrajna rrappreżentaw 0,0009 % u 0,0006 % rispettivament tal-importazzjonijiet totali fl-UE tal-prodott ikkonċernat.
(22) Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni mal-importazzjonijiet fl-Unjoni. L-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet inkisbet mill-Eurostat. Il-volum tal-produzzjoni ġie stabbilit abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni.
(23) Tabella 1 Sors: Produzzjoni tal-volum tal-importazzjonijiet, konsum u importazzjonijiet relattivi għall-produzzjoni u l-konsum
L-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat żviluppaw kif ġej: EUROSTAT u t-tweġibiet għall-kwestjonarju Sena 2021 2022 2023 2024 2025 Importazzjonijiet ta’ GOES u ta’ SLCs f’tunnellati 135140 180871 181761 223580 297079 indiċi 2021 = 100 100 134 134 165 220 Importazzjonijiet ta’ GOES f’tunnellati 101617 134440 132732 172006 227396 indiċi 2021 = 100 100 132 131 169 224 Importazzjonijiet ta’ SLCs f’tunnellati 33523 46431 49029 51574 69683 indiċi 2021 = 100 100 139 146 154 208 Produzzjoni f’tunnellati 336555 363039 332378 336553 306539 indiċi 2021 = 100 100 108 99 100 91 Importazzjonijiet meta mqabbla mal-produzzjoni (proporzjon) 0,40 0,50 0,55 0,66 0,97 indiċi 2021 = 100 100 124 136 165 241 Konsum f’tunnellati 397698 450172 435769 480947 525088 indiċi 2021 = 100 100 113 110 121 132 Importazzjonijiet meta mqabbla mal-konsum (proporzjon) 0,34 0,40 0,42 0,46 0,57 indiċi 2021 = 100 100 118 123 137 166
(24) L-analiżi tax-xejriet tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat turi żieda ta’ 120 % fil-volumi tal-importazzjoni f’termini assoluti matul il-perjodu kkunsidrat, żieda ta’ 141 % meta mqabbla mal-produzzjoni tal-Unjoni, u żieda ta’ 66 % meta mqabbla mal-konsum tal-Unjoni.
(25) L-ewwel żieda sinifikanti ta’ 34 % fl-importazzjoni seħħet bejn l-2021 u l-2022. L-importazzjonijiet baqgħu f’livell simili fl-2023 u komplew jiżdiedu bi 23 % fl-2024 u bi 33 % fl-2025. Fl-2025, l-importazzjonijiet miċ-Ċina għandhom sehem ta’ 53 % tal-importazzjonijiet totali, segwiti mill-Ġappun (20 %), mit-Turkija (13 %) u mill-Korea u mill-EGħM (4 %). Is-sehem tal-importazzjoni miċ-Ċina żdied minn 20 % għal 53 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li matul l-istess perjodu, l-ishma tal-importazzjoni naqsu għall-Ġappun (25 % għal 20 %), għat-Turkija (16 % għal 13 %), u għall-Korea (9 % għal 4 %).
(26) Il-prezzijiet tal-importazzjoni jenħtieġ li jiġu vvalutati skont it-tip ta’ prodott, u trid issir distinzjoni bejn il-prezz tal-GOES, tal-laminazzjonijiet u tan-nuklei. Il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-GOES u tal-SLC flimkien żdiedu bi 78 % bejn l-2021 u l-2023, bdew jonqsu fl-2024 u fl-2025 meta kienu żdiedu b’27 % meta mqabbla mal-2021. Barra minn hekk, il-GOES għandu jkun distint skont il-grad. Il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-GOES huma disponibbli biss f’livell aggregat u mhux għal kull grad differenti, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni huma disponibbli għal kull grad.
(27) Tabella 2 Sors: Prezzijiet tal-importazzjoni tal-GOES u tal-SLCs, tal-GOES u tan-nuklei
Ma tistax issir distinzjoni bejn il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-laminazzjonijiet u tan-nuklei peress li qed jiġu importati skont l-istess kodiċi NM. Mill-intelliġenza tas-suq, madankollu, huwa possibbli li jiġi konkluż b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet mill-EGħM jirrappreżentaw kważi kompletament laminazzjonijiet biss, u li l-prezz tal-importazzjoni tan-nuklei jenħtieġ li jkun medja tal-bqija tal-importazzjonijiet. EUROSTAT Sena 2021 2022 2023 2024 2025 Prezz tal-importazzjoni tal-GOES u tal-SLCs (EUR/tunnellata) 2169 3379 3863 2826 2746 indiċi 2021 = 100 100 156 178 130 127 Prezz tal-importazzjoni tal-GOES (EUR/tunnellata) 1904 3046 3448 2432 2405 indiċi 2021 = 100 100 160 181 128 126 Prezz tal-importazzjoni tan-Nuklei (EUR/tunnellata) 2950 4342 5024 4233 3970 indiċi 2021 = 100 100 147 170 144 135
(28) Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prodott ikkonċernat qed jiġi importat fi kwantitajiet akbar. Kien hemm żieda notevoli fl-importazzjonijiet, kemm f’termini assoluti kif ukoll f’termini relattivi. Din il-konklużjoni hija derivata minn analiżi komprensiva tad-data matul il-perjodu kollu ta’ investigazzjoni u hija appoġġata kemm mill-analiżi globali kif ukoll minn analiżi f’livell diżaggregat, għal kull kategorija ta’ prodott. Dawn iċ-ċifri jikkonfermaw li ż-żieda fl-importazzjonijiet hija reċenti biżżejjed, f’daqqa biżżejjed, qawwija biżżejjed, u sinifikanti biżżejjed għall-prodott ikkonċernat globalment, li huwa kkonfermat fil-livell tal-kategorija tal-prodott.
ŻVILUPPI MHUX PREVISTI
(29) Il-Kummissjoni waslet għal konklużjoni proviżorja li ż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet ta’ GOES u ta’ SLCs fl-Unjoni hija konsegwenza diretta ta’ żviluppi mhux previsti, li mhux biss joħolqu iżda wkoll jintensifikaw l-iżbilanċi fil-kummerċ internazzjonali tal-prodott ikkonċernat.
(30) Is-suq globali tal-azzar, inkluż is-settur tal-GOES, huwa kkaratterizzat minn kapaċità żejda, b’żieda sinifikanti fil-kapaċità dinjija f’dawn l-aħħar snin. Diġà fl-2024, iċ-Ċina waħedha kienet responsabbli għal kapaċità żejda ta’ GOES ta’ 600000 tunnellata (ekwivalenti għal 20 % tad-domanda domestika totali tagħha), filwaqt li l-Indja, il-Korea u l-Ġappun flimkien kienu jirrappreżentaw 242000 tunnellata addizzjonali. Dan il-livell ta’ kapaċità ta’ riżerva jikkuntrasta bil-kbir mal-konsum tal-UE, li ammonta għal 366850 tunnellata fl-istess sena. Dan ikkontribwixxa b’mod sinifikanti għaż-żieda fil-volumi ta’ importazzjoni osservati fis-suq tal-Unjoni.
(31) Meta jkun hemm kapaċità żejda fuq skala globali, il-produtturi jipproduċu kwantitajiet eċċessi li jfittxu li jeħilsu minnhom kull fejn ikun possibbli u preferibbilment fi swieq b’livelli ta’ prezzijiet għoljin. Is-suq tal-Unjoni, fejn kienu prevalenti tali livelli ta’ prezzijiet daqshekk għoljin, sar destinazzjoni attraenti għal din il-produzzjoni eċċessiva.
(32) L-effett imsemmi hawn fuq ġie aggravat minn prattiki restrittivi għall-kummerċ fis-swieq ta’ pajjiżi terzi. F’dawn l-aħħar snin, aktar swieq ewlenin oħra bdew jingħalqu, peress li ħafna pajjiżi bdew jużaw aktar politiki kummerċjali u strumenti għad-difiża tal-kummerċ biex jipproteġu lill-produtturi domestiċi. Minn meta l-Istati Uniti introduċiet il-miżuri tat-Taqsima 232 fl-2025, (tariffa ta’ 50 % fuq il-prodotti tal-azzar, inklużi l-GOES), l-importazzjonijiet tal-GOES fl-Istati Uniti naqsu, u dan wassal għal devjazzjoni tal-kummerċ u għal żieda fl-importazzjonijiet tal-GOES fl-Unjoni. Barra minn hekk, is-suq tal-Unjoni għadu attraenti minħabba d-daqs tiegħu, peress li huwa fost l-akbar swieq tal-GOES madwar id-dinja. Iċ-Ċina biss għandha suq domestiku akbar mill-Unjoni. Madankollu, is-suq taċ-Ċina huwa soġġett għal miżuri AD fuq l-importazzjonijiet mill-Ġappun u mill-Korea li jvarjaw bejn 37 % u 46 %, li wasslu lill-Ġappun u lill-Korea biex jidderieġu mill-ġdid xi esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.
(33) Xi partijiet sostnew li l-kapaċità żejda globali u t-tariffi tat-Taqsima 232 tal-Istati Uniti, kif invokati mill-Kummissjoni, jenħtieġ li ma jitqisux bħala żviluppi mhux previsti. Huma żiedu li l-kapaċità żejda globali kienet diġà ssemmiet fir-rieżami ta’ skadenza tal-anti-dumping li tlesta fl-2022, u għalhekk dan l-element ma messux ġie bħala sorpriża.
(34) Il-Kummissjoni ma laqgħetx l-affermazzjoni. Il-parteċipanti fis-suq jistgħu raġonevolment jistennew li l-kompetituri tagħhom iżidu l-kapaċitajiet tagħhom f’konformità max-xejriet tas-suq, bħal pereżempju t-tkabbir fil-konsum. Kif deskritt f’dan ir-Regolament, tali tkabbir fil-konsum ġie fil-fatt osservat matul il-perjodu kkunsidrat. Huwa mistenni tkabbir ulterjuri fil-futur qarib, fl-isfond ta’, pereżempju, it-tranżizzjonijiet tal-enerġija u l-ħtieġa dejjem akbar ta’ ċentri tad-data. Madankollu, l-evidenza fil-fajl turi li ċ-Ċina diġà bniet kapaċitajiet li jaqbżu b’mod ċar dak li s-suq kien kapaċi jassorbi. Il-fatt li xi kapaċità żejda kienet diġà ġiet osservata meta sar l-aħħar rieżami ta’ skadenza anti-dumping ma jfissirx li l-kapaċità żejda mibnija wara setgħet tkun mistennija.
(35) Barra minn hekk, il-GOES u l-SLCs huma soġġetti għal rata tal-VAT ta’ 13 % fiċ-Ċina. Madankollu, iċ-Ċina introduċiet ribass tal-VAT ta’ 13 % applikabbli għall-esportazzjonijiet tal-SLCs u tat-transformers li fihom huma inkorporati l-SLCs, skont il-politika tat-taxxa kurrenti taċ-Ċina. Madankollu, tali ribass ma ġiex introdott fir-rigward tal-esportazzjonijiet tal-GOES. Dan ifisser li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom inċentiv biex jesportaw l-SLCs u t-transformers. Tali ribassi tal-VAT huma introdotti mill-Gvern Ċiniż b’mod selettiv biex jippromwovi l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti minn żmien għal żmien. Għalhekk, dawn il-miżuri ma humiex mistennija għall-parteċipanti fis-suq barra miċ-Ċina.
(36) Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni kkonkludiet proviżorjament li l-iżviluppi mhux previsti b’mod partikolari, il-kapaċità żejda globali, il-miżuri għad-difiża tal-kummerċ ta’ pajjiżi terzi u ż-żidiet ġenerali fit-tariffi, b’mod partikolari fl-Istati Uniti u r-ribassi tal-VAT taċ-Ċina, mhux biss wasslu għal żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet ta’ GOES fl-Unjoni iżda se jkomplu jixprunawha.
OBBLIGI LI L-EFFETT TAGĦHOM IRRIŻULTA FIŻ-ŻIEDA FL-IMPORTAZZJONIJIET
(37) Tabella 3 Rati tad-dazju
Il-prodott ikkonċernat jinkludi diversi linji tariffarji u f’dawn il-linji tariffarji kollha, l-Unjoni Ewropea għandha, b’riżultat tal-konċessjonijiet tariffarji li saru f’sessjonijiet preċedenti ta’ negozjati kummerċjali multilaterali, l-impenji tariffarji ta’: Linja tariffarja Rata tad-dazju (impenn tariffarju) 7225 11 00 Bla ħlas 7226 11 00 Bla ħlas 8504 90 13 Bla ħlas
(38) Dawn il-konċessjonijiet huma miktuba, fiż-żmien tad-determinazzjoni tas-salvagwardja proviżorja, fil-Parti I, it-Taqsima II tal-Iskeda ta’ Konċessjonijiet u Impenji tal-Unjoni Ewropea, iċċertifikata bħala Skeda UE CLXXIII – Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Diċembru 2016, kif emendata.
(39) B’riżultat ta’ dawn il-konċessjonijiet miktuba fl-Iskeda ta’ Konċessjonijiet u Impenji tal-Unjoni Ewropea, annessi mal-GATT u inkorporati skont l-Artikolu II:7 tal-GATT 1994 u bħala riżultat ta’ partijiet oħra tal-GATT 1994, l-Unjoni Ewropea għandha obbligi x’tosserva skont il-GATT 1994, b’mod partikolari kif ġej: l-Artikolu XI:1, li jipprojbixxi restrizzjonijiet mhux tariffarji fuq l-importazzjoni tal-prodotti elenkati hawn fuq, u, b’mod importanti, l-Artikolu II:1(a) u l-Artikolu II:1(b), l-ewwel u t-tieni sentenzi, tal-GATT 1994. Skont l-Artikolu II:1(b), l-ewwel sentenza, l-UE ma tistax, fin-nuqqas ta’ eċċezzjoni applikabbli, timponi dazji doganali ordinarji fuq il-prodott ikkonċernat li jaqbżu dawk stabbiliti u previsti fil-parti rilevanti tal-Iskeda ta’ Konċessjonijiet u Impenji tal-UE, jiġifieri r-rata indikata hawn fuq għal kull waħda mil-linji tariffarji koperti. Barra minn hekk, it-tariffa tal-importazzjoni tal-UE applikata fuq il-prodott ikkonċernat, magħrufa wkoll bħala t-tariffa tan-nazzjon l-iktar iffavorit, fiż-żmien tal-investigazzjoni, kienet fil-livelli massimi permessi skont l-impenji tariffarji indikati hawn fuq.
(40) Il-prodott ikkonċernat kien qed jiġi importat fi kwantitajiet akbar bħala riżultat tal-obbligi ta’ hawn fuq imwettqa skont il-GATT 1994 (l-Artikolu XI:1, l-Artikolu II:1(a) u II:1(b), l-ewwel u t-tieni sentenzi, tal-GATT 1994), minħabba li dawk l-obbligi, ikkombinati mal-konċessjonijiet tariffarji li l-Unjoni Ewropea għamlet fiċ-ċikli suċċessivi ta’ negozjati kummerċjali multilaterali, tejbu u żguraw il-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-suq għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-impenji tariffarji tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq irriżultaw fiż-żieda fl-importazzjonijiet u ma taw l-ebda flessibbiltà lill-Unjoni Ewropea biex iżżid id-dazji doganali ordinarji minflok ma tintroduċi miżura ta’ salvagwardja. Dan jispjega fl-istess ħin kif l-obbligi inkwistjoni rriżultaw fiż-żieda fl-importazzjonijiet li jikkawżaw dannu serju.
(41) L-obbligi tal-GATT speċifikati fl-istess ħin żammew lill-UE milli żżid id-dazji tal-importazzjoni applikati fuq il-prodott inkwistjoni. Għalhekk, dawn kienu l-obbligi tal-GATT 1994 tal-Unjoni Ewropea [li] [illimitaw] il-kapaċità tagħha li tipprevjeni jew li tirrimedja d-dannu minn żieda fl-importazzjonijiet. Fl-istess ħin, l-Unjoni Ewropea ssospendiet dawk l-obbligi bħala riżultat tal-miżura ta’ salvagwardja tagħha.
DANNU SERJU Is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
(42) Sabiex tifformula d-determinazzjoni preliminari tagħha dwar jekk hemmx evidenza ta’ dannu serju għall-produtturi tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament 2015/478 u mal-Artikolu 6 tar-Regolament 2015/755, eżaminat ix-xejriet tal-konsum, tal-produzzjoni, tal-użu tal-kapaċità, tal-bejgħ, tas-sehem mis-suq, tal-prezzijiet, tal-profittabbiltà, tal-ħażniet, tal-introjtu mill-investiment użat (ROCE), tal-fluss tal-flus u tal-impjiegi għall-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat.
(43) L-indikaturi tad-dannu ġeneralment urew xejriet negattivi matul il-perjodu kkunsidrat. Wara rkupru pjuttost promettenti fl-2022 u fl-2023 wara l-pandemija tal-COVID-19, seħħ tnaqqis sinifikanti fl-2024, b’titjib żgħir iżda insuffiċjenti fl-2025.
(44) Matul il-perjodu kkunsidrat, fi sfond ta’ żieda fil-konsum, il-volum tal-produzzjoni naqas b’9 %, il-bejgħ b’4 %, u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas għal 43 % (meta mqabbel ma’ 66 % fl-2021). Il-profittabbiltà fuq il-bejgħ domestiku lil klijenti mhux relatati naqset minn 8,4 % għal 3,6 % matul il-perjodu kkunsidrat.
(45) Dan instab li ma kienx sostenibbli f’settur intensiv fil-kapital. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li kien meħtieġ profitt fil-mira ta’ madwar 15 % biex jippermetti l-investimenti meħtieġa biex tinkiseb u tinżamm l-ogħla grad ta’ kwalità. Dan il-profitt fil-mira kien ibbażat fuq ir-rati ta’ profitt li l-produtturi tal-Unjoni rrealizzaw fl-2022 u fl-2023 qabel iż-żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet.
(46) Fid-dawl taż-żieda fid-domanda ta’ 32 %, il-produtturi tal-Unjoni tal-GOES żiedu l-kapaċità b’9 %. Madankollu, minħabba l-pressjoni mill-importazzjoni, l-użu tal-kapaċità naqas minn 85 % għal 71 % matul il-perjodu kkunsidrat, u l-produtturi tal-Unjoni tal-GOES tilfu 35 % tas-sehem mis-suq.
(47) B’mod ġenerali, is-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi tal-Unjoni tal-GOES (TK u Stalprodukt) uriet xejra ’l isfel konsistenti tal-maġġoranza tal-indikaturi tad-dannu, filwaqt li s-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni tal-SLCs turi stampa aktar imħallta, skont il-mudell tan-negozju tagħhom, b’mod partikolari jekk dawn xtrawx prinċipalment GOES mingħand produtturi tal-Unjoni jew minn pajjiżi terzi. Xi wħud instabu li kienu qed jagħmlu t-telf, filwaqt li oħrajn għamlu profitt. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni sabet li l-produtturi tal-Unjoni tal-SLCs li kienu jiddependu fuq il-provvisti tal-GOES mingħand il-produtturi tal-Unjoni ġarrbu aktar dannu minn dawk li għall-inqas parzjalment ibbażaw fuq importazzjonijiet bi prezz baxx, b’mod partikolari miċ-Ċina.
(48) Tabella 4 Sors:Sors:Sors: Prezzijiet tal-importazzjoni, prezzijiet tal-bejgħ domestiku lil klijenti mhux relatati u twaqqigħ tal-prezz
Meta tiġi analizzata s-sitwazzjoni ġenerali, il-konsum tal-Unjoni, il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni u s-sehem mis-suq korrispondenti żviluppaw kif ġej: EUROSTAT u t-tweġibiet għall-kwestjonarju Sena 2021 2022 2023 2024 2025 Prezz tal-importazzjoni tal-GOES u tal-SLCs (EUR/tunnellata) 2169 3379 3863 2826 2746 indiċi 2021 = 100 100 156 178 130 127 Prezz tal-bejgħ domestiku tal-UE tal-GOES u tal-SLCs (EUR/tunnellata) 2270 3529 3529 2826 2896 indiċi 2021 = 100 100 155 155 124 128 Twaqqigħ tal-prezz tal-GOES u tal-SLCs 4,5 % 4,3% -9,5% 0,0% 5,2% indiċi 2021 = 100 100 96 -212 0 116 EUROSTAT u t-tweġibiet għall-kwestjonarju Sena 2021 2022 2023 2024 2025 Prezz tal-importazzjoni tal-GOES (EUR/tunnellata) 1904 3046 3448 2432 2405 indiċi 2021 = 100 100 160 181 128 126 Il-prezz tal-bejgħ domestiku tal-UE tal-GOES (EUR/tunnellata) 2062 3441 3325 2579 2803 indiċi 2021 = 100 100 167 161 125 136 Twaqqigħ tal-prezz tal-GOES 7,7% 11,5% -3,7% 5,7% 14,2% indiċi 2021 = 100 100 150 -48 74 185 EUROSTAT u t-tweġibiet għall-kwestjonarju Sena 2021 2022 2023 2024 2025 Prezz tal-importazzjoni tan-Nuklei (EUR/tunnellata) 2879 4270 4934 4038 3796 indiċi 2021 = 100 100 148 171 140 132 Il-prezz tal-bejgħ domestiku tal-UE tan-Nuklei (EUR/tunnellata) 3568 4684 4980 4235 4186 indiċi 2021 = 100 100 131 140 119 117 Twaqqigħ tal-prezz tan-Nuklei 19,3% 8,8% 0,9% 4,6% 9,3% indiċi 2021 = 100 100 46 5 24 48
(49) Il-produtturi tal-Unjoni fil-biċċa l-kbira qegħdin ibigħu GOES ta’ gradi aktar baxxi, filwaqt li l-importazzjonijiet jikkonsistu fil-biċċa l-kbira fi gradi ogħla. Minħabba t-taħlita differenti ta’ prodotti ta’ GOES mibjugħa domestikament u ta’ GOES importati, kwalunkwe kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz ibbażat fuq il-medji huwa konservattiv u saħansitra sottovalutat. Twettqet analiżi separata tat-twaqqigħ tal-prezz għan-nukeli, fejn abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju stajna nidentifikaw il-prezzijiet tal-UE tan-nuklei u bi preċiżjoni ogħla estrapolaw il-prezzijiet tal-importazzjoni tagħhom. Id-data disponibbli ma ppermettietx kalkolu sinifikanti tat-twaqqigħ tal-prezz tal-laminazzjonijiet,
(50) Tabella 5 Sors: Konsum, bejgħ domestiku lill-klijenti mhux relatati u sehem mis-suq domestiku
Għall-GOES u l-SLC, it-twaqqigħ tal-prezz kien preżenti fl-2021 u fl-2022. Fl-2023, il-prezzijiet tas-suq globali kienu f’livell għoli assolut u l-prezzijiet tal-importazzjoni kienu bħala medja ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ domestiku. Fl-2024, il-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu, u t-twaqqigħ tal-prezzijiet reġa’ kien preżenti. Fl-2025, it-twaqqigħ tal-prezz kien ta’ 5,2 % għall-GOES u għall-SLCs f’livell aggregat, u 14,2 % għall-GOES u 9,3 % għan-nuklei. EUROSTAT u t-tweġibiet għall-kwestjonarju Sena 2021 2022 2023 2024 2025 Konsum f’tunnellati 397698 450172 435769 480947 525088 indiċi 2021 = 100 100 113 110 121 132 Il-bejgħ domestiku lil klijenti mhux relatati (tunnellati) 262558 269301 254008 257368 228009 indiċi 2021 = 100 100 103 97 98 87 Sehem mis-suq domestiku 66% 60% 58% 54% 43%
(51) Tabella 6 Sors: Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
Il-konsum żdied b’mod kostanti matul il-perjodu kkunsidrat bi tnaqqis żgħir biss mill-2022 sal-2023. B’kollox, żdied bi 32 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-bejgħ domestiku lil klijenti mhux relatati inizjalment kien qed joxxilla madwar il-valur tal-2021 iżda fl-2025 naqas bi 13 % meta mqabbel mal-2021. Iż-żieda fil-konsum u t-tnaqqis fil-bejgħ domestiku wasslu għal telf kbir tas-sehem mis-suq domestiku minn 66 % għal 43 %. Tweġibiet għall-kwestjonarju Sena 2021 2022 2023 2024 2025 Produzzjoni f’tunnellati 336555 363039 332378 336553 306539 indiċi 2021 = 100 100 108 99 100 91 Kapaċità tal-produzzjoni f’tunnellati 393825 408735 411135 427107 430107 indiċi 2021 = 100 100 104 104 108 109 Użu tal-kapaċità 85% 89% 81% 79% 71%
(52) Tabella 7 Sors: Bejgħ domestiku u esportazzjonijiet lil klijenti mhux relatati u l-profittabbiltà tagħhom
Il-produzzjoni fil-perjodu kkunsidrat inizjalment żdiedet bi 8 %, imbagħad reġgħet lura għal-livelli tal-2021, u fl-aħħar naqset b’9 % fl-2025 meta mqabbla mal-2021. Il-kapaċità tal-produzzjoni kienet qed tiżdied progressivament maż-żmien biex laħqet żieda ta’ 9 % fl-2025 meta mqabbla mal-2021. Biż-żewġ indikaturi jkollhom xejriet opposti, l-użu tal-kapaċità naqas b’14 % fl-2025 meta mqabbel mal-2021. EUROSTAT u t-tweġibiet għall-kwestjonarju Sena 2021 2022 2023 2024 2025 Bejgħ lil klijenti mhux relatati domestiċi f’tunnellati 262558 269301 254008 257368 228009 indiċi 2019 = 100 100 103 97 98 87 Esportazzjonijiet lil klijenti mhux relatati f’tunnellati 80538 94515 85858 81573 100973 indiċi 2019 = 100 100 117 107 101 125 Profittabbiltà tal-bejgħ domestiku (% tal-fatturat) 8,4% 14,5% 14,1% -2,3% 3,6% Profittabbiltà tal-esportazzjonijiet (% tal-fatturat) 8,3% 16,4% 14,2% -1,9% 4,4%
(53) Tabella 8 Sors: Fluss ta’ flus, introjtu mill-investiment użat, stokks u impjiegi
Il-profittabbiltà żdiedet b’6,1 punti perċentwali għall-bejgħ domestiku u bi 8,1 punti perċentwali għall-esportazzjonijiet mill-2021 sal-2022 iżda naqset b’mod drammatiku fl-2024. Tjiebet kemxejn fl-2025 iżda xorta baqgħet f’livelli baxxi u insostenibbli. Tweġibiet għall-kwestjonarju Sena 2021 2022 2023 2024 2025 Fluss ta’ Flus (eluf ta’ EUR) 51240 166298 157549 91611 108224 indiċi 2021 = 100 100 325 307 179 211 Introjtu mill-investiment użat ( %) 12,2% 34,5% 23,7% -2,4% 5,3% Stokks (tunnellati) 19413 24802 23530 26244 16553 indiċi 2021 = 100 100 128 121 135 85 Impjiegi 2798 2895 2973 3043 3057 indiċi 2021 = 100 100 103 106 109 109
(54) Il-Fluss ta’ Flus żdied b’111 % fil-perjodu kkunsidrat. L-introjtu mill-investiment użat sar negattiv fl-2024 u b’mod ġenerali naqas b’6,9 punti perċentwali bejn l-2021 u l-2025. L-istokk naqas bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-impjiegi żdiedu b’mod simetriku maż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni b’9 % fl-2025 meta mqabbla mal-2021.
Konklużjoni
(55) Meta qieset dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-produtturi tal-Unjoni qed isofru dannu serju kif muri b’mod partikolari minn tnaqqis fil-produzzjoni u fil-bejgħ, mit-telf sinifikanti tas-sehem mis-suq, mis-soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet u mill-profittabbiltà sostanzjalment imnaqqsa.
KAWŻALITÀ
(56) Il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żieda fl-importazzjonijiet ikkawżatx dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-produtturi tal-Unjoni b’tali mod li jqajmu dubji dwar il-preżenza ta’ rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u ż-żieda fl-importazzjonijiet.
Żieda fl-importazzjonijiet
(57) Il-Kummissjoni ddeterminat b’mod preliminari li hemm rabta kawżali bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u d-dannu serju mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni.
(58) Filwaqt li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdiedu b’120 % bejn l-2021 u l-2025, il-produtturi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-produtturi tal-Unjoni tal-GOES, fl-istess perjodu, fi sfond ta’ żieda fil-konsum, sofrew f’termini ta’ telf tal-produzzjoni u tal-bejgħ u sofrew telf ta’ sehem sinifikanti mis-suq li rriżulta f’livelli ta’ profitt imnaqqsa u insostenibbli.
(59) Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li hemm rabta kawżali bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet u d-dannu serju mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni.
Fatturi magħrufa oħrajn
(60) Sabiex tiżgura li d-dannu serju ma jiġix attribwit għal fatturi oħrajn għajr iż-żieda fl-importazzjonijiet, il-Kummissjoni wettqet analiżi preliminari biex tiddetermina jekk fatturi oħra setgħux ikkontribwew għad-dannu serju mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni u biex tiddistingwi l-effetti ta’ dawk il-fatturi mill-effetti ta’ żieda fl-importazzjonijiet, bil-ħsieb li tistabbilixxi b’mod preliminari l-eżistenza ta’ relazzjoni ġenwina u sostanzjali ta’ kawża u effett.
(61) Diversi partijiet interessati sostnew li l-produtturi tal-Unjoni qed ibatu mill-prezzijiet għoljin tal-enerġija fl-Unjoni aktar milli minn żieda fl-importazzjonijiet. Tabilħaqq, il-prezzijiet tal-enerġija huma ġeneralment ogħla fl-Unjoni milli f’xi reġjuni oħra tad-dinja. Madankollu, f’kundizzjonijiet normali tas-suq, il-manifatturi jistgħu jirriflettu ż-żidiet fil-kostijiet fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom u b’hekk iżommu profitti raġonevoli. Iż-żieda fil-livell tal-importazzjonijiet impediet lill-produtturi tal-Unjoni milli jżidu l-prezz tal-bejgħ tagħhom b’mod suffiċjenti biex ikopru ż-żieda fil-prezz tal-enerġija. Għalhekk, ma hijiex iż-żieda fil-kostijiet bħala tali, iżda n-nuqqas tal-kapaċità tal-produttur tal-Unjoni li jirrifletti b’mod akkurat dawn iż-żidiet fil-kostijiet fil-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu, minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet, li kkawża dannu.
(62) Diversi partijiet sostnew li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jipprovdu GOES fi kwantità u kwalità suffiċjenti. L-investigazzjoni żvelat li, fil-preżent, il-produtturi tal-Unjoni jistgħu teoretikament ifornu madwar 80 % tad-domanda tal-GOES fil-gradi li bħalissa qed jiġu prodotti fl-Unjoni.
(63) Madankollu, il-Kummissjoni sabet, u sa dak il-punt qablet ma’ din l-affermazzjoni, li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jipproduċu l-ogħla kwalità meħtieġa għall-aktar transformers effiċjenti fl-enerġija biex ilaħħqu maż-żieda fid-domanda (jiġifieri dawk bl-inqas telf teknikament possibbli tan-nukleu). Il-produtturi tal-Unjoni qablu wkoll ma’ din l-affermazzjoni. Madankollu, dan il-fattur ma naqqasx ir-rabta kawżali bejn iż-żieda fil-volumi tal-importazzjoni u d-dannu serju mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni, peress li dawn il-kwistjonijiet ta’ kwalità ma impedewx lill-industrija tal-Unjoni milli tikseb rati ta’ profitt robusti fl-2022 u fl-2023 (ara t-tabella 6).
(64) Diversi partijiet sostnew li ż-żieda fl-importazzjonijiet tirrifletti d-domanda dejjem akbar u n-normalizzazzjoni tas-suq wara l-pandemija. Il-Kummissjoni nnotat li l-industrija tal-Unjoni kellha tibbenefika minn dawn il-kundizzjonijiet favorevoli tas-suq, iżda dan ma seħħx minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet, li qabżet it-tkabbir fil-konsum.
(65) Il-Kummissjoni vvalutat ukoll il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni abbażi tad-data mit-tweġibiet għall-kwestjonarju li rċeviet. Il-Kummissjoni sabet li l-produtturi tal-Unjoni tal-GOES żiedu xi ftit il-volumi tal-esportazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet b’mod proviżorju l-affermazzjoni li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni kkontribwiet għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.
(66) Xi partijiet issuġġerew ukoll li d-dannu kien ikkawżat minn investimenti kbar tal-produtturi tal-Unjoni u mid-dekarbonizzazzjoni. Madankollu, l-investimenti kienu meħtieġa biex tibqa’ tiġi pprovduta kwalità konsistentament tajba tal-prodott ikkonċernat u biex din tkompli tittejjeb. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tagħmel aktar investimenti meħtieġa sabiex tikseb aktar titjib fil-kwalità minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet u d-deterjorament rapidu tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha.
(67) Konsegwentement, il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda fattur ieħor li jdgħajjef ir-rabta kawżali bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet u d-dannu serju għall-produtturi tal-Unjoni.
Konklużjoni
(68) Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li kien hemm rabta kawżali bejn iż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet u d-dannu serju mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Fatturi oħra, b’mod partikolari l-prezzijiet għoljin tal-enerġija, setgħu kkontribwew għad-dannu serju mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni, iżda dawn il-fatturi ma naqqsux ir-rabta kawżali.
INTERESS TAL-UNJONI
(69) Il-Kummissjoni eżaminat jekk ikunx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri proviżorji. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq valutazzjoni tal-interessi differenti kollha involuti, inklużi dawk tal-produtturi, tal-importaturi, u tal-utenti tal-Unjoni.
(70) L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti f’madwar 12-il produttur, li jinsabu fi Stati Membri differenti tal-Unjoni, u fl-2025 kienet timpjega direttament aktar minn 3000 impjegat b’rabta mal-prodott ikkonċernat. L-għajbien tagħha jkollu konsegwenzi negattivi sinifikanti kemm għall-impjegati kif ukoll għar-reġjuni li fihom jinsabu l-faċilitajiet ta’ produzzjoni.
(71) Ġie stabbilit li l-industrija tal-Unjoni qed issofri dannu serju kkawżat minn żieda fl-importazzjonijiet. Għalhekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri biex l-industrija tal-Unjoni tiġi protetta minn din iż-żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet hija b’mod ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.
(72) Il-GOES u l-SLCs huma input indispensabbli fit-transformers, li huma komponent kritiku tal-grilja, li d-disponibbiltà u l-affordabbiltà tagħhom huma essenzjali għat-tranżizzjoni tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista tal-Ewropa. Mingħajr ebda produzzjoni fl-Ewropa ta’ GOES u SLC, l-industrija tat-transformers tal-Unjoni tkun tiddependi kompletament fuq l-importazzjonijiet ta’ dawn il-materjali minn pajjiżi terzi. Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fil-GOES u l-SLC naqas bi 23 punt perċentwali għal 43 %, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importaturi kompla jiżdied, b’mod partikolari dak miċ-Ċina, li żdied għal aktar minn 50 % tal-importazzjonijiet totali.
(73) Bit-tfixkil fil-katina tal-provvista globali li jenfasizza l-vulnerabbiltajiet, li jkun hemm industrija vijabbli tal-GOES u tal-SLCs jiżgura li l-Unjoni tkun tista’ żżomm il-produzzjoni industrijali u l-awtonomija strateġika tagħha, anke fi żminijiet ta’ inċertezza globali.
(74) Barra minn hekk, industrija tal-Unjoni tal-GOES u tal-SLCs tgħin lill-Unjoni tilħaq l-għanijiet klimatiċi tagħha. L-industrija tal-Unjoni taderixxi mar-regolamenti ambjentali tal-Unjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet tal-GOES u tal-SLCs jistgħu jwasslu għal rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.
(75) L-utenti u l-importaturi, b’mod ġenerali, ifittxu l-aktar prezz baxx possibbli. Madankollu, huwa wkoll fl-interess tagħhom li jkun hemm industrija tal-Unjoni kompetittiva u vijabbli, bħala sors affidabbli ta’ provvista.
(76) Diversi partijiet interessati affermaw li l-produtturi tal-Unjoni la ssodisfaw il-kwantità u lanqas il-kwalità tad-domanda tal-utenti tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-kapaċità totali tal-industrija tal-Unjoni tal-GOES ma tissodisfax il-konsum tal-Unjoni tal-GOES. Barra minn hekk, il-GOES prodotti mill-industrija tal-Unjoni ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tat-telf u tal-istorbju tan-nukleu meħtieġa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2014. Sussegwentement, l-industrija tat-transformers tal-Unjoni ma tkunx tista’ tipproduċi transformers li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti. Barra minn hekk, il-partijiet sostnew li miżura żżid b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-GOES u tal-SLCs għall-industrija tat-transformers downstream tal-Unjoni. Flimkien, dawn ikunu ta’ dannu għall-kompetittività tal-industrija tat-transformers tal-Unjoni u jwasslu għal żieda fl-importazzjonijiet tat-transformers u għal dipendenza ikbar fuq iċ-Ċina. Il-Kummissjoni qieset it-tħassib dwar il-provvista tal-GOES u tal-SLCs billi introduċiet dazji speċifiċi bbażati fuq il-prezzijiet minimi ta’ importazzjoni kkombinati ma’ kwoti tariffarji li, minbarra li jipproteġu l-industrija tal-Unjoni, għandhom l-għan li jżommu s-suq tal-Unjoni miftuħ għall-importazzjonijiet. Il-forma tal-miżuri se tiżgura wkoll li l-kost addizzjonali, jekk ikun hemm, se jkun limitat għall-minimu strett għall-produtturi tat-transformers, b’mod partikolari għal dawk li diġà jġibu GOES ta’ kwalità għolja bi prezzijiet qrib il-livell tal-limitu tal-prezz. Barra minn hekk, il-kost tal-GOES fi transformer jirrappreżenta, bħala medja, bejn 10 % u 30 % u ż-żieda fil-kost fil-maġġoranza tal-każijiet tkun biss perċentwal żgħir tiegħu. Min-naħa l-oħra, l-impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tinvesti bil-għan li żżid il-produzzjoni ta’ GOES ta’ kwalità għolja.
(77) Barra minn hekk, ġie ddikjarat li miżura dwar il-GOES u l-SLCs twassal għal ċirkomvenzjoni. Il-produtturi fil-pajjiżi esportaturi jistgħu jipproċessaw ulterjorment GOES u SLC f’nuklei inkorporati fi transformers biex jevitaw id-dazji.
(78) Il-Kummissjoni rriflettiet fuq din l-affermazzjoni u sabet li kien iġġustifikat li tapplika l-miżuri wkoll għan-nuklei inkorporati fi transformers. Għalhekk, il-GOES u l-SLCs, inklużi l-SLCs ipproċessati ulterjorment fi transformers, se jkunu soġġetti għall-miżuri proviżorji imposti skont dan ir-Regolament. Din l-inklużjoni hija meħtieġa, sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-miżura. Barra minn hekk, nukleu fi transformer huwa identifikabbli, u għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bħal nukleu li jkun għadu ma ġiex inkorporat fi transformer.
(79) Barra minn hekk, diversi partijiet sostnew li prezzijiet ogħla tal-GOES u tal-SLC minħabba l-miżura jaffettwaw b’mod negattiv is-settur tat-transformers, li jdewwem l-espansjoni tal-grilja u jwassal għal prezzijiet ogħla tal-elettriku.
(80) Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-affermazzjonijiet. Il-prezzijiet tat-transformers jirrappreżentaw biss komponent żgħir tal-kostijiet totali mġarrba għat-tħaddim tal-grilja tal-elettriku. L-effett ta’ żieda fil-prezzijiet tat-transformers fuq il-kost operazzjonali tal-grilja u sussegwentement fuq il-prezzijiet tal-elettriku nstab li huwa negliġibbli.
(81) Xi partijiet argumentaw li l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja ma hijiex fl-interess tal-Unjoni minħabba li dawn il-miżuri, flimkien mal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM), li dalwaqt se jiġi introdott skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, se jwasslu għal prezzijiet tal-importazzjoni saħansitra ogħla, li x’aktarx ikollhom impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-produtturi tat-transformers.
(82) Il-Kummissjoni ċaħdet dan l-argument. Il-produtturi tal-Unjoni jadattaw kontinwament il-proċessi tal-produzzjoni sabiex jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni maħsuba biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju. Il-miżuri tas-CBAM għandhom l-għan li jżommu lill-industrija tal-Unjoni kompetittiva fil-konfront tal-produtturi fil-pajjiżi esportaturi, li skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom ma għandhomx għalfejn jikkonformaw ma’ regoli simili dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju. L-aċċettazzjoni tal-argument timmina l-isforzi tal-Unjoni biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju, li huwa b’mod ċar kontra l-interess tal-Unjoni.
(83) Abbażi tal-affermazzjonijiet u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li l-miżuri ta’ salvagwardja fil-forom deskritti hawn taħt fit-Taqsima 12.2 se jilħqu bilanċ tajjeb bejn l-interessi tal-produtturi u dawk tal-utenti, minn naħa waħda billi jindirizzaw id-dannu serju kkawżat miż-żieda fl-importazzjonijiet filwaqt li, min-naħa l-oħra, iqisu l-interessi tal-produtturi tat-transformers billi jagħmlu l-parti tal-SLCs inkorporata fi transformers soġġetta għal miżuri.
(84) Il-miżura x’aktarx isservi wkoll bħala katalizzatur għall-investimenti fil-manifattura tal-GOES u l-SLC mill-industrija tal-Unjoni u ż-żidiet sussegwenti fl-utilizzazzjoni tal-kapaċità. L-impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti lill-produtturi tal-Unjoni jerġgħu jibdew u jżidu l-produzzjoni u jerġgħu jiksbu l-kompetittività tagħhom. Dan se jwassal għal industrija tal-Unjoni aktar sostenibbli u kompetittiva fit-tul.
(85) Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, u eżami bir-reqqa tad-diversi interessi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li huwa fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri ta’ salvagwardja fil-forma ta’ dazji speċifiċi, abbażi tad-differenza bejn limitu tal-prezz stabbilit u l-prezz attwali tal-importazzjoni għal kull grad ta’ kwalità tal-prodott. L-effetti pożittivi għall-industrija tal-Unjoni jegħlbu l-effetti negattivi li tista’ tiffaċċja l-industrija tat-transformers. Din il-miżura bilanċjata tippermetti l-importazzjonijiet fl-Unjoni, b’mod partikolari ta’ gradi ta’ kwalità għolja, u b’hekk tiżgura li l-provvista barranija tkompli tissodisfa d-domanda tal-industrija downstream, filwaqt li tiżgura livelli ta’ prezzijiet sostenibbli għall-industrija tal-Unjoni.
(86) Il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat huma ta’ importanza strateġika għas-sigurtà ekonomika u r-reżiljenza fit-tul tal-Unjoni, u l-Unjoni ma tistax taffordja li titlef din l-industrija. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżura ta’ salvagwardja hija fl-interess tal-Unjoni.
ĊIRKOSTANZI KRITIĊI
(87) F’konformità mal-Artikolu 7, il-paragrafu 1, l-ittra a) tar-Regolament (UE) 2015/478, il-Kummissjoni eżaminat jekk kinux jeżistu ċirkostanzi kritiċi fejn id-dewmien jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa. B’mod partikolari, ġiet eżaminata s-sitwazzjoni kurrenti tal-produtturi tal-Unjoni u jekk huwiex probabbli li l-importazzjonijiet ikomplu jiżdiedu fil-futur imminenti.
(88) Il-produtturi tal-Unjoni diġà kienu f’sitwazzjoni diffiċli, kif ġie rraġunat fit-Taqsima 7 ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, il-produtturi tal-Unjoni tilfu ishma sinifikanti mis-suq f’suq li altrimenti kien qed jikber. Barra minn hekk, produttur tal-Unjoni waqqaf temporanjament il-produzzjoni f’wieħed mill-impjanti tiegħu minħabba s-sitwazzjoni ekonomika insostenibbli.
(89) Barra minn hekk, kif spjegat hawn fuq fit-Taqsima 5, il-volum tal-kapaċità żejda globali eżistenti (mingħajr ma jinkludi l-kapaċità addizzjonali ppjanata) ġie stmat li huwa aktar minn 842000 tunnellata, li jirrappreżenta aktar mid-doppju tal-konsum tal-Unjoni fl-istess perjodu. Minħabba l-kapaċità żejda sinifikanti ħafna, li taqbeż kwalunkwe domanda potenzjali inkluż it-tkabbir previst fid-domanda fil-pajjiżi tal-esportazzjoni, il-produzzjoni eċċessiva se tipprova ssib opportunitajiet fil-pajjiżi importaturi, inkluż bi probabbiltà kbira fl-Unjoni, li, għall-kuntrarju ta’ ħafna swieq oħra, għadha suq miftuħ.
(90) Minħabba l-miżuri għad-difiża tal-kummerċ f’ħafna pajjiżi terzi (ara l-premessa (32)) u t-tariffi imposti mill-Istati Uniti (ara l-premessa (32)), is-suq tal-Unjoni se jibqa’ destinazzjoni attraenti għall-esportazzjoni kif iċċarat fit-Taqsima 5. Minħabba s-sitwazzjoni diġà diffiċli tal-produtturi tal-Unjoni, kwalunkwe żieda ulterjuri fl-importazzjonijiet tkun insostenibbli.
(91) Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li, minħabba d-dannu serju li l-produtturi tal-Unjoni qed isofru u r-riskju ta’ żieda ulterjuri fl-importazzjonijiet, hemm ċirkostanzi kritiċi. Kwalunkwe dewmien fl-adozzjoni ta’ miżuri proviżorji ta’ salvagwardja jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri proviżorji ta’ salvagwardja jenħtieġ li jiġu adottati mingħajr dewmien.
ESKLUŻJONIJIET TA’ ĊERTI PAJJIŻI MILL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-MIŻURI PROVIŻORJI
(92) Wara l-bidu tal-investigazzjoni, il-Kolombja, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf, l-Iżlanda, il-Messiku, l-Ukrajna, l-Iżvizzera, it-Tajwan, u t-Tajlandja sostnew li jenħtieġ li huma jiġu eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri, jew minħabba l-istatus tagħhom bħala pajjiż li qed jiżviluppa, jew minħabba l-volumi negliġibbli tagħhom ta’ esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, jew minħabba ftehim kummerċjali bilaterali fis-seħħ bejniethom u mal-Unjoni.
(93) Diversi partijiet talbu li l-Ġappun u l-Korea jiġu eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri minħabba li dawn il-pajjiżi jesportaw tipi ta’ prodotti ta’ kwalità għolja mhux prodotti fl-Unjoni li għalhekk ma humiex qed jikkompetu ma’ tipi ta’ prodotti magħmula mill-produtturi tal-Unjoni.
(94) F’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2015/478 u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, il-miżuri proviżorji ma jridux japplikaw għal kwalunkwe prodott li joriġina minn pajjiż membru tad-WTO li jkun qed jiżviluppa jew mill-Alġerija sakemm is-sehem tiegħu mill-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ dak il-prodott ma jaqbiżx it-3 %, dment li l-pajjiżi membri tad-WTO li qed jiżviluppaw b’anqas minn sehem ta’ 3 % tal-importazzjonijiet, flimkien, ma jirrappreżentawx aktar minn 9 % tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat.
(95) L-Anness III.1 jelenka l-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw li huma membri tad-WTO u għalhekk huma intitolati għal eżenzjonijiet mill-miżura ta’ salvagwardja.
(96) Id-determinazzjoni preliminari magħmula mill-Kummissjoni turi li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw minn pajjiżi Membri tad-WTO li qed jiżviluppaw ma jissodisfawx ir-rekwiżiti biex jibbenefikaw mid-deroga msemmija hawn fuq, jekk l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi jitqiesu għall-prodott ikkonċernat kollu kemm hu. B’kuntrast għal dan, jekk l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi jitqiesu skont it-tip ta’ prodott, allura bl-eċċezzjoni ta’ tip wieħed ta’ prodott, ħafna pajjiżi Membri tad-WTO li qed jiżviluppaw se jibbenefikaw mid-deroga. Għalhekk, u f’konformità mal-prattika tal-passat, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju huwa xieraq li jiġi kkalkolat il-volum tal-importazzjoni mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw abbażi ta’ kull tip ta’ prodott. Barra minn hekk, iż-żieda fit-tariffa hija stabbilita għal kull tip ta’ prodott u tqis il-varjazzjonijiet sinifikanti fil-livelli tal-prezzijiet. L-Anness III.2 (Lista ta’ tipi ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li għalihom japplikaw il-miżuri proviżorji) jispeċifika l-pajjiżi li qed jiżviluppaw soġġetti għall-miżuri ta’ salvagwardja proviżorji.
(97) Barra minn hekk, kif inhu spjegat ukoll fit-Taqsima 4, abbażi tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni, jeħtieġ li l-importazzjonijiet mill-Ukrajna jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja. Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) 2025/1153 li jissospendi l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/478 sa fejn jirrigwardaw l-importazzjonijiet mill-Ukrajna. F’konformità mal-imsemmi regolament, u f’konformità mar-rekwiżit ta’ paralleliżmu, l-importazzjonijiet mill-Ukrajna ġew esklużi mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni ta’ salvagwardja.
KONKLUŻJONIJIET U ADOZZJONI TA’ MIŻURA PROVIŻORJA Adozzjoni ta’ miżura proviżorja
(98) Ġie konkluż b’mod preliminari li l-produtturi tal-Unjoni qed iġarrbu dannu serju. Minħabba ċ-ċirkostanzi kritiċi, huwa meqjus li jenħtieġ li tittieħed miżura ta’ salvagwardja proviżorji biex jiġi evitat dannu ulterjuri għall-industrija tal-Unjoni li diffiċilment ikun jista’ jissewwa qabel il-konklużjoni ta’ din l-investigazzjoni.
Forma, livell u durata tal-miżura proviżorja
(99) Meta ddeċidiet dwar l-aktar forma ta’ miżura xierqa, il-Kummissjoni qieset diversi elementi. L-ewwel nett, il-Kummissjoni qieset x’inhu xieraq biex tirrimedja d-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni ħadmet prezz mhux dannuż, li jikkonsisti fil-kostijiet tal-oġġetti mibjugħa li magħhom ġie miżjud profitt fil-mira ta’ 15 %. Dan il-profitt fil-mira kien meħtieġ biex jippermetti l-investimenti meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġu mmanifatturati prodotti tal-ogħla kwalità, kif mitlub dejjem aktar mis-suq.
(100) It-tieni, il-Kummissjoni qieset il-miżuri anti-dumping fis-seħħ, li se jkomplu japplikaw, kontra l-importazzjonijiet tal-GOES minn ħames pajjiżi, fejn dazju speċifiku b’rabta mad-differenza bejn limitu tal-prezz stabbilit u l-prezz tal-importazzjoni attwali nstab li kien l-aktar xieraq, prinċipalment fid-dawl tal-ħtieġa tal-utenti, jiġifieri l-industrija tat-transformers, li jkunu jistgħu jkomplu jimportaw prodotti ta’ kwalità għolja bi prezzijiet li ma jirriżultawx f’żieda bla bżonn fil-kost għall-produtturi tat-transformers. Tabilħaqq, peress li l-miżuri ġew imposti fl-2015, l-importazzjonijiet, l-aktar ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari mill-Ġappun u mill-Korea t’Isfel, saru bi prezzijiet ogħla mil-livelli tal-prezzijiet minimi tal-importazzjoni, li jfisser li ma tħallas l-ebda dazju. Fl-istess ħin, il-miżuri fis-seħħ kienu jipprevedu livell bażiku ta’ protezzjoni tal-industrija tal-Unjoni kontra l-importazzjonijiet magħmula bi prezzijiet baxxi dannużi. Peress li d-dazji speċifiċi relatati mal-prezzijiet minimi tal-importazzjoni ġew stabbiliti aktar minn 10 snin ilu, dawn bħalissa huma skaduti peress li l-livelli huma baxxi wisq u, għalhekk, ma għadhom joffru ebda protezzjoni effettiva lill-industrija tal-Unjoni.
(101) It-tielet, il-Kummissjoni kienet iggwidata minn prattika preċedenti fl-investigazzjonijiet ta’ salvagwardja u mill-obbligi internazzjonali li jispeċifikaw li l-flussi tradizzjonali tal-kummerċ jenħtieġ li jiġu rrispettati sa fejn ma jaggravawx id-dannu serju stabbilit. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset ukoll li żieda sproporzjonatament għolja fl-importazzjonijiet, li ġiet stabbilita fil-każ tal-importazzjonijiet Ċiniżi, jenħtieġ li tiġi limitata għar-rata medja ta’ żieda bejn is-snin 2021 u 2023 (43 %) u applikata għaż-żieda fl-importazzjonijiet bejn is-snin 2023 u 2025, biex jiġi kkalkolat il-volum tat-TRQ fir-rigward tal-importazzjonijiet minn sħab kummerċjali oħra matul l-istess perjodu rappreżentattiv.
(102) Ir-raba’, xi partijiet affermaw li l-miżura għandha tkopri bl-istess mod il-prodott ikkonċernat meta jiġi inkorporat fi transformers sabiex tkun effiċjenti. Il-Kummissjoni qablet ma’ din l-affermazzjoni u qieset li l-miżuri proviżorji ta’ salvagwardja jenħtieġ li tabilħaqq japplikaw għall-prodott ikkonċernat meta jiġi inkorporat fi prodotti downstream, jiġifieri fi transformers. Din l-inklużjoni għandha l-għan li tevita tnaqqis fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat wara l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja proviżorji, li jwassal għal żieda fl-importazzjonijiet tal-prodotti downstream diretti, jiġifieri tat-transformers, li mbagħad tnaqqas b’mod sinifikanti l-effettività tal-miżura ta’ salvagwardja. In-nukleu tal-azzar huwa inkorporat fit-transformer iżda ma jiġix assorbit, u għalhekk jista’ jiġi identifikat fi transformer.
(103) Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sabet b’mod proviżorju li dazju speċifiku li jirrifletti d-differenza bejn limitu tal-prezz stabbilit u l-prezz tal-importazzjoni attwali flimkien ma’ kwota tariffarja (TRQ) għal kull tip ta’ prodott ikun l-aktar forma xierqa tal-miżura ta’ salvagwardja. Il-livell tal-limitu tal-prezz stabbilit se jvarja fil-kwota u ’l barra minnha. Din il-miżura se tipproteġi lill-industrija tal-Unjoni kontra żieda fl-importazzjonijiet magħmula bi prezzijiet baxxi dannużi, u, fl-istess ħin, se tiżgura li l-produtturi tat-transformers ikunu jistgħu jkomplu jimportaw il-prodott ikkonċernat, b’mod partikolari l-prodotti ta’ kwalità għolja mill-Ġappun u mill-Korea t’Isfel. Bħalissa, dawn l-importazzjonijiet diġà qed isiru bi prezzijiet viċin il-prezzijiet ta’ limitu kif stabbiliti b’mod provviżorju, u okkażjonalment anke bi prezzijiet ogħla. Għalhekk, din il-forma tal-miżura se tfixkel mill-inqas il-kummerċ u se tiżgura li l-impatt fuq il-kostijiet, jekk ikun hemm, għall-produtturi tat-transformers se jkun limitat għall-minimu strett.
(104) Fir-rigward tan-nukleu inkorporata fi transformers, il-Kummissjoni sabet li dazju speċifiku espress f’EUR/tunnellata, li jikkorrispondi għad-differenza bejn limitu tal-prezz stabbilit għan-nuklei u l-prezz medju tal-importazzjoni bbażat fuq id-data tal-Eurostat matul is-snin 2023 u 2025 ikun l-aktar xieraq u prattikabbli biex jintlaħaq l-objettiv maħsub.
(105) Il-Kummissjoni sabet li jenħtieġ li tiġi introdotta kwota separata għall-GOES u għall-SLCs. Il-livelli tal-kwoti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-livell medju ta’ importazzjonijiet tal-aħħar 3 snin. Barra minn hekk, xi partijiet interessati affermaw li għandhom jitqiesu l-importazzjonijiet taħt id-dritt ta’ proprjetà intellettwali (DPI), li għandha tiġi allokata kwota għolja lill-Ġappun, li l-kwoti għandhom ikunu trimestrali, u li għandha tiġi introdotta sistema ta’ trasferiment għall-kwoti.
(106) Abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ interess tal-Unjoni u sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu tal-volumi tal-kwoti tariffarji, il-Kummissjoni qieset li dawn jenħtieġ li jiġu allokati minn naħa għal kwoti speċifiċi għall-pajjiż għal pajjiżi li jkollhom interess sostanzjali li jipprovdu t-tip ta’ prodott speċifiku kkonċernat u, min-naħa l-oħra, lill-oriġini l-oħra kollha.
(107) Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, huwa meqjus li l-pajjiżi b’sehem ta’ aktar minn 5 % tal-importazzjonijiet tul l-aħħar 3 snin għat-tip tal-prodott ikkonċernat għandhom interess sinifikanti fil-provvista. It-TRQ residwa (il-kwota residwa) ibbażata fuq il-medja tal-importazzjonijiet li jifdal matul l-aħħar tliet snin jenħtieġ li tiġi allokata lill-pajjiżi fornituri l-oħra kollha. Il-kwota residwa jenħtieġ li timtela abbażi tal-ordni kronoloġika tad-dati li fihom jiġu aċċettati d-dikjarazzjonijiet għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, kif previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447. Dan il-metodu ta’ amministrazzjoni jeħtieġ kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.
(108) L-eliġibilità ta’ oġġetti importati minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex ikunu esklużi mill-kwoti tariffarji jiddependi mill-oriġini tal-oġġetti. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu applikati l-kriterji għad-determinazzjoni tal-oriġini mhux preferenzjali bħalissa fis-seħħ fl-Unjoni.
(109) Għandhom jinħolqu l-kodiċijiet TARIC elenkati fl-ANNESS II.
(110) Il-miżuri proviżorji jenħtieġ li japplikaw għal 155 jum kalendarju (sas-26.2.2027) mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Soġġett għall-Artikolu 4, b’dan qed jinfetħu kwoti tariffarji speċifiċi fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-GOES u tal-SLCs li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM (72251100, 72261100 u 85049013) għal perjodu ta’ 155 jum kalendarju mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. B’dan qed jiġi introdott dazju ta’ salvagwardja proviżorju fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti llaminati ċatti bil-granijiet orjentati tal-azzar elettriku bis-siliċju, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 72251100 u 72261100, għal perjodu ta’ 155 jum kalendarju mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. B’dan qed jiġi introdott dazju ta’ salvagwardja provviżorju fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ laminazzjonijiet u qlub tal-azzar, kemm jekk fuq xulxin jew imkebbin kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 85049013, kemm jekk inkorporati fi transformers kif ukoll jekk le, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 85042100, 85042210, 85042290, 85042300, 85043121, 85043129, 85043180, 85043200, 85043300 u 85043400, għal perjodu ta’ 155 jum kalendarju mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
4. Il-kwoti tariffarji kollha distribwiti skont dan ir-Regolament għandhom jiġu amministrati fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, kif previst fl-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447. L-ammont tad-dazju proviżorju ta’ salvagwardja applikabbli għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.2 għandu jkun id-differenza bejn il-limitu tal-prezz stabbilit elenkat fl-Anness I u l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, jekk dan tal-aħħar ikun aktar baxx minn tal-ewwel. Il-livell tal-limitu tal-prezz stabbilit se jvarja fil-kwota u ’l barra minnha. Ma għandu jinġabar ebda dazju meta l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni jkun ugwali jew ogħla mil-limitu tal-prezz stabbilit elenkat fl-Anness I.
5. L-ammont tad-dazju proviżorju ta’ salvagwardja applikabbli għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.3, meta ma jkunux inkorporati fi transformers, kif definit fl-Artikolu 1.3, għandu jkun id-differenza bejn il-limitu tal-prezz stabbilit elenkat fl-Anness I u l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, jekk dan tal-aħħar ikun aktar baxx minn tal-ewwel. Il-livell tal-limitu tal-prezz stabbilit se jvarja fil-kwota u ’l barra minnha. Ma għandu jinġabar ebda dazju meta l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni jkun ugwali jew ogħla mil-limitu tal-prezz stabbilit elenkat fl-Anness I.
6. L-ammont tad-dazju proviżorju ta’ salvagwardja applikabbli għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.3, meta inkorporati fi transformers, kif definit fl-Artikolu 1.3, għandu jkun ta’ EUR 1140 għal kull tunnellata tal-prodott elenkat fl-Artikolu 1.3, kif inkorporat fi transformer, ippreżentati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni. L-operaturi ekonomiċi għandhom jiddikjaraw il-piż ta’ nukleu fi transformer f’tunnellati. Il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.3, meta inkorporati fi transformers, kif definiti fl-Artikolu 1.3, mhumiex soġġetti għal kwoti.
7. Il-limiti tal-prezzijiet stabbiliti skont kull tip ta’ prodott huma elenkati fl-Anness I.
8. Ċerti kodiċijiet TARIC stabbiliti bir-Regolament (UE) 2015/1953 għandhom jiġu sostitwiti minn kodiċijiet TARIC sussegwenti maħluqa b’dan ir-Regolament.
Artikolu 2
1. L-oriġini ta’ kwalunkwe prodott li għalih japplika dan ir-Regolament għandha tiġi ddeterminata f’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Unjoni b’rabta mal-oriġini nonpreferenzjali.
2. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali.
Artikolu 3 L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4 Għall-prodott ikkonċernat, l-Anness III jispeċifika l-pajjiżi tal-oriġini li qed jiżviluppaw li għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri stipulati fl-Artikolu 1.
Artikolu 5 L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, il-Kenja u l-Ukrajna ma għandhomx ikunu soġġetti għall-miżura stabbilita fl-Artikolu 1.
Artikolu 6 Għall-importazzjonijiet soġġetti għal dawn id-dazji proviżorji ta’ salvagwardja li huma soġġetti wkoll għal dazji anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/58, id-dazji anti-dumping mhux se jiġu imposti għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, minħabba li dawn id-dazji huma aktar baxxi mid-dazji proviżorji ta’ salvagwardja.
Artikolu 7 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Settembru 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2026 Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
Grp. i1. Limitu tal-prezz applikabbli għaż-żieda fit-tariffa Tip ta' Prodott Kodiċijiet TARIC Limitu tal-prezz (EUR/tunnellata) Fi Kwota Barra mill-Kwota GOES 7225110011 3400 3500 GOES 7225110012 3100 3500 GOES 7225110015 2800 3500 GOES 7225110019 2800 3500 GOES 7225110090 3400 3500 GOES 7226110012 3400 3500 GOES 7226110013 3100 3500 GOES 7226110014 2800 3500 GOES 7226110016 2800 3500 GOES 7226110019 3400 3500 GOES 7226110092 3400 3500 GOES 7226110093 3100 3500 GOES 7226110094 2800 3500 GOES 7226110096 2800 3500 GOES 7226110099 3400 3500 Laminazzjonijiet 8504901310 4000 4550 Partijiet ċentrali 8504901390 5000 5600 Grp. i2. Volumi tal-kwoti tar-rati tariffarji Tip ta’ Prodott Kodiċijiet SA u NM Allokazzjoni skont il-pajjiż (Meta Applikabbli) Volum tal-kwota tariffarja (tunnellati netti) applikabbli sa 26.02.2027 Rata tad-dazju addizzjonali Numri tal-ordni GOES 722511, 722611 Iċ-Ċina 30693,68 ara l-Anness I.1 09.0535 Il-Ġappun 23103,61 ara l-Anness I.1 09.0536 il-Korea, ir-Repubblika tal- (il-Korea t’Isfel) 4789,93 ara l-Anness I.1 09.0537 Pajjiżi oħra 5360,39 ara l-Anness I.1 09.0538 Laminazzjonijiet u Cores 85049013 It-Turkija 14161,55 ara l-Anness I.1 09.0539 Iċ-Ċina 4241,07 ara l-Anness I.1 09.0540 L-Emirati Għarab Magħquda 2704,99 ara l-Anness I.1 09.0541 Pajjiżi oħra 2694,36 ara l-Anness I.1 09.0542
ANNESS I
I.1 Limitu tal-prezz applikabbli għaż-żieda fit-tariffa Tip ta' Prodott Kodiċijiet TARIC Limitu tal-prezz (EUR/tunnellata) Fi Kwota Barra mill-Kwota GOES 7225110011 3400 3500 GOES 7225110012 3100 3500 GOES 7225110015 2800 3500 GOES 7225110019 2800 3500 GOES 7225110090 3400 3500 GOES 7226110012 3400 3500 GOES 7226110013 3100 3500 GOES 7226110014 2800 3500 GOES 7226110016 2800 3500 GOES 7226110019 3400 3500 GOES 7226110092 3400 3500 GOES 7226110093 3100 3500 GOES 7226110094 2800 3500 GOES 7226110096 2800 3500 GOES 7226110099 3400 3500 Laminazzjonijiet 8504901310 4000 4550 Partijiet ċentrali 8504901390 5000 5600
I.2 Volumi tal-kwoti tar-rati tariffarji Tip ta’ Prodott Kodiċijiet SA u NM Allokazzjoni skont il-pajjiż (Meta Applikabbli) Volum tal-kwota tariffarja (tunnellati netti) applikabbli sa 26.02.2027 Rata tad-dazju addizzjonali Numri tal-ordni GOES 722511, 722611 Iċ-Ċina 30693,68 ara l-Anness I.1 09.0535 Il-Ġappun 23103,61 ara l-Anness I.1 09.0536 il-Korea, ir-Repubblika tal- (il-Korea t’Isfel) 4789,93 ara l-Anness I.1 09.0537 Pajjiżi oħra 5360,39 ara l-Anness I.1 09.0538 Laminazzjonijiet u Cores 85049013 It-Turkija 14161,55 ara l-Anness I.1 09.0539 Iċ-Ċina 4241,07 ara l-Anness I.1 09.0540 L-Emirati Għarab Magħquda 2704,99 ara l-Anness I.1 09.0541 Pajjiżi oħra 2694,36 ara l-Anness I.1 09.0542
Anx. ii. Kodiċijiet TARIC Deskrizzjoni 7225110011 B’massimu tat-telf fil-qalba mhux ogħla minn 0,7 W/kg 7225110012 B’massimu tat-telf fil-qalba għola minn 0,7 W/kg imma mhux ogħla minn 0,9 W/kg 7226110012 B’massimu tat-telf fil-qalba mhux ogħla minn 0,7 W/kg 7226110013 B’massimu tat-telf fil-qalba għola minn 0,7 W/kg imma mhux ogħla minn 0,9 W/kg 7226110092 B’massimu tat-telf fil-qalba mhux ogħla minn 0,7 W/kg 7226110093 B’massimu tat-telf fil-qalba għola minn 0,7 W/kg imma mhux ogħla minn 0,9 W/kg 8504901310 Laminazzjonijiet tal-azzar għal trasformaturi u indutturi 8504901390 Qlub tal-azzar għal trasformaturi u indutturi
ANNESS II
Kodiċijiet TARIC Deskrizzjoni 7225110011 B’massimu tat-telf fil-qalba mhux ogħla minn 0,7 W/kg 7225110012 B’massimu tat-telf fil-qalba għola minn 0,7 W/kg imma mhux ogħla minn 0,9 W/kg 7226110012 B’massimu tat-telf fil-qalba mhux ogħla minn 0,7 W/kg 7226110013 B’massimu tat-telf fil-qalba għola minn 0,7 W/kg imma mhux ogħla minn 0,9 W/kg 7226110092 B’massimu tat-telf fil-qalba mhux ogħla minn 0,7 W/kg 7226110093 B’massimu tat-telf fil-qalba għola minn 0,7 W/kg imma mhux ogħla minn 0,9 W/kg 8504901310 Laminazzjonijiet tal-azzar għal trasformaturi u indutturi 8504901390 Qlub tal-azzar għal trasformaturi u indutturi
Grp. iii1. Lista ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, membri tad-WTO u l-Alġerija l-Afganistan, l-Albanija, l-Alġerija, l-Angola, Antigua u Barbuda, l-Arġentina, l-Armenja, il-Bahrain, il-Bangladesh, Barbados, il-Belize, il-Benin, il-Bolivja, il-Botswana, il-Brażil, il-Brunei Darussalam, il-Burkina Faso, il-Burundi, Cabo Verde, il-Kambodja, il-Kamerun, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, iċ-Chad, il-Ċilì, iċ-Ċina, il-Kolombja, il-Kongo, il-Costa Rica, il-Kosta tal-Avorju, Kuba, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Djibouti, Dominica, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, l-Eġittu, El Salvador, l-Eswatini, Fiġi, il-Gabon, il-Gambja, il-Georgia, il-Ghana, Grenada, il-Gwatemala, il-Guinea, il-Guinea-Bissau, il-Guyana, il-Haiti, il-Honduras, Hong Kong, l-Indja, l-Indoneżja, il-Ġamajka, il-Ġordan, il-Każakistan, il-Kenja, il-Kuwajt, ir-Repubblika Kirgiża, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos, il-Lesoto, il-Liberja, il-Macao, Madagascar, il-Malawi, il-Malażja, il-Maldivi, il-Mali, il-Mauritania, Mauritius, il-Messiku, il-Moldova, il-Mongolja, il-Montenegro, il-Marokk, il-Mozambique, il-Myanmar, in-Namibja, in-Nepal, in-Nikaragwa, in-Niġer, in-Niġerja, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Oman, il-Pakistan, il-Panama, Papua New Guinea, il-Paragwaj, il-Perù, il-Filippini, il-Qatar, ir-Rwanda, Saint Kitts u Nevis, Saint Lucia, Saint Vincent u l-Grenadini, Samoa, l-Arabja Sawdija, is-Senegal, is-Seychelles, Sierra Leone, il-Gżejjer Solomon, l-Afrika t’Isfel, is-Sri Lanka, is-Suriname, it-Taġikistan, it-Tanzanija, it-Tajlandja, l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Togo, Tonga, Trinidad u Tobago, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Uganda, l-Ukrajna, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Urugwaj, Vanuatu, il-Venezwela, il-Vjetnam, il-Jemen, iż-Żambja, iż-Żimbabwe. Grp. iii2. Lista ta’ tipi ta’ prodotti li joriġinaw f’pajjiżi li qed jiżvilupp li għalihom japplikaw il-miżuri provviżorji Pajjiż / Tip ta’ prodotti GOES Laminazzjonijiet u Cores Iċ-Ċina X X Il-Brażil X It-Turkija X L-Emirati Għarab Magħquda X
ANNESS III
III.1 — Lista ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, membri tad-WTO u l-Alġerija l-Afganistan, l-Albanija, l-Alġerija, l-Angola, Antigua u Barbuda, l-Arġentina, l-Armenja, il-Bahrain, il-Bangladesh, Barbados, il-Belize, il-Benin, il-Bolivja, il-Botswana, il-Brażil, il-Brunei Darussalam, il-Burkina Faso, il-Burundi, Cabo Verde, il-Kambodja, il-Kamerun, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, iċ-Chad, il-Ċilì, iċ-Ċina, il-Kolombja, il-Kongo, il-Costa Rica, il-Kosta tal-Avorju, Kuba, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Djibouti, Dominica, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, l-Eġittu, El Salvador, l-Eswatini, Fiġi, il-Gabon, il-Gambja, il-Georgia, il-Ghana, Grenada, il-Gwatemala, il-Guinea, il-Guinea-Bissau, il-Guyana, il-Haiti, il-Honduras, Hong Kong, l-Indja, l-Indoneżja, il-Ġamajka, il-Ġordan, il-Każakistan, il-Kenja, il-Kuwajt, ir-Repubblika Kirgiża, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos, il-Lesoto, il-Liberja, il-Macao, Madagascar, il-Malawi, il-Malażja, il-Maldivi, il-Mali, il-Mauritania, Mauritius, il-Messiku, il-Moldova, il-Mongolja, il-Montenegro, il-Marokk, il-Mozambique, il-Myanmar, in-Namibja, in-Nepal, in-Nikaragwa, in-Niġer, in-Niġerja, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Oman, il-Pakistan, il-Panama, Papua New Guinea, il-Paragwaj, il-Perù, il-Filippini, il-Qatar, ir-Rwanda, Saint Kitts u Nevis, Saint Lucia, Saint Vincent u l-Grenadini, Samoa, l-Arabja Sawdija, is-Senegal, is-Seychelles, Sierra Leone, il-Gżejjer Solomon, l-Afrika t’Isfel, is-Sri Lanka, is-Suriname, it-Taġikistan, it-Tanzanija, it-Tajlandja, l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Togo, Tonga, Trinidad u Tobago, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Uganda, l-Ukrajna, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Urugwaj, Vanuatu, il-Venezwela, il-Vjetnam, il-Jemen, iż-Żambja, iż-Żimbabwe.
III.2 — Lista ta’ tipi ta’ prodotti li joriġinaw f’pajjiżi li qed jiżvilupp li għalihom japplikaw il-miżuri provviżorji Pajjiż / Tip ta’ prodotti GOES Laminazzjonijiet u Cores Iċ-Ċina X X Il-Brażil X It-Turkija X L-Emirati Għarab Magħquda X