Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/372 tal-20 ta’ Frar 2026 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, boskalid, dodina, esfenvalerat, ewġenol, fenpirossimat, fluważifop-P, fluważinam, fluwometuron, fluwopiram, flutolanil, ġeranjol, malatijon, penoksulam, pinoksaden, proeżadjon, prokwinażid, prosulfuron, piretrini, piridaben, pirimetanil, sintofen, spiroksamina, kubrit u timol (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2026-02-20from 2026-03-15
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2026/372@2026-02-20/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS 1.2.3.
  4. ANNESS 1.
  5. ANNESS 1.2.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu, tiegħu,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/73/KE inkludiet is-spirossamina bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sal-1 ta’ Settembru 2009 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 797/2011 approva lil dik is-sustanza attiva sal-31 ta’ Diċembru 2021.

(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/50/KE inkludiet il-proessadjon, fl-għamla ta’ proessadjon-kalċju, bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-1 ta’ Ottubru 2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2011 ġedded l-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva sal-31 ta’ Diċembru 2021.

(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/67/KE inkludiet l-esfenvalerat bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Lulju 2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2047 ġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva bħala kandidat għas-sostituzzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2022.

(4) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/48/KE inkludiet il-prosulfuron bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sat-30 ta’ Ġunju 2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/375 ġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva bħala kandidat għas-sostituzzjoni sal-30 ta’ April 2024.

(5) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE inkludiet il-pirimetanil bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Mejju 2017.

(6) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/44/KE inkludiet il-boskalid bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sal-31 ta’ Lulju 2018.

(7) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/107/KE inkludiet il-fenpirossimat bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Mejju 2021.

(8) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/108/KE inkludiet il-fluwazinam u l-flutolanil bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sat-28 ta’ Frar 2019.

(9) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE inkludiet il-piretrini bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Awwissu 2019.

(10) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/70/KE inkludiet il-kubrit bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sat-30 ta’ Diċembru 2019.

(11) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/17/UE inkludiet il-malatijon bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sat-30 ta’ April 2020.

(12) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/25/UE inkludiet il-penossulam u l-prokwinazid bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Lulju 2020.

(13) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/90/UE inkludiet il-fluworokloridon bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sat-30 ta’ April 2021.

(14) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/1/UE inkludiet is-6-benziladenina bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Mejju 2021.

(15) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/9/UE inkludiet id-dodina bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Mejju 2021.

(16) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/33/UE inkludiet il-1-dekanol bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Mejju 2021.

(17) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/40/UE inkludiet is-sintofen bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Mejju 2021.

(18) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/47/UE inkludiet is-sulfat tal-aluminju bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Mejju 2021.

(19) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/57/UE inkludiet il-fluwometuron bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Mejju 2021.

(20) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 786/2011 approva s-sustanza attiva 1-naftilaketamida sal-31 ta’ Diċembru 2021.

(21) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 787/2011 approva s-sustanza attiva 1-naftilaketamida sat-31 ta’ Diċembru 2021.

(22) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2011 approva s-sustanza attiva fluwazifop-P sal-31 ta’ Diċembru 2021.

(23) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2013 approva s-sustanza attiva fluwazifop-P sat-30 ta’ Novembru 2023.

(24) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 568/2013 approva s-sustanza attiva ewġenol sat-30 ta’ Novembru 2023.

(25) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 570/2013 approva s-sustanza attiva ġeranjol sat-30 ta’ Novembru 2023.

(26) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2013 approva s-sustanza attiva fluwopiram sal-31 ta’ Jannar 2024.

(27) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/370 approva s-sustanza attiva pinossaden sat-30 ta’ Ġunju 2026.

(28) Is-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, boskalid, dodina, fenpirossimat, fluważinam, fluwometuron, flutolanil, malatijon, penossulam, prokwinażid, piretrini, piridaben, pirimetanil, sintofen u kubrit ġew inklużi fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011. Is-sustanzi attivi 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, ewġenol, fluważifop-P, fluwopiram, ġeranjol, pinoksaden, proeżadjon, spirossammina u timol ġew inklużi fil-Parti B, u s-sustanzi attivi esfenvalerat u prosulfuron ġew inklużi fil-Parti E tal-Anness ta’ dak ir-Regolament.

(29) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/689 estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fenpirossimat sal-15 ta’ Ġunju 2026, u l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi malatijon u piridaben sal-31 ta’ Lulju 2026.

(30) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/918 estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva boskalid sal-15 ta’ April 2026, u l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi penossulam u prokwinazid sal-15 ta’ Mejju 2026.

(31) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1446 estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva piretrini sal-15 ta’ Ġunju 2026.

(32) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1757 estenda l-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi ewġenol, ġeranjol u timol sat-30 ta’ April 2026.

(33) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2592 estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, fluważifop-P, proessadion, spiroksammina u esfenvalerat sal-31 ta’ Mejju 2026.

(34) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/324 estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fluwazinam sal-15 ta’ April 2026, u l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva fluwopiram sat-30 ta’ Ġunju 2026.

(35) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1206 estenda l-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benziladenina, sulfat tal-aluminju, dodina, fluwometuron u sintofen sal-15 ta’ Lulju 2026, u l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva prosulfuron sal-15 ta’ Ġunju 2026.

(36) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/99 estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva pirimetanil sat-30 ta’ Ġunju 2026, u l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva kubrit sal-31 ta’ Lulju 2026.

(37) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/787 estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva flutolanil sal-15 ta’ Ġunju 2026.

(38) Tressqu applikazzjonijiet għat-tiġdid rispettiv tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, boskalid, esfenvalerat, ewġenol, fenpirossimat, fluważifop-P, fluważinam, fluwopiram, flutolanil, ġeranjol, malatijon, penossulam, proeżadjon, prokwinażid, piretrini, piridaben, pirimetanil, spirossammina, kubrit u timol f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012.

(39) Fil-25 ta’ Jannar 2019, fil-25 ta’ Jannar 2019, fit-3 ta’ Settembru 2015, fil-25 ta’ Frar 2020, fis-17 ta’ Diċembru 2020, fit-30 ta’ Ġunju 2016, fl-20 ta’ Marzu 2019, fil-11 ta’ April 2016, fit-22 ta’ Marzu 2021, fl-14 ta’ Marzu 2016, fis-17 ta’ Diċembru 2020, fis-17 ta’ Lulju 2017, fit-12 ta’ Frar 2020, fit-28 ta’ Jannar 2019, fl-14 ta’ Settembru 2017, fl-14 ta’ Frar 2017, fit-23 ta’ Mejju 2018, fis-17 ta’ Jannar 2014, fil-31 ta’ Jannar 2019, fl-20 ta’ Frar 2017 u fis-17 ta’ Diċembru 2020, l-Istati Membri relaturi, għas-sustanzi attivi 1-naftilaketamida, aċidu 1-naftilaċetiku acid, boskalid, esfenvalerat, ewġenol, fenpirossimat, fluwazifop-P, fluwazinam, fluwopiram, flutolanil, ġeranjol, malatijon, penossulam, proessadjon, prokwinazid, piretrini, piridaben, pirimetanil, spirossamina, kubrit u timol, rispettivament, informaw lill-Istati Membri korelaturi, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza tal-Ikel (l-Awtorita) li kienu evalwaw l-ammissibilità tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-twettiq f’waqtu, ta’ kull applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ kull waħda minn dawk is-sustanzi attivi u kkonkludiet li dawn kieku ammissibbli. Dawk l-applikazzjonijiet ġew ippubblikati mill-Awtorità skont l-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012.

(40) Il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 għal 1-naftilaketamida, aċidu 1-naftilaċetiku, esfenvalerat, fluwazifop-P, piridaben u spirossamina għadhom ma ġewx iffinalizzati mill-Istati Membri relaturi u huwa meħtieġ iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal f’kull proċedura tat-tiġdid.

(41) Fl-14 ta’ Diċembru 2018, fit-2 ta’ Diċembru 2022, fit-8 ta’ Awwissu 2019, fil-21 ta’ Ġunju 2019, fis-26 ta’ Frar 2025, fit-3 ta’ Lulju 2018, fit-2 ta’ Diċembru 2022, fis-17 ta’ Jannar 2025, fil-25 ta’ Ottubru 2021, fis-26 ta’ Ġunju 2024, fl-14 ta’ Frar 2022, fit-30 ta’ April 2021, fil-31 ta’ Awwissu 2017, fit-28 ta’ Settembru 2020 u fit-2 ta’ Diċembru 2022, l-Istati Membri relaturi għas-sustanzi attivi boskalid, ewġnol, fenpirossimat, fluwazinam, fluwopiram, flutolanil, ġeranjol, malatijon, penossulam, proessadjon, prokwinazid, piretrini, pirimetanil, kubrit u timol, rispettivaement, ressċu l-abbozzi tar-rapporti tal-evalwazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità. L-Awtorità, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, ikkonkludiet li r-rapporti għal dawk is-sustanzi attivi kollha kien fihom l-informazzjoni rilevanti kollha fil-format miftiehem, iċċirkolathom lill-applikanti u lill-Istati Membri l-oħra u għamlithom disponibbli għall-pubbliku għall-kummenti bil-miktub. Madankollu, huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex l-Awtorità tlesti l-evalwazzjonijiet u tiffinalizza l-konklużjonijiet tagħha għall-fluwopiram, il-malatijon u l-proessadjon, kif ukoll biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskji li jirriżultaw.

(42) Għas-sustanzi attivi boskalid, ewġenol, fenpirossimat, fluwazinam, flutolanil, ġeranjol, penossulam, prokwinazid, piretrini, pirimetanil, kubrit, u timol, fl-14 ta’ Awwissu 2021, fl-4 ta’ April 2024, fl-4 ta’ Ġunju 2020, fit-12 ta’ Marzu 2020, fit-18 ta’ Frar 2019, fl-4 ta’ April 2024, fl-14 ta’ Settembru 2022, fil-5 ta’ Ġunju 2023, fis-17 ta’ Ottubru 2022, fit-8 ta’ Lulju 2019, fit-3 ta’ Marzu 2022 u fl-4 ta’ April 2024, rispettivament, intalbet informazzjoni addizzjonali mill-Awtorità għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u ġiet sottomessa mill-applikanti sal-iskadenza mogħtija. Madankollu, huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex l-Awtorità tlesti l-evalwazzjonijiet u tiffinalizza l-konklużjonijiet tagħha għall-boskalid, l-ewġenol, il-ġeranjol u t-timol, kif ukoll biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskji li jirriżultaw.

(43) Fil-każ tas-sustanzi attivi fenpirossimat, fluwazinam, flutolanil, prokwinazid, piretrini u pirimetanil, fl-4 ta’ Novembru 2021, fis-17 ta’ Ġunju 2021, fit-12 ta’ Lulju 2019, fit-12 ta’ April 2024, fit-28 ta’ Awwissu 2023 u fis-16 ta’ Diċembru 2019, rispettivament, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni li jikkonċernaw il-proprjetajiet ta’ tfixkil tas-sistema endokrinali stabbiliti fil-punt 3.6.5 u fil-punt 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-informazzjoni addizzjonali għall-fenpirossimat, il-fluwazinam, il-flutolanil, il-prokwinazid u l-pirimetanil tressqet mill-applikanti sal-iskadenza mogħtija, u għall-piretrini s-sottomissjoni għadha pendenti. L-Istati Membri relaturi ressqu l-abbozz rivedut tar-rapporti ta’ valutazzjoni tat-tiġdid għall-fenpirossimat, il-fluwazinam, il-flutolanil, il-prokwinazid, il-pirimetanil u l-flurokloridon lill-Awtorità u l-konsultazzjonijiet pubbliċi dwarhom intemmu fl-24 ta’ Novembru 2024, fit-28 ta’ Settembru 2024, fl-24 ta’ Ġunju 2022, fit-13 ta’ Ġunju 2025 u fit-12 ta’ Diċembru 2022, rispettivament. Madankollu, huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex l-Awtorità tlesti l-evalwazzjoni u tiffinalizza l-konklużjonijiet tagħha għall-fenpirossimat, il-fluwazinam u l-prokwinazid, kif ukoll biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju li jirriżulta.

(44) Għas-sustanzi attivi flutolanil, penossulam, pirimetanil u kubrit l-Awtorità adottat il-konklużjonijiet tagħha fil-31 ta’ Marzu 2023, fit-30 ta’ Settembru 2024, fit-28 ta’ Awwissu 2024 u fil-21 ta’ Diċembru 2024, rispettivament, u kkomunikathom lill-applikanti, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni dwar il-pirimetanil ġiet emendata mill-Awtorità fis-7 ta’ Marzu 2025. Il-Kummissjoni nediet diskussjonijiet dwar it-tiġdid tal-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Huwa meħtieġ iktar żmien biex dak il-Kumitat jagħti l-opinjoni tiegħu u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet li jirriżultaw dwar il-ġestjoni tar-riskju.

(45) L-applikazzjonijiet għat-tiġdid rispettiv tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, dodina, fluwometuron, prosulfuron u sintofen inizjalment tressqu f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. Fit-30 ta’ Novembru 2018, fit-18 ta’ Ġunju 2018, fit-18 ta’ Ġunju 2018, fid-19 ta’ Marzu 2019, fit-28 ta’ Ġunju 2018 u fil-15 ta’ Ġunju 2018, l-Istati Membri relaturi, rispettivament għas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benziladenina, sulfat tal-aluminju, dodina, fluwometuron u sintofen infurmaw lill-Istati Membri korelaturi, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità li kienu vvalutaw l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità, ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ kull waħda minn dawk is-sustanzi attivi u kkonkludew li kienu ammissibbli. Fis-27 ta’ Marzu 2021, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 sar applikabbli għal dawk is-sustanzi attivi kollha u ġew ippreżentati applikazzjonijiet ġodda għat-tiġdid rispettiv tal-approvazzjonijiet f’konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu.

(46) L-applikazzjonijiet għat-tiġdid rispettiv tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi pinossaden u prosufuron tressqu f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740.

(47) Fis-7 ta’ Ġunju 2022, fid-19 ta’ Ottubru 2021, fl-4 ta’ April 2022, fid-29 ta’ Marzu 2023, fil-25 ta’ Jannar 2022, fis-6 ta’ Mejju 2024, fl-24 ta’ Lulju 2023 u fl-4 ta’ Jannar 2022, l-Istat Membru relatur għas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benziladenina, sulfat tal-aluminju, dodina, fluwometuron, pinossaden, prosulfuron u sintofen, informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità li kien ivvaluta l-ammissibbiltà skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità, ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ kull waħda minn dawk is-sustanzi attivi u kkonkluda li kienu ammissibbli. Dawk l-applikazzjonijiet ġew ippubblikati mill-Awtorità skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740.

(48) Il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 għal 6-benziladenina, sulfat tal-aluminju, fluwometuron, pinossaden, prosulfuron u sintofen għadhom ma ġewx iffinalizzati mill-Istati Membri relaturi u huwa meħtieġ iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal f’kull proċedura tat-tiġdid.

(49) Fis-7 ta’ Marzu 2025 u fil-11 ta’ Novembru 2023, l-Istati Membri relaturi għas-sustanzi attivi 1-dekanol u dodina ressqu l-abbozzi tar-rapporti ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità. L-Awtorità, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740, għadha fil-proċess li teżamina jekk ir-rapport għal 1-dekanol fihx l-informazzjoni rilevanti kollha fil-format miftiehem. Ir-rapport għad-dodina ġie ppreżentat għall-konsultazzjoni pubblika u informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni ntalbet mill-Awtorità fit-22 ta’ Lulju 2025, li ġiet ippreżentata mill-applikanti sal-iskadenza mogħtija. Madankollu, huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex l-Awtorità tlesti l-evalwazzjoni u tiffinalizza l-konklużjoni tagħha għall-1-dekanol u d-dodina, kif ukoll biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju li tirriżulta.

(50) Għalhekk, fil-każ tas-sustanzi attivi kollha koperti minn dan ir-Regolament, aktarx li ma tkun tista’ tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni qabel ma jiskadu l-perjodi tal-approvazzjoni rispettivi tagħhom, bejn il-15 ta’ April u l-31 ta’ Lulju 2026.

(51) Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluża dik ipprovduta mill-Istati Membri relaturi u mill-Awtorità, il-Kummissjoni tqis li r-raġunijiet għad-dewmien f’kull waħda minn dawn il-proċeduri ta’ tiġdid mhumiex fil-kontroll tal-applikanti rispettivi.

(52) Għalhekk, filwaqt li titqies in-natura temporanja u eċċezzjonali tal-mekkaniżmu għall-estensjoni tal-approvazzjonijiet, il-perjodi ta’ approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi jenħtieġ li jiġu estiżi għall-perjodu vvalutat kif meħtieġ, f’kull każ speċifiku u abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, biex jiġu ffinalizzati l-proċeduri rispettivi dwar it-tiġdid tal-approvazzjonijiet.

(53) Għas-sustanzi attivi 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, esfenvalerat, fluważifop-P, fluwometuron, pinoksaden, prosulfuron, piridaben, sintofen u spiroksamina, il-valutazzjoni tar-riskju għadha ma ġietx iffinalizzata mill-Istat Membru relatur. Meta jitqiesu l-passi li għad iridu jitlestew f’kull proċedura tat-tiġdid, jenħtieġ li d-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni għal dawn is-sustanzi attivi tiġi stabbilita għal 42 xahar.

(54) Għas-sustanzi attivi 1-dekanol, boskalid, dodina, ewġenol, fenpirossimat, fluwazinam, fluwopiram, ġeranjol, malatijon, proezadjon, prokwinazid, piretrini u timol, l-Awtorità teħtieġ aktar żmien biex tasal għal konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju. Filwaqt li jitqiesu l-passi sussegwenti li għandhom jitlestew f’kull proċedura ta’ tiġdid, it-tul ta’ żmien tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni ta’ dawn is-sustanzi attivi jenħtieġ li jiġi stabbilit għal 19-il xahar u 15-il jum għall-fenpirossimat, il-fluwazinam u l-prokwinazid, għal 22 xahar u 15-il jum għall-piretrini, u għal 23 xahar u 15-il jum għal 1-dekanol, boskalid, dodina, ewġenol, fluwopiram, ġeranjol, malatijon, proezadjon u timol.

(55) Għas-sustanzi attivi buprofżin, daminozida u piraklostrobin, peress li l-għoti ta’ opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf għadu pendenti, u fid-dawl tal-passi li fadal biex jitlestew f’dawn il-proċeduri ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 12-il xahar.

(56) Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(57) F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx, il-Kummissjoni tistabbilixxi d-data tal-iskadenza għall-approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament jew fl-istess data prevista qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, skont liema data tiġi l-aħħar. F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabbilixxi, kif ikun xieraq skont iċ-ċirkostanzi, l-eqreb data tal-applikazzjoni possibbli.

(58) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2026. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS 1.2.3.

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej: Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej: Il-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

ANNESS 1.

(1) fis-sitt kolonna, id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 135, Pirimetanil, hija sostitwita bi it-30 ta’ Ġunju 2027;

(2) fis-sitt kolonna, id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 164, Boskalid, hija sostitwita bi il-31 ta’ Marzu 2028;

(3) fis-sitt kolonna, id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 187, Flutolanil, hija sostitwita bi il-15 ta’ Ġunju 2027;

(4) fis-sitt kolonna, id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 189, Fluwazinam, hija sostitwita bi it-30 ta’ Novembru 2027;

(5) fis-sitt kolonna, id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 213, Fenpirossimat, hija sostitwita bi il-31 ta’ Jannar 2028;

(6) fis-sitt kolonna, id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 246, Piretrini, hija sostitwita bi it-30 ta’ April 2028;

(7) fis-sitt kolonna, id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tar-ringiela 292, Kubrit hija sostitwita bi il-31 ta’ Lulju 2027;

(8) fis-sitt kolonna, id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 300, Malatijon, hija sostitwita bi il-15 ta’ Lulju 2028;

(9) fis-sitt kolonna, id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 301, Penossulam, hija sostitwita bi il-15 ta’ Mejju 2027;

(10) fis-sitt kolonna, id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 302, Prokwinazid, hija sostitwita bi il-31 ta’ Diċemmbru 2027;

(11) fis-sitt kolonna, id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 313, Piridaben, hija ssostitwita bi il-31 ta’ Jannar 2030;

(12) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 317, 6-Benziladenina, hija sostitwita bi il-15 ta’ Jannar 2030;

(13) fis-sitt kolonna id-data tal-iskadenza, tar-ringiela 323, Dodina, hija sostitwita bi it-30 ta’ Ġunju 2028;

(14) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 333, 1-dekanol, id-data hija sostitwita bi it-30 ta’ Ġunju 2028;

(15) fis-sitt kolonna id-data tal-iskadenza, tar-ringiela 335, Fluwometuron, hija sostitwita bi il-15 ta’ Jannar 2030;

(16) fis-sitt kolonna id-data tal-iskadenza, tar-ringiela 341, Sintofen, hija sostitwita bi il-15 ta’ Jannar 2030;

(17) fis-sitt kolonna id-data tal-iskadenza, tar-ringiela 346, Sulfat tal-aluminju, hija sostitwita bi il-15 ta’ Jannar 2030.

ANNESS 1.2.

(1) fis-sitt kolonna id-data tal-iskadenza, tar-ringiela 6, Proessadjon, hija sostitwita bi il-15 ta’Mejju 2028;

(2) fis-sitt kolonna id-data tal-iskadenza, tar-ringiela 7, Spirossamina, hija sostitwita bi it-30 ta’ Novembru 2029;

(3) fis-sitt kolonna id-data tal-iskadenza, tar-ringiela 12, 1-naftilacetamida, hija sostitwita bi it-30 ta’ Novembru 2029;

(4) fis-sitt kolonna id-data tal-iskadenza, tar-ringiela 13, aċidu 1-naftilaċetiku, hija sostitwita bi it-30 ta’ Novembru 2029;

(5) fis-sitt kolonna id-data tal-iskadenza, tar-ringiela 15, Fluważifop-P, hija sostitwita bi it-30 ta’ Novembru 2029;

(6) fis-sitt kolonna id-data tal-iskadenza, tar-ringiela 45, Ewġenol, hija sostitwita bi il-15 ta’ April 2028;

(7) fis-sitt kolonna id-data tal-iskadenza, tar-ringiela 46, Ġeranjol, hija sostitwita bi il-15 ta’ April 2028;

(8) fis-sitt kolonna id-data tal-iskadenza, tar-ringiela 47, Timol, hija sostitwita bi il-15 ta’ April 2028;

(9) fis-sitt kolonna, id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 51, Fluwopiram, hija sostitwita bi il-15 ta’ Ġunju 2028;

(10) fis-sitt kolonna, id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 97, Pinossaden, hija sostitwita bi il-31 ta’ Diċembru 2029.

ANNESS 1.2.3.

(1) fis-sitt kolonni, id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 2, tal-Esfenvalerat, hija sostitwita bi it-30 ta’ Novembru 2029.

(2) fis-sitt kolonna, id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 6, għall-Prosulfuron, hija sostitwita bi il-15 ta’ Diċembru 2029.

Versions

  1. 2026-02-20