Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/543 tat-12 ta’ Marzu 2026 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifika ta’ bidliet materjali fl-informazzjoni provduta għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2026-03-12from 2026-07-07
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2026/543@2026-03-12/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Proċedura għan-notifika ta’ bidliet materjali fl-informazzjoni pprovduta mar-reġistrazzjoni
  3. 1.
  4. Artikolu 2 Dħul fis-seħħ
  5. ANNEX
  6. ANNESS I REFERENZI TAD-DOKUMENTI
  7. ANNESS II FORMOLA STANDARD GĦAN-NOTIFIKA TA’ BIDLIET MATERJALI

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà, u b’mod partikolari l-Artikolu 24(2), ir-raba’ subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà u jittejbu l-ġestjoni u l-użabbiltà tad-data, il-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard li r-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jużaw meta jinnotifikaw lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) dwar bidliet materjali fl-informazzjoni pprovduta għar-reġistrazzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jinqraw minn magna u jiġu pprovduti f’mezz durabbli.

(2) Biex jassistu lill-ESMA fl-identifikazzjoni tad-dokumenti li rieżaminatur estern ikun issottometta bħala parti min-notifika ta’ bidliet materjali fl-informazzjoni pprovduta għar-reġistrazzjoni, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jipprovdu lil kull dokument sottomess b’numru ta’ referenza uniku.

(3) Għall-finijiet ta’ aċċertament u obbligu ta’ rendikont, rieżaminatur estern li jinnotifika lill-ESMA dwar bidliet materjali fl-informazzjoni pprovduta għar-reġistrazzjoni jenħtieġ li jikkomplementa n-notifika b’ittra ffirmata minn membru tal-maniġment superjuri tiegħu, li tiċċertifika li l-informazzjoni sottomessa hija preċiża u kompluta sa fejn jaf hu.

(4) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. L-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali. F’dan ir-rigward, kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mill-ESMA fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mir-rieżaminaturi esterni fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-rekwiżiti nazzjonali dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.

(5) Sabiex l-ESMA tkun tista’ tivvaluta n-notifiki tal-bidliet materjali fl-informazzjoni pprovduta għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern, filwaqt li tiżgura salvagwardji xierqa, id-data personali rigward ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li tinżamm minn dawk ir-rieżaminaturi esterni u mill-ESMA għal mhux aktar minn ħames snin wara li r-rieżaminatur estern ikun waqaf iwettaq il-funzjoni tiegħu.

(6) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta kummenti formali fit-18 ta’ Novembru 2025.

(7) Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentati lill-Kummissjoni mill-ESMA.

(8) L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament. Analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Proċedura għan-notifika ta’ bidliet materjali fl-informazzjoni pprovduta mar-reġistrazzjoni

1. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jużaw il-formoli u l-mudelli standard stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament biex jinnotifikaw bidla materjali kif imsemmi fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2023/2631 lill-ESMA. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa f’format li jinqara mill-magni li jippermetti: Meta jissottomettu l-formoli u l-mudelli standard, ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw dan li ġej: Meta rekwiżit tar-Regolament (UE) 2023/2631 ma japplikax għan-notifika, ir-rieżaminaturi esterni għandhom jindikaw dan fil-formola standard u jipprovdu spjegazzjoni ta’ akkumpanjament.

1.

(a) li l-informazzjoni maħżuna f’dawk il-formoli tibqa’ aċċessibbli għall-ESMA għal 45 jum tax-xogħol;

(b) għar-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni.

(a) id-dokumenti sottomessi mal-formola standard huma identifikati b’mod ċar bħala li fihom l-informazzjoni meħtieġa;

(b) kull dokument li jkun fih l-informazzjoni jiġi assenjat numru ta’ referenza uniku;

(c) l-informazzjoni tispeċifika għal liema rekwiżit tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2179 jew tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/544 tirreferi u tidentifika d-dokument li jipprovdi l-informazzjoni.

2. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jakkumpanjaw il-formola standard b’ittra ffirmata minn membru tal-maniġment superjuri tar-rieżaminatur estern, li tiċċertifika li l-informazzjoni sottomessa fil-formola standard tkun preċiża u kompluta sa fejn jaf dak il-membru, fid-data tas-sottomissjoni ta’ dik il-formola standard.

3. L-ESMA għandha żżomm data personali relatata man-notifiki ta’ bidliet materjali fl-informazzjoni pprovduta għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern sakemm ikun meħtieġ li tiġi vvalutata n-notifika u mhux aktar tard minn ħames snin wara li r-rieżaminatur estern ikun waqaf iwettaq il-funzjoni tiegħu. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom iżommu d-data personali relatata man-notifiki ta’ bidliet materjali fl-informazzjoni pprovduta għar-reġistrazzjoni sakemm ikun meħtieġ u mhux aktar minn ħames snin.

Artikolu 2 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2026. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS I REFERENZI TAD-DOKUMENTI

Artikolu/i jew Anness(i) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2179 jew ir-Regolament Delegat (UE) 2026/544 li magħhom hija relatata l-informazzjoni Numru ta’ referenza uniku tad-dokument Titolu tad-dokument Rekwiżit speċifiku tar-Regolament (UE) 2023/2631 li għalih tirreferi l-informazzjoni Kapitolu jew taqsima jew paġna tad-dokument fejn hija pprovduta l-informazzjoni jew raġuni għalfejn l-informazzjoni mhix ipprovduta

ANNESS II FORMOLA STANDARD GĦAN-NOTIFIKA TA’ BIDLIET MATERJALI

L-isem sħiħ tar-rieżaminatur estern Data tar-reġistrazzjoni jew tar-rikonoxximent mal-ESMA [Jekk jogħġbok speċifika r-referenza legali rilevanti li tindika l-Artikolu/i jew l-Anness(i) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2179 jew tar-Regolament Delegat (UE) 2026/544] [Jekk jogħġbok uża din il-kolonna biex tipprovdi spjegazzjoni tal-bidla/bidliet] [Jekk jogħġbok żid aktar ringieli jekk meħtieġ] [Jekk jogħġbok indika liema Anness(i) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2179 jew tar-Regolament Delegat (UE) 2026/544 għandu/għandhom jiġi/u sottomess(i) mill-ġdid] Anness I (Iva/Le) Anness V (Iva/Le) Anness II (Iva/Le) Anness VI (Iva/Le) Anness III (Iva/Le) Anness VII (Iva/Le) Anness IV (Iva/Le) Anness VIII [rieżaminaturi esterni rikonoxxuti biss] (Iva/Le)

Versions

  1. 2026-03-12