Gelex

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/57 tal-24 ta’ Ottubru 2025 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/117 fir-rigward tal-miżuri ta’ konservazzjoni fis-sit ta’ Havet kring Ven fil-Baħar Baltiku u l-korrezzjoni ta’ għadd ta’ erruri li jidhru fih

In forceVersion 2025-10-24from 2026-01-29
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2026/57@2025-10-24/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (1)
  4. Artikolu 2 Definizzjonijiet
  5. (2)
  6. (3)
  7. (4)
  8. ANNEX
  9. ŻONI 3 Is-sit ta’ Natura 2000 Havet kring Ven (SE0430183)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Istati Membri għandhom is-setgħa li fl-ilmijiet tagħhom jadottaw il-miżuri ta’ konservazzjoni tas-sajd li huma meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (id-Direttiva dwar il-Ħabitats), skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar l-Għasafar) u skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina).

(2) L-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa għaż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni li jikkorrispondu għar-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ ħabitats naturali u l-ispeċijiet protetti fis-siti. Dan jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jieħdu l-passi x-xierqa biex jevitaw id-deterjorament tal-ħabitats naturali u tal-ħabitats tal-ispeċijiet, kif ukoll id-disturb sinifikanti tal-ispeċijiet li għalihom ikunu ġew iddeżinjati ż-żoni.

(3) F’konformità mal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, l-Istati Membri għandhom jadottaw programmi ta’ miżuri biex jiksbu jew iżommu status ambjentali tajjeb, li jinkludu miżuri ta’ protezzjoni spazjali li jikkontribwixxu għal networks koerenti u rappreżentattivi ta’ żoni marini protetti, u jkopru b’mod adegwat id-diversità tal-ekosistemi kostitwenti, bħal żoni speċjali ta’ konservazzjoni skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats, bħal żoni ta’ protezzjoni speċjali skont id-Direttiva dwar l-Għasafar, u bħal żoni marini protetti kif miftiehma mill-Unjoni jew mill-Istati Membri kkonċernati fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali jew reġjonali li għalihom ikunu partijiet.

(4) Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta Stat Membru jqis li jeħtieġ li jiġu adottati miżuri għall-konformità mal-obbligi skont il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u Stati Membri oħrajn ikollhom interess ta’ ġestjoni dirett fis-sajd li se jiġi affettwat minn tali miżuri, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta tali miżuri permezz ta’ atti delegati wara rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata mill-Istati Membri.

(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/117 jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar f’ċerti żoni marini protetti fil-Baħar Baltiku.

(6) Fid-9 ta’ Settembru 2024, l-Iżvezja (l-Istat Membru inizjatur), flimkien mad-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja (l-Istati Membri tal-Baħar Baltiku, minn hawn ’il quddiem BALTFISH) ippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni li tipproponi li jiġi pprojbit is-sajd bi xbieki statiċi mingħajr l-użu simultanju ta’ apparat akustiku deterrenti (ADD) fis-sit Natura 2000 Havet kring Ven (SE0430183).

(7) Wara riċerka xjentifika mwettqa mill-Iżvezja fis-sit ta’ Havet kring Ven fil-Baħar Baltiku fil-perjodu bejn l-2017 u l-2020, ġie stabbilit li d-dniefel suwed (kodiċi tal-ispeċi 1351), ix-xtut tar-ramel (tip ta’ ħabitat 1110), l-iskollijiet (tip ta’ ħabitat 1170) u l-foki griżi (kodiċi tal-ispeċi 1364) kellhom jiġu protetti. L-għan ewlieni tal-miżura proposta huwa li jitnaqqas ir-riskju ta’ qbid aċċessorju tad-denfil iswed tal-Baħar ta’ Belt.

(8) Il-Kumitat Xjentifiku, Ekonomiku u Tekniku għas-Sajd (STECF) irreveda r-rakkomandazzjoni konġunta fil-plenarja tal-11–15 ta’ Novembru 2024 u kkonkluda li l-miżuri proposti jistgħu jnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta’ annimali fiż-żona tan-navigazzjoni. Madankollu, l-STECF qajjem ukoll tħassib dwar problemi potenzjali relatati mad-densità ta’ bastimenti tax-xbieki li jużaw apparat akustiku deterrenti u r-riskju ta’ spostament tad-dniefel suwed mis-sit, u kkonkluda li miżura aktar effettiva tkun li jiġu pprojbiti l-attivitajiet kollha tas-sajd bix-xbieki fiż-żona. L-STECF enfasizza wkoll li proġetti ta’ riċerka estensivi li għaddejjin se jkomplu jagħtu riżultati dwar alternattivi għal apparati akustiċi deterrenti, b’soluzzjonijiet oħra possibbli fit-tul.

(9) Wara l-parir tal-STECF, fil-5 ta’ Frar 2025, il-BALTFISH ippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta aġġornata li tipproponi reviżjoni possibbli tal-miżuri fl-2026, fid-dawl tad-data dwar il-qabdiet inċidentali jew parir xjentifiku ġdid f’dan ir-rigward.

(10) Meta jitqies li l-miżuri proposti jistgħu jnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta’ annimali fiż-żona tan-navigazzjoni, il-Kummissjoni tqis li dawn jikkontribwixxu għall-objettiv li jitnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa, filwaqt li jiġu minimizzati l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2017/117 jiġi emendat biex dawn jiġu inklużi. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jirrieżaminaw id-data dwar il-qabdiet inċidentali tad-denfil iswed kull sena u jivvalutawha sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2026. Kwalunkwe data dwar qabdiet inċidentali jew kwalunkwe data xierqa ġdida, inkluż parir xjentifiku, rilevanti għall-użu ta’ apparat akustiku deterrenti fir-rigward tad-denfil iswed, jenħtieġ li tintuża sabiex jiġu aġġustati l-miżuri ta’ konservazzjoni kif xieraq.

(11) Għall-fini ta’ dan ir-Regolament Delegat, id-definizzjoni ta’ xbieki statiċi, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jenħtieġ li tiżdied mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/117.

(12) Dan ir-Regolament Delegat huwa mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa ta’ miżuri ta’ konservazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar l-Ħabitats u tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina u mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni rigward il-konformità tal-Istati Membri interessati mal-obbligi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-Unjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/117 huwa emendat kif ġej:

Artikolu 1

(1) L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) irkaptu mobbli tal-kuntatt mal-qiegħ tfisser kwalunkwe wieħed mill-irkapti li ġejjin: xibka tat-tkarkir tal-qiegħ (TB), xibka tat-tkarkir bi travu (TBB), xibka tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti (OTB), xibka tat-tkarkir bid-diriġenti tewmin (OTT), xibka tat-tkarkir tal-qiegħ bil-paranzi (PTB), xibka tat-tkarkir għall-awwisti (TBN), xibka tat-tkarkir għall-gambli (TBS), tartaruni (SX), tartarun Daniż (SDN), tartarun Skoċċiż (SSC), tartarun tad-dgħajsa jew bastiment (SV), gangmu tad-dgħajsa (DRB), tartarun tax-xatt (SB), tartarun tas-sajd bil-paranzi (SPR), gangmi tal-idejn użati abbord bastiment (DRH) u gangmi mekkanizzati li jinkludu gangmi b’pompa tal-ġbid (HMD);

(b) għeżula u għeżula tat-tħabbil tfisser kwalunkwe wieħed mill-irkapti li ġejjin: għeżula (GN), għeżula fissi (ankrati) (GNS), għeżula tat-tisqif (GND), għeżula tat-tidwir (GNC), pariti (GTR) u pariti u għeżula kkombinati (GTN);

(c) Żoni 1 tfisser iż-żoni ristretti li jikkorrispondu għaż-żoni ġeografiċi magħluqin bit-tagħqid sekwenzjali bil-linji rombu tal-pożizzjonijiet elenkati fl-Anness I taħt l-intestatura Żoni 1 ta’ dan ir-Regolament, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta’ koordinati WGS84;

(d) Żoni 2 tfisser iż-żoni ristretti li jikkorrispondu għaż-żoni ġeografiċi magħluqin bit-tagħqid sekwenzjali bil-linji rombu tal-pożizzjonijiet elenkati fl-Anness taħt l-intestatura Żoni 2 ta’ dan ir-Regolament, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta’ koordinati WGS84;

(e) Żoni 3 tfisser iż-żoni ristretti li jikkorrispondu għaż-żoni ġeografiċi magħluqin bit-tagħqid sekwenzjali bil-linji rombu tal-pożizzjonijiet elenkati fl-Anness taħt l-intestatura Żoni 3 ta’ dan ir-Regolament, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta’ koordinati WGS84;

(f) Żona ta’ twissija tfisser żona sa 4 mili nawtiċi fil-madwar stabbilita għall-fini ta’ twissija lill-awtoritajiet kompetenti dwar bastimenti tas-sajd li jkunu qed joqorbu lejn żoni ristretti kklassifikati bħala Żoni 2;

(2) Fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

(2)

3. Is-sajd bi xbieki statiċi mingħajr l-użu simultanju ta’ apparat akustiku deterrenti għandu jkun ipprojbit fiż-Żoni 3. Din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għas-sajd rikreattiv. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrieżaminaw id-data dwar il-qabdiet inċidentali tad-denfil iswed kull sena u għandhom jivvalutawha sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2026. Id-data dwar il-qabdiet inċidentali jew kwalunkwe informazzjoni rilevanti, inkluża evidenza xjentifika dwar l-użu ta’ apparati akustiċi deterrenti fir-rigward tad-denfil iswed, għandha tintuża sabiex tiġi aġġustata l-miżura ta’ konservazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 11 u 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(3) Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(3)

1. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 dwar il-kontroll taż-żoni ristretti għas-sajd, għandhom japplikaw fiż-Żoni 1, 2 u 3.

(4) Fl-Artikolu 4a, jiżdied il-paragrafu 2a li ġej:

(4)

2a. Il-bastimenti kollha tas-sajd preżenti fiż-Żoni 3 għandhom ikunu mgħammrin b’sistema ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS) li tilħaq l-istandards tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6a tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u din is-sistema għandha tinżamm f’operazzjoni kontinwa. L-AIS tista’ tintefa fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u f’konformità mal-proċedura stabbilita f’dak l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data mill-AIS tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli għall-kontroll tas-sajd għal finijiet ta’ kontroll, inkluż kontroverifiki ta’ data tal-AIS ma’ data oħra disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 2 L-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2017/117 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2025. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2017/117, tiżdied l-intestatura li ġejja:

ŻONI 3 Is-sit ta’ Natura 2000 Havet kring Ven (SE0430183)

Punt Latitudni N Longitudni E Latitudni N Longitudni E 1 55°56.588′ 12°40.790′ 55,94313° 12,67983° 2 55°53.999′ 12°45.716′ 55,89998° 12,76193° 3 55°52.006′ 12°42.398′ 55,86677° 12,70663° 4 55°54.055′ 12°40.184′ 55,90092° 12,66973° 5 55°55.455′ 12°38.902′ 55,92425° 12,64837° 6 55°56.588′ 12°40.790′ 55,94313° 12,67983°

Versions

  1. 2025-10-24