Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/585 tat-13 ta’ Marzu 2026 dwar iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni tal-estratt ta’ ġinseng mill-Panax ginseng C.A. Meyer bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u l-klieb (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2026-03-13from 2026-04-05
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2026/585@2026-03-13/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Ċaħda tal-awtorizzazzjoni
  3. Artikolu 2 Irtirar mis-suq
  4. Artikolu 3 Id-dħul fis-seħħ

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u -Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti jew għaċ-ċaħda ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE.

(2) Is-sustanza estratt ta’ ġinseng mill-Panax ginseng C.A. Meyer ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Għaldaqstant, din is-sustanza ddaħħlet fir-Reġistru tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodott eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3) F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-estratt ta’ ġenseng mill-Panax ginseng C.A. Meyer bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u l-klieb, li talbet li l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi addittivi sensorjali u fil-grupp funzjonali komposti aromatizzanti. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4) Kif previst fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, l-applikant għall-awtorizzazzjoni ta’ addittiv fl-għalf għandu juri b’mod adegwat u biżżejjed, f’konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ġew issodisfati.

(5) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) fl-opinjoni tagħha tas-17 ta’ Marzu 2021, ma setgħetx tikkonkludi dwar is-Sikurezza tal-estratt ta’ ġenseng mill-Panax ginseng C.A. Meyer għall-utent u għall-qtates u l-klieb fil-livelli tal-użu proposti, minħabba li l-applikant ma pprovdiex il-karatterizzazzjoni sħiħa tal-addittiv.

(6) Permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni tat lill-applikant l-opportunità li jressaq informazzjoni supplimentari biex jindirizza l-opinjoni inkonklużiva tal-Awtorità. Fin-nuqqas ta’ tweġiba, intbagħtet email lill-applikant fl-4 ta’ Frar 2025 li tinforma dwar l-intenzjoni li tiġi miċħuda l-awtorizzazzjoni. Minkejja diversi tfakkiriet, l-applikant ma rreaġixxiex fuq is-sustanza.

(7) Mill-opinjoni tal-Awtorità tas-17 ta’ Marzu 2021 jirriżulta li l-applikant ma weriex b’mod adegwat u suffiċjenti li l-estratt ta’ ġenseng mill-Panax ginseng C.A. Meyer huwa sikur skont l-użu fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, meta jintuża bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u l-klieb.

(8) Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-estratt ta’ ġenseng mill-Panax ginseng C.A. Meyer jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ din is-sustanza bħala addittiv tal-għalf li jappartjeni għall-kategorija tal-addittivi addittivi sensorji u fil-grupp funzjonali komposti aromatizzanti għall-użu għall-qtates u l-klieb tiġi miċħuda.

(9) Għalhekk, l-estratt ta’ ġinseng mill-Panax ginseng C.A. Meyer u l-għalf li fih minnha jenħtieġ li jiġu rtirati mis-suq malajr kemm jista’ jkun, sa fejn għandu x’jaqsam l-użu għall-qtates u l-klieb. Madankollu, jenħtieġ li jitħalla perjodu limitat għall-irtirar mis-suq tal-istokk eżistenti ta’ dawk il-prodotti, sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jikkonformaw kif suppost mal-obbligu tal-irtirar.

(10) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ċaħda tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni tal-estratt ta’ ġinseng mill-Panax ginseng C.A. Meyer bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u l-klieb, li jappartjeni għall-kategorija addittivi sensorjali u fil-gruppi funzjonali komposti tat-togħma għall-użu tal-qtates u klieb, hija miċħuda.

Artikolu 2 Irtirar mis-suq

1. L-istokkijiet eżistenti tal-addittiv imsemmi fl-Artikolu 1, li huma maħsuba għall-klieb u għall-qtates, u tal-premixxeli li fihom dan l-addittiv, li huma maħsuba għall-klieb u l-qtates, għandhom jiġu rtirati mis-suq sal-5 ta’ Lulju 2026.

2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost, li ġew prodotti bl-addittiv jew il-premixxeli msemmija fil-paragrafu 1 qabel il-5 ta’ Lulju 2026, u li huma maħsuba għall-klieb u għall-qtates, għandhom jiġu rtirati mis-suq sal-5 ta’ Ottubru 2026.

Artikolu 3 Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2026. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2026-03-13