Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/737 tat-23 ta’ Marzu 2026 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2026-03-23from 2026-03-26
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2026/737@2026-03-23/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. (1)
  4. (2)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1), il-punt (b), tiegħu.

Billi:

(1) Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-pajjiżi terzi jew it-territorji kkonċernati jkunu elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4) B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom, li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5) Fit-12 ta’ Marzu 2026 u fis-16 ta’ Marzu 2026, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni b’total ta’ 23 tifqigħa ġdida tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, highly pathogenic avian influenza) fil-pollam fl-istati ta’ Illinois, Indiana, New York, Pennsylvania u Wisconsin, li ġew ikkonfermati bejn is-6 ta’ Marzu 2026 u t-12 ta’ Marzu 2026 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6) Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti nnotifikat l-istabbiliment taż-żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ qerda biex tikkontrolla l-preżenza tal-HPAI u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda.

(7) L-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u l-miżuri li ttieħdu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI.

(8) Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti, jenħtieġ li jiġi sospiż id-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat il-ġodda f’dak il-pajjiż terz, biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu d-dati meta ġew ikkonfermati t-tifqigħat. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati għall-Istati Uniti fit-tabelli stabbiliti fil-Parti 1, it-Taqsima B, u fil-Parti 2 tal-Anness V, u fit-tabella stabbilita fil-Parti 1, it-Taqsima B, tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati kif xieraq.

(9) Barra minn hekk, il-Kanada u l-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji rispettivi tagħhom fir-rigward tat-tifqigħat preċedenti tal-HPAI li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, kif stabbilit fit-tabella fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness V, u fit-tabella fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(10) Fis-27 ta’ Frar 2026, il-Kanada ppreżentat informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħadet fir-rigward ta’ tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-provinċja ta’ Ontario, li ġiet ikkonfermata fil-15 ta’ Diċembru 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(11) Fis-17 ta’ Marzu 2026, l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħadu b’rabta ma’ 21 tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ California, Georgia, Idaho, Maryland, Minnesota, Mississippi, Missouri, New Jersey, North Carolina, North Dakota, Pennsylvania, u South Dakota., li ġew ikkonfermati bejn is-6 ta’ Ottubru 2025 u l-4 ta’ Frar 2026 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(12) Il-Kanada u l-Istati Uniti informaw lill-Kummissjoni li, wara dawk it-tifqigħat preċedenti tal-HPAI, implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew it-tindif u d-diżinfezzjoni meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati.

(13) Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada u mill-Istati Uniti u jidhrilha li taw garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li kienet wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa fl-Unjoni miż-żoni affettwati, kif stabbilit fit-tabella fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness V, u fit-tabella fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni affettwati tal-Kanada u tal-Istati Uniti, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. Għalhekk, l-entrati għall-Kanada u għall-Istati Uniti f’dawk it-tabelli f’dawk l-Annessi jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/591 emenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 sabiex, fost l-oħrajn, jissospendi d-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żona GB-2.466 fil-kontea ta’ Yorkshire fl-Ingilterra, ir-Renju Unit, fejn ġiet ikkonfermata tifqigħa tal-HPAI fit-3 ta’ Marzu 2026. B’ommissjoni, il-punt (1)(a)(x) fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/591 biddel id-data tal-għeluq għat-3 ta’ Marzu 2026 għaż-żona GB-2.464 fiż-żona amministrattiva Scottish Borders, fl-Iskozja, li diġà kienet sospiża bid-data tal-għeluq tal-24 ta’ Jannar 2026 fl-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/342, minflok ma żied iż-żona l-ġdida GB-2.466 bid-data tal-għeluq tat-3 ta’ Marzu 2026. Għalhekk, fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, iż-żona l-ġdida GB-2.466 bħalissa mhijiex sospiża għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam. Għalhekk, ir-ringiela għaż-żona GB-2.464 fl-entrata għar-Renju Unit fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness V jenħtieġ li tiġi sostitwita sabiex tiddaħħal id-data tal-għeluq korretta tal-24 ta’ Jannar 2026, u r-ringiela għaż-żona GB-2.466 jenħtieġ li tiżdied ma’ dik it-tabella, bid-data tal-għeluq tat-3 ta’ Marzu 2026. Għalhekk, il-Parti 1 tal-Anness V jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.

(15) Filwaqt li jitqiesu t-tifqigħat riċenti tal-HPAI fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti, u sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Kanada u mal-Istati Uniti, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’mod urġenti.

(16) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2026. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1) L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(1)

(a) fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

(i) fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.322 hija sostitwita b’dan li ġej: CA Il-Kanada CA-2.322 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 15.12.2025 21.3.2026

(ii) fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.464 hija sostitwita b’dan li ġej: GB ir-Renju Unit GB-2.464 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 24.1.2026

(iii) fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela li ġejja għaż-żona GB-2.466 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona GB-2.465: GB ir-Renju Unit GB-2.466 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 3.3.2026

(iv) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1069 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1069 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 6.10.2025 3.3.2026

(v) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1090 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1090 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 20.10.2025 23.2.2026

(vi) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.1102 u US-2.1103 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1102 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 27.10.2025 26.2.2026 US-2.1103 N, P1 28.10.2025 26.2.2026

(vii) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1110 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1110 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 5.11.2025 26.2.2026

(viii) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1196 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1196 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 9.12.2025 7.3.2026

(ix) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1198 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1198 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 9.12.2025 1.3.2026

(x) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1207 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1207 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 18.12.2025 2.3.2026

(xi) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1216 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1216 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 29.12.2025 1.3.2026

(xii) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.1227, US-2.1228 u US-2.1229 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1227 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 2.1.2026 22.3.2026 US-2.1228 N, P1 7.1.2026 22.3.2026 US-2.1229 N, P1 5.1.2026 9.3.2026

(xiii) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1236 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1236 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 13.1.2026 6.3.2026

(xiv) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1238 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1238 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 15.1.2026 6.3.2026

(xv) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.1142 u US-2.1143 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1142 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 22.1.2026 23.2.2026 US-2.1143 N, P1 23.1.2026 6.3.2026

(xvi) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.1249 u US-2.2150 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1249 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 2.2.2026 1.3.2026 US-2.1250 N, P1 2.2.2026 1.3.2026

(xvii) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1255 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1255 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 2.2.2026 15.3.2026

(xviii) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.1260 u US-2.1261 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1260 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 3.2.2026 21.3.2026 US-2.1261 N, P1 4.2.2026 15.3.2026

(xix) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1309 sa US-2.1331 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1308: US L-Istati Uniti US-2.1309 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 6.3.2026 US-2.1310 N, P1 6.3.2026 US-2.1311 N, P1 9.3.2026 US-2.1312 N, P1 6.3.2026 US-2.1313 N, P1 9.3.2026 US-2.1314 N, P1 9.3.2026 US-2.1315 N, P1 9.3.2026 US-2.1316 N, P1 10.3.2026 US-2.1317 N, P1 10.3.2026 US-2.1318 N, P1 10.3.2026 US-2.1319 N, P1 10.3.2026 US-2.1320 N, P1 10.3.2026 US-2.1321 N, P1 10.3.2026 US-2.1322 N, P1 10.3.2026 US-2.1323 N, P1 11.3.2026 US-2.1324 N, P1 11.3.2026 US-2.1325 N, P1 11.3.2026 US-2.1326 N, P1 11.3.2026 US-2.1327 N, P1 12.3.2026 US-2.1328 N, P1 11.3.2026 US-2.1329 N, P1 12.3.2026 US-2.1330 N, P1 12.3.2026 US-2.1331 N, P1 12.3.2026

(b) Fil-Parti 2, fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.1309 sa US-2.1331 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.1308: L-Istati Uniti US-2.1309 State of Illinois Lawrence 04 Lawrence County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 87.7992336°W 38.7759283°N) US-2.1310 State of New York Kings 13 Kings County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 73.8769856°W 40.7371684°N) US-2.1311 State of New York Queens 24 Queens County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 73.8759468°W 40.8518764°N) US-2.1312 State of Pennsylvania Lancaster 69 Lancaster County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 76.3743169°W 40.2102351°N) US-2.1313 State of Indiana Elkhart 23 Elkhart County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6584763°W 41.6899788°N) US-2.1314 State of Indiana Elkhart 24 Elkhart County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6593222°W 41.6660493°N) US-2.1315 State of Indiana LaGrange 75 LaGrange County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6109130°W 41.6446642°N) US-2.1316 State of Wisconsin Walworth 01 Walworth County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 88.5662689°W 42.9225984°N) US-2.1317 State of Wisconsin Jefferson 06 Jefferson County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 88.6452904°W 42.9529242°N) US-2.1318 State of Indiana Elkhart 25 Elkhart County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6982159°W 41.6528338°N) US-2.1319 State of Indiana Elkhart 26 Elkhart County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6802235°W 41.6966512°N) US-2.1320 State of Indiana LaGrange 76 LaGrange County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6400119°W 41.6407575°N) US-2.1321 State of Indiana LaGrange 77 LaGrange County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6338744°W 41.6878361°N) US-2.1322 State of Indiana Jay 12 Jay County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.8442941°W 40.6257610°N) US-2.1323 State of Indiana Elkhart 27 Elkhart County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6486329°W 41.6425385°N) US-2.1324 State of Indiana Elkhart 28 Elkhart County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6451389°W 41.6393781°N) US-2.1325 State of Indiana LaGrange 78 LaGrange County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6394799°W 41.6472074°N) US-2.1326 State of Indiana LaGrange 79 LaGrange County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6395624°W 41.6355876°N) US-2.1327 State of Pennsylvania Lancaster 70 Lancaster County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 76.3347444°W 40.2171667°N) US-2.1328 State of New York Queens 25 Queens County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 73.8783956°W 40.8380572°N) US-2.1329 State of New York Kings 14 Kings County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 73.8423152°W 40.7770896°N) US-2.1330 State of New York Kings 15 Kings County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 73.8850254°W 40.7863796°N) US-2.1331 State of New York Kings 16 Kings County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 73.9834987°W 40.7412135°N)

(2) fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(2)

(a) fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.322 hija sostitwita b’dan li ġej: CA Il-Kanada CA-2.322 POU, RAT N, P1 15.12.2025 21.3.2026 GBM P1 15.12.2025 21.3.2026

(b) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1069 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1069 POU, RAT N, P1 6.10.2025 3.3.2026 GBM P1 6.10.2025 3.3.2026

(c) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1090 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1090 POU, RAT N, P1 20.10.2025 23.2.2026 GBM P1 20.10.2025 23.2.2026

(d) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.1102 u US-2.1103 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1102 POU, RAT N, P1 27.10.2025 26.2.2026 GBM P1 27.10.2025 26.2.2026 US-2.1103 POU, RAT N, P1 28.10.2025 26.2.2026 GBM P1 28.10.2025 26.2.2026

(e) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1110 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1110 POU, RAT N, P1 5.11.2025 26.2.2026 GBM P1 5.11.2025 26.2.2026

(f) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1196 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1196 POU, RAT N, P1 9.12.2025 7.3.2026 GBM P1 9.12.2025 7.3.2026

(g) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1198 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1198 POU, RAT N, P1 9.12.2025 1.3.2026 GBM P1 9.12.2025 1.3.2026

(h) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1207 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1207 POU, RAT N, P1 18.12.2025 2.3.2026 GBM P1 18.12.2025 2.3.2026

(i) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1216 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1216 POU, RAT N, P1 29.12.2025 1.3.2026 GBM P1 29.12.2025 1.3.2026

(j) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.1227, US-2.1228 u US-2.1229 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1227 POU, RAT N, P1 2.1.2026 22.3.2026 GBM P1 2.1.2026 22.3.2026 US-2.1228 POU, RAT N, P1 7.1.2026 22.3.2026 GBM P1 7.1.2026 22.3.2026 US-2.1229 POU, RAT N, P1 5.1.2026 9.3.2026 GBM P1 5.1.2026 9.3.2026

(k) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1236 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1236 POU, RAT N, P1 13.1.2026 6.3.2026 GBM P1 13.1.2026 6.3.2026

(l) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1238 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1238 POU, RAT N, P1 15.1.2026 6.3.2026 GBM P1 15.1.2026 6.3.2026

(m) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.1242 u US-2.1243 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1242 POU, RAT N, P1 22.1.2026 23.2.2026 GBM P1 22.1.2026 23.2.2026 US-2.1243 POU, RAT N, P1 23.1.2026 6.3.2026 GBM P1 23.1.2026 6.3.2026

(n) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.2149 u US-2.2150 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1249 POU, RAT N, P1 2.2.2026 1.3.2026 GBM P1 2.2.2026 1.3.2026 US-2.1250 POU, RAT N, P1 2.2.2026 1.3.2026 GBM P1 2.2.2026 1.3.2026

(o) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1255 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1255 POU, RAT N, P1 2.2.2026 15.3.2026 GBM P1 2.2.2026 15.3.2026

(p) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.1260 u US-2.1261 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.1260 POU, RAT N, P1 3.2.2026 21.3.2026 GBM P1 3.2.2026 21.3.2026 US-2.1261 POU, RAT N, P1 4.2.2026 15.3.2026 GBM P1 4.2.2026 15.3.2026

(q) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1309 sa US-2.1331 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1308: US L-Istati Uniti US-2.1309 POU, RAT N, P1 6.3.2026 GBM P1 6.3.2026 US-2.1310 POU, RAT N, P1 6.3.2026 GBM P1 6.3.2026 US-2.1311 POU, RAT N, P1 9.3.2026 GBM P1 9.3.2026 US-2.1312 POU, RAT N, P1 6.3.2026 GBM P1 6.3.2026 US-2.1313 POU, RAT N, P1 9.3.2026 GBM P1 9.3.2026 US-2.1314 POU, RAT N, P1 9.3.2026 GBM P1 9.3.2026 US-2.1315 POU, RAT N, P1 9.3.2026 GBM P1 9.3.2026 US-2.1316 POU, RAT N, P1 10.3.2026 GBM P1 10.3.2026 US-2.1317 POU, RAT N, P1 10.3.2026 GBM P1 10.3.2026 US-2.1318 POU, RAT N, P1 10.3.2026 GBM P1 10.3.2026 US-2.1319 POU, RAT N, P1 10.3.2026 GBM P1 10.3.2026 US-2.1320 POU, RAT N, P1 10.3.2026 GBM P1 10.3.2026 US-2.1321 POU, RAT N, P1 10.3.2026 GBM P1 10.3.2026 US-2.1322 POU, RAT N, P1 10.3.2026 GBM P1 10.3.2026 US-2.1323 POU, RAT N, P1 11.3.2026 GBM P1 11.3.2026 US-2.1324 POU, RAT N, P1 11.3.2026 GBM P1 11.3.2026 US-2.1325 POU, RAT N, P1 11.3.2026 GBM P1 11.3.2026 US-2.1326 POU, RAT N, P1 11.3.2026 GBM P1 11.3.2026 US-2.1327 POU, RAT N, P1 12.3.2026 GBM P1 12.3.2026 US-2.1328 POU, RAT N, P1 11.3.2026 GBM P1 11.3.2026 US-2.1329 POU, RAT N, P1 12.3.2026 GBM P1 12.3.2026 US-2.1330 POU, RAT N, P1 12.3.2026 GBM P1 12.3.2026 US-2.1331 POU, RAT N, P1 12.3.2026 GBM P1 12.3.2026

Versions

  1. 2026-03-23