Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/765 tal-1 ta’ April 2026 dwar il-metodi ta’ kampjunar u analiżi, u dwar l-interpretazzjoni tar-riżultati għall-kontroll uffiċjali tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u fuqhom, u li jħassar id-Direttiva 2002/63/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2026/765@2026-04-01/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1 Suġġett
- Artikolu 2 Definizzjonijiet
- Artikolu 3 Metodi ta’ kampjunar u ta’ preparazzjoni tal-kampjuni għall-analiżi għall-ikel
- Artikolu 4 Metodi ta’ analiżi, inċertezza tal-kejl u interpretazzjoni tar-riżultati għall-ikel u għall-għalf
- Artikolu 5 Tħassir
- Artikolu 6 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
- ANNEX
- PARTI A Dispożizzjonijiet Ġenerali Għall-Ikel
- PARTI B Proċeduri ta’ kampjunar għall-ikel
- B.1 Tabella 1 Tabella 2 Subdiviżjoni ta’ lottijiet f’sublottijiet għal ikel innegozjat bl-ingrossa Subdiviżjoni ta’ lottijiet f’sublottijiet għal ikel mhux innegozjat bl-ingrossa
- B.2
- a)
- b)
- c)
- i)
- ii)
- d)
- e)
- f)
- B.4 Tabella 4 Tabella 5 Tabella 6 Nota: Ikel li joriġina mill-annimali: deskrizzjoni tal-kampjuni (primarji) inkrementali u daqs minimu tal-kampjuni tal-laboratorju Prodotti mill-pjanti: deskrizzjoni tal-kampjuni (primarji) inkrementali u daqs minimu tal-kampjuni tal-laboratorju Bajd u prodotti tal-ħalib: deskrizzjoni tal-kampjuni (primarji) inkrementali u daqs minimu tal-kampjuni tal-laboratorju
- B.4 Tabella 4 Tabella 5 Tabella 6 Ikel li joriġina mill-annimali: deskrizzjoni tal-kampjuni (primarji) inkrementali u daqs minimu tal-kampjuni tal-laboratorju Prodotti mill-pjanti: deskrizzjoni tal-kampjuni (primarji) inkrementali u daqs minimu tal-kampjuni tal-laboratorju Bajd u prodotti tal-ħalib: deskrizzjoni tal-kampjuni (primarji) inkrementali u daqs minimu tal-kampjuni tal-laboratorju
- B.6
- B.9
- B.9.1. Kampjuni inkrementali minn lott/sublott suspettat
- B.9.2. Kampjuni inkrementali minn lott/sublott suspettat
- PARTI C Metodi ta’ analiżi, inċertezza tal-kejl u interpretazzjoni tar-riżultati
- C.1C.1.1C.1.2.
- C.2C.2.1.C.2.2.C.2.3.C.2.4.C.2.5.
- C.2C.2.1.C.2.2.C.2.3.C.2.4.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali), u b’mod partikolari l-Artikolu 34(6) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi r-regoli dwar it-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex tiġi kkontrollata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, fost l-oħrajn fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf f’kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni. Jipprevedi regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward ta’ sustanzi li l-użu tagħhom jista’ jirriżulta f’residwi fl-ikel u fl-għalf u jistabbilixxi rekwiżiti ġenerali għall-metodi li għandhom jintużaw għall-kampjunar, l-analiżijiet fil-laboratorju u t-testijiet matul il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra.
(2) L-Artikoli 34, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2017/625 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2244 jipprevedu regoli ġenerali fir-rigward tal-kampjunar u tal-analiżi.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi l-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi (MRLs, maximum residue levels) fl-ikel u fl-għalf li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u fuqhom.
(4) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tipprevedi l-metodi tal-kampjunar għall-kontroll uffiċjali tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u fuqhom.
(5) Madankollu, id-Direttiva 2002/63/KE ma għadhiex tirrifletti l-aħjar prattiki fil-qasam tar-residwi tal-pestiċidi fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u fuqhom.
(6) Tinħtieġ aktar ċarezza għar-regoli tal-kampjunar ta’ xi kategoriji ta’ prodotti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, b’mod partikolari l-kategoriji Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura, Amfibji u rettili, Annimali terrestri invertebrati, Annimali vertebrati terrestri slavaġ u Ħut, prodotti tal-ħut u kull prodott tal-ikel tal-baħar u tal-ilma ħelu ieħor. Barra minn hekk, il-kjarifika tar-rekwiżiti tal-kampjunar hija meħtieġa għal prodotti ta’ valur għoli, għal prodotti ta’ daqs kbir ħafna u għal ċertu ikel ipproċessat kif ukoll għas-supplimenti tal-ikel.
(7) Il-Laboratorji ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-residwi tal-pestiċidi elaboraw Dokument ta’Gwida dwar il-Kontroll tal-Kwalità Analitiku u l-Proċeduri ta’ Validazzjoni għall-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf (Guidance Document on Analytical Quality Control and Validation Procedures for pesticide residues analysis in food and feed). Peress li dak id-Dokument ta’ Gwida fih l-aħjar għarfien teknoloġiku aġġornat, il-prinċipji tiegħu dwar ir-rapportar u l-interpretazzjoni tar-riżultati jenħtieġ li jsiru vinkolanti biex tiġi żgurata azzjoni ta’ infurzar uniformi mill-Istati Membri.
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 jistabbilixxi l-metodi ta’ kampjunar u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf. Fir-rigward tal-ġbir tal-kampjuni u l-preparazzjoni tal-kampjuni għall-analiżi għall-fini tal-kontroll tar-residwi tal-pestiċidi fl-għalf, ir-regoli previsti fl-Anness I u fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 mhumiex affettwati minn dan ir-Regolament u għandhom ikomplu japplikaw. Fir-rigward tal-metodu għall-analiżijiet fil-laboratorju, l-inċertezza tal-kejl u l-interpretazzjoni tar-riżultati analitiċi għall-fini tal-kontroll tar-residwi tal-pestiċidi fl-għalf, huma meħtieġa regoli speċifiċi u għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament.
(9) Għalhekk jixraq li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kampjunar stabbiliti fid-Direttiva 2002/63/KE, u li jiġu previsti regoli dwar l-analiżi għall-kontroll tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u fuqhom.
(10) Għall-finijiet ta’ ċarezza u leġibbiltà, id-Direttiva 2002/63/KE jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita b’dan ir-Regolament.
(11) Minħabba ż-żmien u r-riżorsi meħtieġa biex l-Istati Membri jadattaw għar-regoli l-ġodda, jixraq li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2027.
(12) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar: għall-fini tal-verifika tal-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u fuqhom stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. (1) il-metodi għall-kampjunar u l-preparazzjoni tal-kampjuni għall-analiżi għall-ikel; (2) il-metodi għall-analiżijiet fil-laboratorju, l-inċertezza tal-kejl u l-interpretazzjoni tar-riżultati analitiċi għall-ikel u għall-għalf;
il-metodi għall-kampjunar u l-preparazzjoni tal-kampjuni għall-analiżi għall-ikel;
il-metodi għall-analiżijiet fil-laboratorju, l-inċertezza tal-kejl u l-interpretazzjoni tar-riżultati analitiċi għall-ikel u għall-għalf;
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Minbarra d-definizzjonijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament: (1) lott tfisser kwantità identifikabbli ta’ ikel u għalf konsenjata f’darba u li l-uffiċjal tal-kampjunar jiddetermina li għandha karatteristiċi komuni (bħall-oriġini, il-produttur, il-varjetà, l-ispeċi, iż-żona tal-qbid, il-pakkjatur, it-tip ta’ imballaġġ, il-marki, is-siegħa tal-produzzjoni jew il-konsenjatur); (2) sublott tfisser parti minn lott li hija ddeżinjata biex jitteħdilha kampjun f’konformità mat-taqsima B.1 tal-Anness; (3) lott suspettat tfisser lott li, għal kwalunkwe raġuni, huwa suspettat li fih ir-residwi tal-pestiċidi f’livelli li jaqbżu l-MRLs rispettivi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005; (4) lott mhux suspettat tfisser lott li għalih ma hemm l-ebda indikazzjoni li jista’ jkun fih ir-residwi tal-pestiċidi f’livelli ogħla mill-MRLs stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005; (5) kampjunar tfisser l-għażla ta’ kampjun maħsub għall-analiżi fil-laboratorju; (6) uffiċjal tal-kampjunar tfisser persuna maħtura mill-awtoritajiet kompetenti biex tieħu l-kampjuni għall-finijiet tal-kontroll tar-residwi tal-pestiċidi tal-ikel u tal-għalf; (7) kampjun tfisser unità waħda jew aktar magħżula minn popolazzjoni ta’ unitajiet, jew porzjon ta’ materjal magħżul minn kwantità akbar ta’ materjal; (8) kampjun (primarju) inkrementali tfisser kwantità ta’ materjal meħud minn post speċifiku fil-lott jew fis-sublott; (9) unità tfisser l-iżgħar porzjon distint f’lott jew sublott, meħud biex jifforma l-kampjun inkrementali sħiħ jew parti minnu; (10) kampjun aggregat tfisser it-total kombinat tal-kampjuni inkrementali kollha meħuda mil-lott jew mis-sublottijiet; (11) kampjun imnaqqas tfisser parti mill-kampjun aggregat, miksuba minnu bi proċess ta’ tnaqqis rappreżentattiv; (12) kampjun replikat tfisser kampjun meħud minn kampjun aggregat għall-finijiet ta’ infurzar, difiża u referenza f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2017/625; (13) kampjun tal-laboratorju tfisser kampjun mibgħut lil-laboratorju jew riċevut minnu li jikkostitwixxi kwantità rappreżentattiva ta’ materjal imneħħi mill-kampjun aggregat; (14) kampjun analitiku tfisser materjal imħejji għall-analiżi mill-kampjun tal-laboratorju; (15) porzjon analitika tfisser kwantità rappreżentattiva ta’ materjal imneħħija mill-kampjun analitiku, ta’ daqs xieraq għall-kejl tal-konċentrazzjoni tar-residwi; (16) inċertezza tal-kejl tfisser parametru mhux negattiv assoċjat mar-riżultat tal-kejl, li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri li jistgħu jiġu attribwiti b’mod raġonevoli għall-kwantità partikolari soġġetta għall-kejl; (17) limitu tal-kwantifikazzjoni tfisser l-aktar konċentrazzjoni jew massa baxxa tal-analita li tkun ġiet ivvalidata bi preċiżjoni aċċettabbli bl-applikazzjoni tal-metodu analitiku sħiħ u tal-kriterji tal-identifikazzjoni; (18) inċertezza tal-kejl estiża tirrappreżenta l-inċertezza fil-kejl billi tagħti medda ta’ kunfidenza, tipikament ikkalkulata billi l-medda ta’ valuri li fiha jkun mistenni li jinsab il-valur reali tal-kejl tiġi mmultiplikata b’fattur ta’ kopertura; (19) fattur ta’ kopertura (k) huwa multiplikatur użat fil-kalkolu tal-inċertezza tal-kejl estiża, li jipprovdi medda li fiha jkun mistenni li jinsab il-valur reali tal-kejl.
(1) lott tfisser kwantità identifikabbli ta’ ikel u għalf konsenjata f’darba u li l-uffiċjal tal-kampjunar jiddetermina li għandha karatteristiċi komuni (bħall-oriġini, il-produttur, il-varjetà, l-ispeċi, iż-żona tal-qbid, il-pakkjatur, it-tip ta’ imballaġġ, il-marki, is-siegħa tal-produzzjoni jew il-konsenjatur);
(2) sublott tfisser parti minn lott li hija ddeżinjata biex jitteħdilha kampjun f’konformità mat-taqsima B.1 tal-Anness;
(3) lott suspettat tfisser lott li, għal kwalunkwe raġuni, huwa suspettat li fih ir-residwi tal-pestiċidi f’livelli li jaqbżu l-MRLs rispettivi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005;
(4) lott mhux suspettat tfisser lott li għalih ma hemm l-ebda indikazzjoni li jista’ jkun fih ir-residwi tal-pestiċidi f’livelli ogħla mill-MRLs stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005;
(5) kampjunar tfisser l-għażla ta’ kampjun maħsub għall-analiżi fil-laboratorju;
(6) uffiċjal tal-kampjunar tfisser persuna maħtura mill-awtoritajiet kompetenti biex tieħu l-kampjuni għall-finijiet tal-kontroll tar-residwi tal-pestiċidi tal-ikel u tal-għalf;
(7) kampjun tfisser unità waħda jew aktar magħżula minn popolazzjoni ta’ unitajiet, jew porzjon ta’ materjal magħżul minn kwantità akbar ta’ materjal;
(8) kampjun (primarju) inkrementali tfisser kwantità ta’ materjal meħud minn post speċifiku fil-lott jew fis-sublott;
(9) unità tfisser l-iżgħar porzjon distint f’lott jew sublott, meħud biex jifforma l-kampjun inkrementali sħiħ jew parti minnu;
(10) kampjun aggregat tfisser it-total kombinat tal-kampjuni inkrementali kollha meħuda mil-lott jew mis-sublottijiet;
(11) kampjun imnaqqas tfisser parti mill-kampjun aggregat, miksuba minnu bi proċess ta’ tnaqqis rappreżentattiv;
(12) kampjun replikat tfisser kampjun meħud minn kampjun aggregat għall-finijiet ta’ infurzar, difiża u referenza f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2017/625;
(13) kampjun tal-laboratorju tfisser kampjun mibgħut lil-laboratorju jew riċevut minnu li jikkostitwixxi kwantità rappreżentattiva ta’ materjal imneħħi mill-kampjun aggregat;
(14) kampjun analitiku tfisser materjal imħejji għall-analiżi mill-kampjun tal-laboratorju;
(15) porzjon analitika tfisser kwantità rappreżentattiva ta’ materjal imneħħija mill-kampjun analitiku, ta’ daqs xieraq għall-kejl tal-konċentrazzjoni tar-residwi;
(16) inċertezza tal-kejl tfisser parametru mhux negattiv assoċjat mar-riżultat tal-kejl, li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri li jistgħu jiġu attribwiti b’mod raġonevoli għall-kwantità partikolari soġġetta għall-kejl;
(17) limitu tal-kwantifikazzjoni tfisser l-aktar konċentrazzjoni jew massa baxxa tal-analita li tkun ġiet ivvalidata bi preċiżjoni aċċettabbli bl-applikazzjoni tal-metodu analitiku sħiħ u tal-kriterji tal-identifikazzjoni;
(18) inċertezza tal-kejl estiża tirrappreżenta l-inċertezza fil-kejl billi tagħti medda ta’ kunfidenza, tipikament ikkalkulata billi l-medda ta’ valuri li fiha jkun mistenni li jinsab il-valur reali tal-kejl tiġi mmultiplikata b’fattur ta’ kopertura;
(19) fattur ta’ kopertura (k) huwa multiplikatur użat fil-kalkolu tal-inċertezza tal-kejl estiża, li jipprovdi medda li fiha jkun mistenni li jinsab il-valur reali tal-kejl.
Artikolu 3 Metodi ta’ kampjunar u ta’ preparazzjoni tal-kampjuni għall-analiżi għall-ikel
Il-kampjuni tal-ikel għandhom jinġabru u jitħejjew f’konformità mal-Partijiet A u B tal-Anness.
Artikolu 4 Metodi ta’ analiżi, inċertezza tal-kejl u interpretazzjoni tar-riżultati għall-ikel u għall-għalf
L-analiżi tal-kampjuni, il-kalkolu tal-inċertezza tal-kejl u l-interpretazzjoni tar-riżultati ta’ tali analiżijiet, għandhom jitwettqu f’konformità mal-Parti C tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-ikel u, b’deroga mill-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 152/2009, għall-għalf.
Artikolu 5 Tħassir
Id-Direttiva 2002/63/KE titħassar. Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 6 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2026. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
(a) ikun responsabbli għall-proċeduri, inklużi t-tħejjija, l-ippakkjar u t-tbaħħir tal-kampjun(i) tal-laboratorju; (b) jiżgura konformità konsistenti mal-proċeduri speċifikati ta’ kampjunar; (c) jiffinalizza d-dokumentazzjoni għall-kampjuni u jikkollabora mill-qrib mal-laboratorju rilevanti; (d) jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jiġu evitati effetti fuq il-livelli tar-residwi u biex jiġi evitat kwalunkwe impatt avvers fuq id-determinazzjoni analitika, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-kampjuni jibqgħu rappreżentattivi matul il-kampjunar u mat-trasferiment tagħhom lil-laboratorju; (e) jieħu kampjun separat ta’ kull lott jew sublott li għandu jiġi eżaminat; (f) f’każijiet fejn kunsinna tikkonsisti f’aktar minn lott wieħed, jikkunsidra kull lott separatament u jiddeċiedi x’għandu jiġi inkluż fil-kampjun. Grp. a. Il-kampjunar għandu jsir minn uffiċjal tal-kampjunar. L-uffiċjal tal-kampjunar għandu: Meta d-daqs jew il-limitu ta’ kull lott f’kunsinna kbira ma jkunx stabbilit faċilment, l-uffiċjal tal-kampjunar jista’ jqis li ostakli fiżiċi oħra, bħal vaguni, trakkijiet jew pjattaformi ta’ bastimenti, jiffurmaw lott jew sublott separat. Il-kampjuni meħuda mill-kultivaturi għandhom jinġabru mal-ħruġ mill-farm, minn prodotti lesti biex jiġu introdotti fis-suq. Grp_b1_tabella_1_tabella. 2. Diviżjoni ta’ lottijiet f’sublottijiet Meta neċessarju u possibbli, l-uffiċjal tal-kampjunar għandu jaqsam lottijiet akbar f’sublottijiet sabiex jiżgura li l-partijiet kollha jkunu rrappreżentati, bil-kundizzjoni li s-sublott ikun jista’ jiġi sseparat fiżikament. L-uffiċjal tal-kampjunar għandu jiżgura li kull sublott ikun separat fiżikament u identifikabbli. Għall-ikel innegozjat f’kunsinni bl-ingrossa (eż. ċereali) għandha tapplika t-Tabella 1. Għall-ikel mhux innegozjat bl-ingrossa għandha tapplika t-Tabella 2. Jekk jitqies li l-piż tal-lott ma huwiex dejjem eżattament multiplu tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jaqbeż il-piż imsemmi fit-Tabelli 1 u 2 b’massimu ta’ 20 %. Piż tal-lott (tunnellati) Piż massimu jew numru ta’ sublottijiet ≥ 1500 500 tunnellata > 300 u < 1500 3 sublottijiet ≥ 100 u ≤ 300 100 tunnellata < 100 - Piż tal-lott (tunnellati) Piż tas-sublottijiet ≥ 15 7,5-30 tunnellata < 15 - Grp. a. Frott u ħaxix frisk Kull frotta sħiħa, ħaxixa jew għanqud ta’ daqs medju naturali (eż. għeneb) għandu jifforma unità, ħlief meta dan il-frott, ħaxix jew għanqud ikun żgħir. L-unitajiet ta’ prodotti żgħar imballati (eż. passolina) jistgħu jiġu identifikati f’konformità mal-punt (e). Jekk il-materjal ma jistax jiġi danneġġat, jista’ jintuża apparat tal-kampjunar u b’hekk ma jiġux affettwati r-residwi. Fil-każ ta’ banana, u frott u ħaxix simili li jkunu disponibbli f’għanqud, il-biċċiet individwali għandhom jitqiesu bħala l-unità. Grp. b. Bajd Kull bajda għandha tifforma unità. Grp. c. Annimali kbar jew partijiet jew organi tagħhom Parti ta’ annimal kbir jew kollu kemm hu jew parti ta’ organu speċifikat jew kollu kemm hu għandhom jifformaw unità. Il-partijiet jew l-organi jistgħu jitqattgħu biex jiffurmaw unitajiet. Grp. d. Annimali żgħar (ħlief insetti) jew partijiet jew organi tagħhom Kull annimal sħiħ jew kull parti sħiħa jew organu sħiħ ta’ annimal preżenti jista’ jifforma unità. Meta jkunu imballati, l-unitajiet jistgħu jiġu identifikati kif stabbilit fil-punt (e). Meta jinħolqu l-unitajiet, jista’ jintuża apparat tal-kampjunar jekk il-materjal ma jkunx jista’ jiġi ddanneġġat u b’hekk ir-residwi ma jkunux jistgħu jiġu affettwati. Grp. e. Materjali imballati L-iżgħar pakketti diskreti għandhom jittieħdu bħala unitajiet mill-istess lott/sublott. Meta l-iżgħar pakketti jkunu kbar ħafna, skont kemm ikun prattiku, għandhom jiġu kkampjunati bħala prodotti sfużi, kif speċifikat fil-punt (f). Meta l-iżgħar pakketti jkunu żgħar ħafna, pakkett ta’ pakketti jista’ jifforma unità u l-pakketti għandhom jitqiesu bħala parti mill-istess lott. (a) għodda bħal sassla, kuċċarun, borer, sikkina jew lanza, użata biex tneħħi unità minn materjal sfuż, minn pakketti (bħal ċilindri, ġobnijiet kbar) jew minn unitajiet ta’ laħam, pollam jew ħut li huma kbar wisq biex jittieħdu bħala kampjuni inkrementali; (b) għodda, bħal għarbiel tal-kampjuni, użata biex tħejji kampjun tal-laboratorju minn kampjun aggregat, jew biex tħejji porzjon analitiku minn kampjun analitiku. Pt_a_. 2. Lott suspettat Pt_b_. 2. Prodotti, imballati jew sfużi, li jistgħu jitqiesu li huma mħallta sew jew omoġenji (c) Prodotti imballati jew sfużi, li jistgħu ma jkunux imħallta sew jew omoġenji (i) in-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu = 40 kampjun inkrementali + √ numru ta’ tunnellati fir-rigward tal-kontroll ta’ sustanzi jew prodotti distribwiti b’mod uniformi fl-ikel kollu (eż. fil-każ ta’ lott ta’ 529 tunnellata, għandhom jittieħdu 40 + 23 = 63 kampjun inkrementali); (ii) jew 100 kampjun inkrementali + √ numru ta’ tunnellati fir-rigward tal-kontroll ta’ kostitwenti jew sustanzi li x’aktarx jiġu distribwiti b’mod mhux uniformi fl-ikel (eż. fil-każ ta’ lott ta’ 529 tunnellata ta’ qamħ, għandhom jittieħdu 100 + 23 = 123 kampjun inkrementali). (d) Supplimenti tal-ikel imballati (e) Prodotti mixxellanji ta’ daqs mhux magħruf tal-lott (applikabbli biss għall-kummerċ elettroniku) (f) Prodotti tas-sajd u tal-baħar inkluż frott tal-baħar bil-qoxra u krustaċji Grp. f. Materjali sfużi u pakketti kbar (eż. ċilindri, ġobnijiet li huma individwalment kbar wisq biex jittieħdu bħala kampjuni inkrementali) L-unitajiet jinħolqu b’apparat tal-kampjunar. In-numru/l-ammont minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandu jittieħed mill-uffiċjal tal-kampjunar minn lott/sublott biex jifforma l-kampjun aggregat għandu jiġi ddeterminat kif stabbilit fit-Tabella 3. Il-kampjuni inkrementali għandhom jiżguraw kwantità suffiċjenti biex il-kampjuni kollha tal-laboratorju, inklużi l-kampjuni replikati, meħuda għal skopijiet analitiċi, ikunu jistgħu jittieħdu mill-kampjun aggregat. Għall-prodotti, fejn jittieħed aktar minn kampjun inkrementali wieħed minn lott/sublott, kull wieħed għandu jikkontribwixxi bi proporzjon simili għall-kampjun aggregat. Meta jittieħdu kampjuni inkrementali f’intervalli matul it-tagħbija jew il-ħatt ta’ lott/sublott, il-pożizzjoni tal-kampjunar hija punt fiż-żmien u n-numru ta’ kampjuni inkrementali jiġi ddeterminat billi jitqies id-daqs tal-porzjon ikkampjunat. In-numru ta’ unitajiet meħtieġa għall-kampjuni inkrementali huwa speċifikat fit-Tabella 3. Id-daqsijiet minimi tal-kampjuni tal-laboratorju huma speċifikati fit-Tabelli 4, 5 u 6. L-unitajiet jistgħu jinġabru bl-użu ta’ apparati ta’ kampjunar, pereżempju: Għal materjali bħal weraq sfużi, l-uffiċjal tal-kampjunar għandu juża l-ingwanti meta jieħu l-kampjuni bl-idejn biex jipprevjeni l-kontaminazzjoni kroċjata. L-apparat tal-kampjunar għandu jitnaddaf bejn l-użi skont il-bżonn, sabiex tiġi evitata kwalunkwe kontaminazzjoni kroċjata. L-unitajiet jistgħu jiġu allokati b’mod aleatorju biex jiġu replikati l-kampjuni tal-laboratorju fil-ħin tal-ġbir tal-kampjun(i) inkrementali, f’każijiet fejn l-unitajiet ikunu ta’ daqs medju jew kbir (kif deskritt fit-Tabella 5) u fejn it-taħlit tal-kampjun aggregat ma jagħmilx il-kampjun(i) tal-laboratorju aktar rappreżentattiv(i), jew fejn l-unitajiet (eż. bajd, frott artab) jistgħu jiġu danneġġati mit-taħlit. Meta l-kampjunar ma jsirx kif stabbilit fil-punt B.2 minħabba konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli (eż. minħabba l-forom tal-imballaġġ, ħsara lil-lott), jew l-uffiċjal tal-kampjunar japplika metodu alternattiv dment li jkun rappreżentattiv biżżejjed għal-lott jew għas-sublott ikkampjunat u jkun iddokumentat bis-sħiħ, l-uffiċjal tal-kampjunar għandu jieħu nota tal-proċedura segwita fir-rapport tal-kampjunar imsemmi fil-punt B.6. L-unitajiet ma għandhomx jitqattgħu jew jitkissru biex jipproduċu l-kampjun(i) inkrementali ħlief f’konformità mas-subdiviżjoni tal-unitajiet speċifikata fit-Tabella 4. Ammont/numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mil-lott/mis-sublott Għandhom jittieħdu żewġ kampjuni oħra flimkien ma’ dawk iddeterminati fil-parti b) jew fil-parti c) ta’ din it-tabella 1 (Lott jista’ jkun imħallat, bħala eżempju, permezz tal-gradazzjoni jew proċessi tal-manifattura); Għal porzjonijiet kbar, ara i) u ii) Għall-ikel jew għall-prodotti primarji li joriġinaw mill-pjanti, għall-prodotti magħmula minn unitajiet ta’ daqs medju, ta’ daqs kbir jew ta’ daqs kbir ħafna, in-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali għandu jikkonforma man-numru minimu ta’ unitajiet meħtieġa għall-kampjun tal-laboratorju (ara t-Tabella 5) Jew: Piż jew volum tal-lott/tas-sublott (f’kilogrammi jew litri) < 50 3 ≥ 50 u ≤ 500 5 ≥ 500 u ≤ 30 tunnellata 10 > 30 tunnellata √ (20 darba n-numru ta’ tunnellati tal-porzjon ikkampjunat) (*), sa 40 kampjun inkrementali Meta n-numru miksub ikun frazzjoni, dan għandu jiġi ttondjat ’il fuq għan-numru sħiħ li jmiss Għal porzjonijiet kbar, ara i) u ii) Fil-każ ta’ porzjonijiet kbar (porzjonijiet ikkampjunati > 500 tunnellata): Jew: Numru ta’ pakketti, laned, kartuniet jew unitajiet oħra fil-lott/fis-sublott ≤ 25 1 26-100 5 %, mill-inqas 2 unitajiet > 100 5 %, f’massimu ta’ 10 unitajiet Numru ta’ pakketti fil-lott/fis-sublott 1-50 1 51-250 2 251-1 000 4 > 1000 4 + 1 pakketti għal kull 1000 pakkett għall-bejgħ bl-imnut b’massimu ta’ 25 pakkett għall-bejgħ bl-imnut 1 Il-kwantitajiet minimi tal-kampjuni għandhom jiġu ddefiniti fil-programm nazzjonali għall-kontroll tar-residwi. Il-kwantitajiet minimi tal-kampjun għandhom ikunu biżżejjed biex jippermettu lil-laboratorji approvati jwettqu l-proċeduri analitiċi neċessarji biex jitlestew l-iskrinjar u l-analiżijiet ta’ konferma. B’mod speċifiku, għall-prodotti tas-sajd u tal-baħar inklużi l-frott tal-baħar bil-qoxra u l-krustaċji, kampjun jikkonsisti minn annimal wieħed jew aktar, skont ir-rekwiżiti tal-metodi analitiċi. Grp. b2. Kollezzjoni ta’ kampjuni inkrementali L-uffiċjal tal-kampjunar għandu jieħu kampjuni inkrementali minn diversi pożizzjonijiet magħżula b’mod aleatorju u mqassma b’mod ugwali matul il-porzjon kollu kkampjunat; il-kampjuni għandhom ikunu ta’ daqs bejn wieħed u ieħor ugwali. F’każijiet eċċezzjonali, meta dan ma jkunx fiżikament prattiku, l-uffiċjal tal-kampjunar għandu jieħu kampjuni inkrementali minn pożizzjonijiet aleatorji fil-parti aċċessibbli tal-lott/tas-sublott. F’każ bħal dan, l-uffiċjal tal-kampjunar għandu jieħu nota tal-proċedura segwita fir-rapport tal-kampjunar. L-uffiċjal tal-kampjunar għandu jidentifika l-unità(jiet) għall-kampjuni inkrementali kif ġej: Grp. b3. Preparazzjoni tal-kampjun aggregat/imnaqqas mill-uffiċjal tal-kampjunar Il-kampjun aggregat għandu jkun magħmul billi jiġu kkombinati l-kampjuni inkrementali. Ir-rekwiżiti applikabbli għal-laħam u għal-pollam huma deskritti fit-Tabella 4. Kull kampjun inkrementali għandu jitqies bħala kampjun aggregat separat. Ir-rekwiżiti applikabbli għall-prodotti tal-pjanti, il-bajd jew il-prodotti tal-ħalib huma deskritti fit-Tabelli 5 u 6, rispettivament. Il-kampjuni inkrementali għandhom jiġu kkombinati u mħallta sew, jekk ikun prattikabbli, biex jifformaw il-kampjun aggregat. Meta jitħejjew kampjuni tal-laboratorju separati matul il-ġbir tal-kampjun(i) inkrementali mil-lott/mis-sublott, il-kampjun aggregat għandu jitqies bħala s-somma kkombinata tal-kampjuni tal-laboratorju. Jekk ikun meħtieġ, il-kampjun aggregat jista’ jitnaqqas b’mod rappreżentattiv bl-użu ta’ metodu ta’ tnaqqis tal-kampjun. Meta t-taħlit biex jifforma l-kampjun aggregat ma jkunx xieraq jew ma jkunx prattiku, tista’ tiġi segwita l-proċedura alternattiva li ġejja. Meta l-unitajiet jistgħu jiġu danneġġati (u għalhekk ir-residwi jistgħu jiġu affettwati) mill-proċessi tat-taħlit jew tas-subdiviżjoni tal-kampjun aggregat, jew meta unitajiet kbar ma jkunux jistgħu jitħalltu biex jipproduċu distribuzzjoni aktar uniformi tar-residwi, l-unitajiet jistgħu jiġu allokati b’mod aleatorju biex jiġu replikati l-kampjuni tal-laboratorju fil-waqt tat-teħid tal-kampjuni inkrementali. F’dan il-każ, ir-riżultat li għandu jintuża għandu jkun il-mezz matematiku biex jinkisbu riżultati analitiċi validi mill-porzjonijiet analitiċi analizzati u ffurmati mill-kampjuni tal-laboratorju replikati. (i) Il-ħalib evaporat u l-kremi evaporati sfużi għandhom jitħalltu sew qabel ma jsir il-kampjunar billi jinqala’ l-materjal li jkun weħel mal-ġnub u mal-qiegħ tal-kontenituri u jitħawwad sew. Madwar 2 sa 3 l għandhom jitneħħew u jerġgħu jiġu mħawda sew qabel ma jitneħħa l-kampjun tal-laboratorju (ii) It-trab tal-ħalib sfuż għandu jiġi kkampjunat b’mod asettiku, billi jingħadda tubu tal-borer niexef fit-trab b’rata uniformi. (iii) Il-kremi sfużi għandhom jitħalltu sew b’pistun qabel ma jsir il-kampjunar iżda l-formazzjoni tar-ragħwa, it-tħabbit u t-tħawwid għandhom jiġu evitati. Grp_b4_tabella_4_tabella_5_tabella. 6. Preparazzjoni, imballaġġ, issiġillar u trasport tal-kampjun tal-laboratorju mill-uffiċjal tal-kampjunar Il-kampjun tal-laboratorju huwa magħmul mill-kampjun aggregat u jista’ jkun il-kampjun aggregat kollu jew parti minnu. L-uffiċjal tal-kampjunar għandu mbagħad iħejji l-kampjun tal-laboratorju u l-kampjun replikat mill-kampjun imnaqqas ta’ bejn wieħed u ieħor l-istess ammont u li jikkonforma mar-rekwiżiti kwantitattivi tal-Parti B. Il-kampjun replikat jista’ jitħejja wkoll fil-laboratorju mill-persunal tal-laboratorju. L-unitajiet ma għandhomx jitqattgħu jew jitkissru biex jipproduċu l-kampjun(i) tal-laboratorju, ħlief fejn is-subdiviżjoni tal-unitajiet hija speċifikata fit-Tabelli 4 u 5. Meta l-kampjun aggregat ikun akbar mill-kampjun tal-laboratorju meħtieġ, dan jista’ jitnaqqas biex jipprovdi porzjon rappreżentattiv. Jista’ jintuża apparat għall-kampjunar, qsim f’erba’ partijiet, jew proċess xieraq ieħor għat-tnaqqis tad-daqs iżda l-unitajiet ta’ prodotti friski mill-pjanti jew bajd sħiħ ma għandhomx jitqattgħu jew jitkissru. Id-daqsijiet minimi meħtieġa għall-kampjuni tal-laboratorju huma speċifikati fit-Tabelli 4, 5 u 6. F’każijiet debitament ġustifikati (bħall-valur għoli tal-prodott) u dment li l-kampjun iżgħar ma jirriżultax f’materjal tal-kampjun insuffiċjenti biex titwettaq analiżi xierqa, jista’ jittieħed daqs iżgħar tal-kampjun minn prodott mid-daqsijiet speċifikati fit-Tabelli 4 u 5. Għandha tittieħed nota tar-raġuni għal dan fir-rapport tal-kampjunar. Il-kampjun tal-laboratorju għandu jitqiegħed f’kontenitur nadif, inerti kimikament u li mhux reattiv mal-ilma, biex tiġi żgurata l-protezzjoni sikura minn fatturi ambjentali u atmosferiċi u tiġi ppreservata l-omoġeneità tal-kampjun. Il-kontenitur għandu jiġi ssiġillat fil-post tal-kampjunar, ittikkettat b’mod sikur u akkurat, u għandu jkun akkumpanjat mir-rapport tal-kampjunar, jekk ikun rapport fuq karta. Fil-każ ta’ proċeduri mingħajr karti (diġitali), il-kampjun għandu jkun marbut b’mod identifikabbli mal-entrata tar-rekord diġitali rilevanti. Meta jintuża barcode, huwa rrakkomandat li tiġi pprovduta wkoll l-informazzjoni alfanumerika. L-uffiċjal tal-kampjunar għandu jwassal il-kampjun tal-laboratorju lil-laboratorju malajr kemm jista’ jkun. It-taħsir waqt it-tranżitu għandu jiġi evitat, eż. il-kampjuni friski għandhom jinżammu friski u l-kampjuni ffriżati għandhom jibqgħu ffriżati. Il-kampjuni tal-prodotti tal-ikel primarji li joriġinaw mill-annimali għandhom jiġu ffriżati qabel ma jintbagħtu, sakemm ma jiġux ittrasportati lejn il-laboratorju qabel ma jkun jista’ jseħħ it-taħsir. F’każijiet fejn il-kampjuni tal-prodotti tal-ikel primarji li joriġinaw mill-annimali jiġu ttrasportati mhux iffriżati, għandu jiġi evitat id-deterjorament jew it-taħsir matul it-trasport. Meta kampjun replikat jitħalla mal-operatur tan-negozju tal-ikel, l-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jingħata struzzjonijiet (eż. permezz ta’ fuljett) dwar kif għandu jaħżen u jittrasferixxi l-kampjun lejn il-laboratorju, biex tiġi mminimizzata d-degradazzjoni tar-residwi. Jekk l-operatur tan-negozju tal-ikel ma jkunx jista’ jissodisfa r-rekwiżiti tal-ħżin, il-kampjun għandu jitwassal lil-laboratorju malajr kemm jista’ jkun għal aktar ipproċessar (eż. omoġenizzazzjoni) kif meħtieġ mill-proċeduri tal-Istat Membru u biex jinħażen f’temperatura baxxa sakemm tittieħed id-deċiżjoni għall-analiżi. # Klassifikazzjoni tal-prodott Eżempji Parti ta’ kampjun inkrementali li għandu jittieħed Daqs minimu ta’ kull kampjun tal-laboratorju Prodotti tal-ikel primarji li joriġinaw mill-annimali 1 Muskolu tal-mammiferi – Kategoriji: 1011010, 1012010, 1013010, 1014010, 1015010, 1017010 1.1 Mammiferi kbar, karkassa sħiħa jew nofsha, normalment ≤10 kg Frat, nagħaġ, ħnieżer Id-dijaframma kollha jew parti minnha, issupplimentata bil-muskolu ċervikali, jekk ikun neċessarju 0,5 kg 1.2 Mammiferi żgħar, karkassa sħiħa Fniek Karkassa sħiħa jew robbu ta’ wara 0,5 kg wara t-tneħħija tal-ġilda u tal-għadam 1.3 Partijiet tal-mammiferi, friski/iffriżati, sfużi, imballati jew le Robbijiet, kustilji, steaks, spalel Unità(jiet) sħiħa/sħaħ, jew porzjon ta’ unità kbira 0,5 kg wara t-tneħħija tal-għadam 1.4 Partijiet tal-mammiferi, iffriżati sfużi Robbijiet, kustilji Jew sezzjoni trażversali ffriżata ta’ kontenitur jew il-parti sħiħa (jew porzjonijiet) tal-partijiet tal-muskoli individwali 0,5 kg wara t-tneħħija tal-għadam 2 Xaħmijiet tal-mammiferi, inkluż ix-xaħam tal-karkassi – Kategoriji: 1011020, 1012020, 1013020, 1014020, 1015020, 1017020 2.1 Mammiferi kbar, fil-qatla, karkassa sħiħa jew nofsha, normalment ≥ 10 kg Frat, nagħaġ, ħnieżer Xaħam tal-kliewi, addominali jew ta’ taħt il-ġilda maqtugħ minn annimal wieħed 0,5 kg 2.2 Mammiferi żgħar, fil-qatla, karkassa sħiħa jew nofsha < 10 kg Xaħam addominali jew ta’ taħt il-ġilda minn annimal wieħed jew aktar 0,5 kg 2.3 Partijiet tal-mammiferi Saqajn, kustilji, steaks Jew xaħam viżibbli, imneħħi mill-unità(jiet) jew Unità(jiet) sħiħa/sħaħ jew porzjonijiet ta’ unità(jiet) sħiħa/sħaħ, fejn ix-xaħam ma jkunx jista’ jiġi maqtugħ 0,5 kg 2 kg 2.4 Tessuti ta’ xaħam tal-mammiferi sfużi Unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar minn mill-inqas tliet pożizzjonijiet, meta fattibbli fil-prattika 0,5 kg 3 Ġewwieni tal-mammiferi – Kategoriji: 1011030, 1012030, 1013030, 1014030, 1015030, 1017030 1011040, 1012040, 1013040, 1014040, 1015040, 1017040 1011050, 1012050, 1013050, 1014050, 1015050, 1017050 3.1 Fwied tal-mammiferi frisk, imkessaħ, iffriżat Fwied sħiħ, jew parti mill-fwied 0,4 kg 3.2 Kliewi tal-mammiferi friski, imkessħa, iffriżati Kilwa waħda jew it-tnejn li huma, minn annimal wieħed jew tnejn 0,2 kg 3.3 Qalb tal-mammiferi friska, imkessħa, iffriżata Qalb/qlub sħiħa/sħaħ, jew porzjon tal-ventrikolu biss, jekk ikunu kbar 0,4 kg 3.4 Ġewwieni ieħor ta’ mammiferi frisk, imkessaħ, iffriżat Unità sħiħa jew parti minnha minn annimal wieħed jew aktar, jew sezzjoni trażversali meħuda minn prodott iffriżat sfuż 0,5 kg 4 Muskolu tal-pollam – Kategorija: 1016010 4.1 Għasfur, karkassa ta’ daqs kbir > 2kg Dundjan, wiżża, serduq, ħasi u papra Koxox, saqajn u muskoli oħrajn bil-laħam aħmar 0,5 kg wara t-tneħħija tal-ġilda u tal-għadam 4.2 Għasfur, karkassa ta’ daqs medju 500 g-2 kg Tiġieġ, farawna, tiġieġ ta’ età żgħira Koxxa, saqajn jew muskoli oħrajn bil-laħam aħmar minn tal-anqas tliet għasafar 0,5 kg wara t-tneħħija tal-ġilda u tal-għadam 4.3 Għasafar, karkassa ta’ daqs żgħir < 500g Summiena, ħamiema Karkassi minn mill-inqas sitt għasafar 0,2 kg tat-tessuti tal-muskoli 4.4 Partijiet ta’ għasafar friski, imkessħa, iffriżati imballati għall-bejgħ bl-imnut jew bl-ingrossa Saqajn, robbijiet, sider u ġwienaħ Unitajiet imballati, jew unitajiet individwali 0,5 kg wara t-tneħħija tal-ġilda u tal-għadam 5 Xaħmijiet tal-pollam, inkluż xaħam tal-karkassa – Kategorija: 1016020. 5.1 Għasafar fil-qatla, karkassa sħiħa jew parti minnha Tiġieġ, dundjani Unitajiet ta’ xaħam addominali minn mill-inqas 3 għasafar, meta fattibbli fil-prattika 0,5 kg 5.2 Partijiet tal-għasafar Saqajn, sider, muskoli Jew xaħam viżibbli, imneħħi mill-unità(jiet) jew Unità(jiet) sħiħa/sħaħ jew porzjonijiet ta’ unità(jiet) sħiħa/sħaħ, fejn ix-xaħam ma jkunx jista’ jitneħħa 0,5 kg 0,5 kg jew 2 kg jekk il-kontenut tax-xaħam < 5 % 5.3 Tessut tax-xaħam tal-għasafar sfuż Unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar minn mill-inqas tliet pożizzjonijiet 0,5 kg 6 Ġewwieni tal-Pollam – Kategoriji: 1016030, 1016040, 1016050 6.1 Ġewwieni tal-għasafar kommestibbli, ħlief il-fwied xaħmi tal-wiżża u tal-papra u prodotti simili ta’ valur għoli Unitajiet minn mill-inqas sitt għasafar, jew sezzjoni trażversali minn kontenitur, meta jkun fattibbli fil-prattika 0,2 kg 6.2 Fwied xaħmi tal-wiżża u tal-papra u prodotti simili ta’ valur għoli Unità minn għasfur jew kontenitur wieħed 0,1 kg 7 Għasel – Kategorija: 1040000 7.1 Għasel Unitajiet imballati 0,5 kg 8 Amfibji u Rettili – Kategorija: 1050000 8.1 Muskoli Kukkudrill, gremxula Unitajiet mid-denb, mill-ġisem, mis-saqajn 0,5 kg 8.2 Żrinġijiet Saqajn 0,5 kg 8.2 Serp Unitajiet mill-ġisem 0,5 kg 9 Annimali invertebrati terrestri – Kategorija: 1060000 9.1 Bebbux Helix pomatia (Bebbuxu Ruman) Bebbux sħiħ 12-il bebbuxu 9.2 Insetti Grilli Insetti sħaħ 10 insetti sħaħ jew 0,2 kg Larvi tal-ġradijiet, tad-dud tad-dqiq Larvi 0,5 kg 10 Annimali vertebrati selvaġġi terrestri – Kategorija: 1070000 10.1 Ir-regoli stabbiliti għall-annimali domestikati taħt il-kategoriji 1-3 ta’ din it-tabella għandhom japplikaw għat-tessut korrispondenti. Ikel ipproċessat li joriġina mill-annimali 11 Prodotti tal-ikel sekondarji li joriġinaw mill-annimali, laħam imnixxef. Prodotti derivati kommestibbli li joriġinaw mill-annimali, xaħmijiet ipproċessati tal-annimali, inklużi xaħmijiet mdewba jew estratti, supplimenti tal-ikel. Ikel manifatturat (ingredjent wieħed) li joriġina mill-annimali, b’mezz ta’ ppakkjar jew mingħajru jew b’ingredjenti minuri bħal aġenti aromatizzanti, koloranti (eż. karmin), ħwawar u kondimenti, trab tal-insetti u li normalment ikun imballat minn qabel u lest għall-konsum, bit-tisjir jew le. Ikel manifatturat (b’aktar minn ingredjent wieħed) li joriġina mill-annimali, ikel b’aktar minn ingredjent wieħed li jikkonsisti f’ingredjenti li joriġinaw kemm mill-annimali kif ukoll mill-pjanti se jiġi inkluż hawnhekk jekk l-ingredjent(i) li joriġina(w) mill-annimali jkun(u) predominanti, inkluż l-ikel tat-trabi. 11.1 Mammiferi jew għasafar, prodotti mitħunin, imsajrin, fil-laned, imnixxfin, imdewbin, jew ipproċessati b’mod ieħor, inklużi prodotti b’aktar minn ingredjent wieħed Perżut, zalzett, kapuljat taċ-ċanga, paste tat-tiġieġ Unitajiet imballati, jew sezzjoni trażversali rappreżentattiva minn kontenitur jew unitajiet (inkluż meraq, jekk ikun hemm) meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,5 kg 11.2 Supplimenti tal-ikel Kollaġen Unitajiet imballati 0,1 l jew 0,1 kg Klassifikazzjoni tal-prodott Eżempji Parti ta’ kampjun inkrementali li għandu jittieħed Daqs minimu ta’ kull kampjun tal-laboratorju Prodotti tal-ikel primarji li joriġinaw mill-pjanti 1 Frott, frisk jew iffriżat – Kategorija: 0100000 Ħxejjex, friski jew iffriżati – Kategorija: 0200000, inkluż faqqiegħ (0280000) 1.1 Unitajiet ta’ prodotti ta’ daqs żgħir < 25 g Bakek, piżelli, żebbuġ Unitajiet sħaħ, jew pakketti, jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 1 kg 1.2 Prodotti ta’ daqs medju, unitajiet 25-250 g Tuffieħ, larinġ Unitajiet sħaħ 1 kg iżda mill-inqas 10 unitajiet 1.3 Prodotti friski ta’ daqs kbir, unitajiet 250-1000 g Ħjar, għeneb (qatet, għenieqed) Unità(jiet) sħaħ 2 kg iżda mill-inqas 5 unitajiet 1.4 Prodotti friski ta’ daqs kbir ħafna, unitajiet > 1000 g Qara’ aħmar, bettieħ Unità(jiet) sħaħ 2 kg iżda mill-inqas 3 unitajiet 1.5 Ġewż tas-siġar (0120000) Ħlief ġewż tal-Indi Pakketti, jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 1 kg Ġewż tal-Indi Unitajiet sħaħ 5 unitajiet 1.6 Ħxejjex aromatiċi (0256000) Tursin, salvja Unitajiet sħaħ 0,2 kg 2 Bus u ħemes (0300000) Fażola, Piżelli Pakketti, jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 1 kg 3 Żrieragħ żejtnin (0401000) Żerriegħa tal-kittien Pakketti, jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,5 kg 4 Ħbub taċ-ċereali (0500000) Ross, qamħ Pakketti, jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 1 kg 5 Żerriegħa għax-xorb u għall-ħelu Kafeni (ħodor) Pakketti, jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,5 kg 6 Pjanti taz-Zokkor (0900000) Pitravi ħelu Unitajiet sħaħ 2 kg mill-inqas 2 unitajiet Ikel ipproċessat li joriġina mill-pjanti 7 Prodotti tal-ikel sekondarji li joriġinaw mill-pjanti, frott imnixxef, ħxejjex imnixxfa, ħxejjex aromatiċi mnixxfa, infuzjonijiet erbali (0630000), ħops (0700000), ħwawar (0800000), prodotti taċ-ċereali mitħunin, estratti. Prodotti derivati li joriġinaw mill-pjanti, tejiet, tejiet tal-ħxejjex, żjut u xorb veġetali, meraq, supplimenti tal-ikel u prodotti mixxellanji eż. żebbuġ ipproċessat u melassa taċ-ċitru. Ikel manifatturat (ingredjent wieħed) li joriġina mill-pjanti, b’mezz ta’ ppakkjar jew b’ingredjenti minuri jew mingħajrhom, bħal aġenti aromatizzanti, koloranti, ħwawar u kondimenti, u li normalment ikun imballat minn qabel u lest għall-konsum msajjar jew le. Ikel manifatturat (b’diversi ingredjenti) li joriġina mill-pjanti, inklużi prodotti b’ingredjenti li joriġinaw mill-annimali fejn l-ingredjent(i) li joriġina(w) mill-pjanti jippredomina(w), ħobż u prodotti oħra taċ-ċereali msajra, inkluż ikel tat-trabi bbażat fuq iċ-ċereali. 7.1 Ħwawar (0800000) Noċemuskata Pakketti ta’ unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,1 kg 7.2 Prodotti ta’ valur ta’ unità għoli Petali tal-ward, żagħfran Pakketti ta’ unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,1 kg 7.3 Prodotti solidi sfużi ta’ dimensjonijiet żgħar Ħops, te, te erbali Unitajiet imballati jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,1kg 7.4 Prodotti solidi oħrajn Ħobż, dqiq, frott imnixxef Pakketti jew unitajiet sħaħ oħra, jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,5 kg 7.5 Prodotti likwidi Żjut veġetali, meraq Unitajiet imballati jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,5 l jew 0,5 kg 7.6 Supplimenti tal-ikel Ashwagandha, acai, spirulina Unitajiet imballati 0,1 l jew 0,1 kg 7.7 Ikel tat-trabi Lest biex jittiekel, ibbażat fuq frott/ħxejjex Unitajiet imballati jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,5 l jew 0,5 kg Klassifikazzjoni tal-prodott Eżempji Parti ta’ kampjun inkrementali li għandu jittieħed Daqs minimu ta’ kull kampjun tal-laboratorju Prodotti tal-ikel primarji li joriġinaw mill-annimali 1 Bajd tal-pollam – Kategorija: 1030000 1.1 Bajd, kbir Wiżża, papra jew simili Bajd sħiħ 6 bajdiet sħaħ 1.2 Bajd, medju Tiġieġa u simili Bajd sħiħ 10 bajdiet sħaħ 1.3 Bajd, żgħir summiena u simili Bajd sħiħ 24 bajda sħiħa 2 Ħalib – Kategorija: 1020000 2.1 Ħalib Unitajiet sħaħ, jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,5 l Ikel ipproċessat li joriġina mill-annimali 3 Prodotti tal-ikel sekondarji li joriġinaw mill-annimali, prodotti tal-ħalib sekondarji bħall-ħalib xkumat, ħalib evaporat, trab tal-ħalib, inklużi formuli tat-trabi, u trab tal-bajd. Prodotti derivati kommostibbli li joriġinaw mill-annimali, xaħmijiet tal-ħalib, prodotti derivati mill-ħalib bħal butir, żjut tal-butir, kremi, trab tal-krema, kaseini, eċċ. Ikel manifatturat (ingredjent wieħed) li joriġina mill-annimali, prodotti manifatturati tal-ħalib bħal jogurt, ġobnijiet. Ikel manifatturat (b’aktar minn ingredjent wieħed) li joriġina mill-annimali, prodotti manifatturati tal-ħalib (inklużi prodotti b’ingredjenti li joriġinaw mill-pjanti fejn l-ingredjent(i) li joriġina(w) mill-annimali jippredomina(w)) bħal prodotti tal-ġobon ipproċessat, preparazzjonijiet tal-ġobon, jogurt bit-togħma, ħalib ikkondensat biz-zokkor miżjud. 3.1 Ħalib likwidu, trabijiet tal-ħalib, ħalib u kremi evaporati, ġelati magħmulin minn prodotti tal-ħalib, kremi, jogurts Unità(jiet) imballati jew unità(jiet) meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,5 l (likwidu) jew 0,5 kg (solidu) 3.2 Butir u żjut tal-butir Butir, butir tax-xorrox, spreads b’kontenut ta’ xaħam baxx li fihom ix-xaħam tal-butir, xaħam tal-ħalib anidru, xaħam anidru Unità(jiet) imballati kollha jew partijiet minnhom jew unità(jiet) meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,2 kg jew 0,2 l 3.3 Ġobnijiet, inkluż ġobnijiet ipproċessati Unitajiet 0,3 kg jew akbar Unità(jiet) kollha jew unità(jiet) maqtugħa b’apparat tal-kampjunar 0,5 kg Unitajiet < 0,3 kg 0,3 kg Il-ġobnijiet b’bażi ċirkolari għandhom jiġu kkampjunati billi jsiru żewġ qatgħat min-nofs għall-barra. Il-ġobnijiet b’bażi rettangolari għandhom jiġu kkampjunati billi jsiru żewġ qatgħat paralleli mal-ġnub. 3.4 Prodotti tal-bajd likwidi, iffriżati jew imnixxfa Unità(jiet) meħuda b’mod asettiku b’apparat tal-kampjunar 0,5 kg Grp. b5. Kampjun replikat Il-kampjun replikat għandu jittieħed mill-kampjun aggregat imħallat sew jew mill-kampjun tal-laboratorju jew analitiku mill-persunal tal-laboratorju jew mill-uffiċjal tal-kampjunar. Il-kampjuni replikati jitħejjew bl-istess mod bħall-kampjuni tal-laboratorju. (1) Dikjarazzjoni li l-kampjunar twettaq f’konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/765; (2) Indirizz tal-awtoritajiet kompetenti; (3) Isem tal-uffiċjal tal-kampjunar jew kodiċi ta’ identifikazzjoni; (4) In-numru ta’ identifikazzjoni (uffiċjali) tal-kampjun; (5) Data tal-kampjunar; (6) Isem u indirizz tal-operatur; (7) Isem u indirizz tal-farm tal-oriġini (meta jsir kampjunar fil-farm); (8) Numru tar-reġistrazzjoni tal-istabbiliment jew numru tal-biċċerija, fejn rilevanti; (9) Deskrizzjoni tal-annimal, tal-pjanta jew tal-prodott jew isem tal-ikel; (10) Daqs tal-lott; (11) Identifikazzjoni tal-lott; (12) Meta rilevanti, medikazzjoni fl-aħħar erba’ ġimgħat qabel il-kampjunar (meta jsir kampjunar fil-farm); (13) Programm ta’ kampjunar, fejn rilevanti; (14) Rimarki partikolari, fejn rilevanti. (a) jiffirma jew jawtentika kopja stampata jew elettronika tar-rapport tal-kampjunar; (b) jipprovdi kopja tar-rapport tal-kampjunar lill-operatur tan-negozju tal-ikel tal-lott/tas-sublott, jew tar-rappreżentant tiegħu, irrispettivament minn jekk dak l-operatur tan-negozju għandux jiġi pprovdut b’kampjun replikat. Grp. b6. Rapport tal-kampjunar Għandu jiġi prodott rapport wara kull proċedura ta’ kampjunar u għandu jinkludi, mill-inqas, id-data li ġejja: L-uffiċjal tal-kampjunar għandu: Meta r-rekords tal-kampjunar ikunu f’forma stampata, l-awtorità kompetenti għandha żżomm l-oriġinal tar-rapport tal-kampjunar jew l-uffiċjal tal-kampjunar għandu jibgħat ir-rapport tal-kampjunar oriġinali lil-laboratorju. Il-kunfidenzjalità għandha tiġi żgurata f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/625. Kwalunkwe devjazzjoni mill-metodu speċifikat tal-kampjunar għandha tittieħed nota tagħha fid-dettall fir-rapport tal-kampjunar. Meta r-rekords tal-kampjunar ikunu f’forma stampata, kopja ffirmata tar-rekord għandha takkumpanja kull kampjun tal-laboratorju replikat. Meta r-rekords tal-kampjunar jiġu prodotti f’forma mingħajr karti (diġitali), għandhom isiru arranġamenti li jiżguraw rendikont tal-entrati verifikabbli simili. Grp. b7. Tħejjija tal-kampjun analitiku mil-laboratorju Il-kampjuni tal-laboratorju li ma jiġux analizzati minnufih għandhom jinħażnu fil-laboratorju f’kundizzjonijiet li jimminimizzaw id-deterjorament. Il-prodotti, ix-xorb u ż-żjut friski għandhom jinħażnu fil-friġġ, iżda tipikament mhux aktar minn ħamest ijiem. Il-prodotti mnixxfa, ippreservati u fil-laned jistgħu jinħażnu f’temperatura ambjentali, iżda jekk iż-żmien tal-ħżin ikun mistenni li jaqbeż l-erba’ ġimgħat, dawn għandhom jiġu subkampjunati u maħżuna fil-friża. Il-laboratorju għandu jħejji l-kampjun analitiku mill-kampjun tal-laboratorju billi jissepara l-porzjon tal-prodott li għandu jiġi analizzat, jiġifieri l-parti tal-prodott li għaliha japplika l-MRL, u mbagħad billi jħallat, jitħan, iqatta’ fin, ifarrak eċċ., għat-tneħħija ta’ porzjonijiet analitiċi b’bias minimu fis-subkampjunar. It-tħejjija tal-kampjun analitiku għandha tirrifletti l-proċedura użata fl-iffissar tal-MRL u b’hekk il-porzjon tal-prodott li għandu jiġi analizzat jista’ jinkludi partijiet li normalment ma jiġux ikkonsmati. Jekk ikun meħtieġ, il-kampjun tal-laboratorju jista’ jitnaqqas b’mod rappreżentattiv bl-użu ta’ metodu ta’ tnaqqis tal-kampjun. Il-parti tal-prodott li għandha tiġi analizzata, jiġifieri l-kampjun analitiku, għandha tiġi sseparata malli jkun prattikabbli. Meta l-livell ta’ residwu jkun meħtieġ li jiġi kkalkolat biex jinkludi partijiet li ma jiġux analizzati, għandhom jiġu rreġistrati l-piżijiet tal-partijiet separati. Grp. b8. Tħejjija u ħżin tal-porzjon analitiku mil-laboratorju Il-kampjun analitiku għandu jiġi mfarrak, jekk ikun xieraq, u mħallat sew, sabiex il-laboratorju jkun jista’ jieħu porzjonijiet analitiċi rappreżentattivi. Jista’ jintuża apparat biex jittieħed il-porzjon analitiku. Id-daqs tal-porzjon analitiku għandu jiġi stabbilit bil-metodu analitiku u bl-effiċjenza tat-taħlit. Il-metodi għat-tifrik u għat-taħlit għandhom jiġu rreġistrati u ma għandhomx jaffettwaw ir-residwi preżenti fil-kampjun analitiku. Fejn xieraq, il-kampjun analitiku għandu jiġi pproċessat f’kundizzjonijiet speċjali, eż. iffriżat, biex jitnaqqsu l-effetti avversi. Meta l-ipproċessar jista’ jaffettwa r-residwi u meta ma jkunx hemm disponibbli proċeduri alternattivi prattiċi, il-porzjon analitiku jista’ jikkonsisti f’unitajiet sħaħ, jew f’segmenti mneħħija minn unitajiet sħaħ. Jekk għalhekk, il-porzjon analitiku ikun jikkonsisti minn ftit unitajiet jew segmenti, x’aktarx li ma jkunx rappreżentattiv tal-kampjun analitiku u għandhom jiġu analizzati biżżejjed porzjonijiet replikati, biex tiġi indikata l-inċertezza tal-valur medju. Skont id-data disponibbli dwar l-istabbiltà tal-ħżin, jista’ jkun possibbli li jinħażnu porzjonijiet analitiċi qabel l-analiżi. F’dan il-każ, il-metodu, id-durata taż-żmien tal-ħżin u t-temperatura matul il-ħżin għandhom ikunu tali li ma jaffettwawx il-livell ta’ residwi preżenti. Grp. b91. Kampjunar tal-prodotti tal-laħam u tal-pollam Grp. b92. Kampjunar ta’ prodotti għajr laħam u pollam Grp. b93. Proċess tipiku ta’ kampjunar u ta’ analiżi Grp. b9. Preżentazzjonijiet skematiċi Preżentazzjonijiet skematiċi tal-proċeduri tal-kampjunar deskritti fil-punti B.2, B.3 u B.4: Grp. c1c11c12. Metodi ta’ analiżi u derivazzjoni tar-riżultati analitiċi Il-metodi ta’ analiżi għandhom jiġu appoġġati minn data dwar il-kontroll tal-kwalità u għandhom jiġu vvalidati għall-kombinazzjoni speċifika ta’ gruppi ta’ sustanzi/prodotti. Bħala minimu, prodott rappreżentattiv wieħed minn kull grupp ta’ prodotti jrid jiġi vvalidat, skont l-ambitu maħsub tal-metodu. Meta l-metodu jiġi applikat għal varjetà usa’ ta’ matriċijiet, għandha tinkiseb data ta’ validazzjoni komplementari. Ir-riżultati analitiċi għall-ikel għandhom jinkisbu minn kampjun tal-laboratorju wieħed jew aktar u għall-għalf minn mill-inqas kampjun finali wieħed meħud mil-lott/mis-sublott u dment li l-kampjun analitiku jkun fih il-parti(jiet) korretta(i) tal-prodott kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Meta jinstab li residwu jaqbeż MRL, l-identità tiegħu għandha tiġi kkonfermata u l-konċentrazzjoni tiegħu għandha tiġi vverifikata b’analiżi duplikata (it-tieni determinazzjoni indipendenti). Ir-riżultat analitiku għandu jiġi rrapportat bħala x+/- U fejn x hija r-riżultat analitiku u U hija l-inċertezza tal-kejl estiża, li għandha tiġi rrapportata fl-istess unitajiet u bl-istess numru ta’ ċifri deċimali bħar-riżultat. (a) konformi mal-MRL jekk ir-riżultat tal-kampjun analitiku jikkonforma mal-MRL, filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl estiża u, jekk ikun hemm bżonn, il-korrezzjoni għall-irkupru. Dan ifisser li l-kampjun huwa konformi jekk il-valur imkejjel ikun anqas minn jew daqs l-MRL meta titnaqqas l-inċertezza estiża (x – U ≤ MRL); (b) mhux konformi mal-MRL jekk ir-riżultat tal-kampjun analitiku jaqbeż l-MRL mingħajr dubju raġonevoli filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl estiża u, jekk ikun hemm bżonn, il-korrezzjoni għall-bias fil-metodu fejn indikat. Dan ifisser li l-kampjun ma jkunx konformi jekk il-valur imkejjel jaqbeż l-MRL meta titnaqqas l-inċertezza estiża (x-U > MRL). Grp. c2c21c22c23c24. Inċertezza tal-kejl u interpretazzjoni tar-riżultati L-MRL għandu japplika għall-kampjun analitiku derivat mill-kampjun aggregat mil-kampjun tal-laboratorju jew mill-kampjun replikat. Ir-riżultat tal-kampjun tal-laboratorju għall-ikel u l-kampjun finali għall-għalf għandu jitqies bħala rappreżentattiv għal-lott/għas-sublott u japplika għal-lott/għas-sublott kollu. Meta jivverifikaw il-qabżiet tal-MRL, il-laboratorji uffiċjali u l-awtoritajiet tal-infurzar għandhom japplikaw inċertezza tal-kejl estiża prestabbilita li tkun ġiet ikkalkulata minn data fit-tul tat-testijiet komparattivi bejn il-laboratorji tal-UE li japplikaw fattur ta’ kopertura ta’ 2 (livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %). L-inċertezza tal-kejl estiża hija ta’ 50 % bl-eċċezzjoni tar-ram, fejn japplika valur ta’ 20 %, biex jiġu infurzati l-MRLs. Il-laboratorju analitiku għandu juri li l-inċertezza tal-kejl estiża tiegħu stess għall-kombinazzjoni speċifika ta’ metodu analitiku/sustanza/grupp ta’ prodotti hija daqs jew anqas mill-valuri prestabbiliti msemmija hawn fuq. Fil-każ ta’ qbiż tal-MRL, l-inċertezza tal-kejl estiża prestabbilita armonizzata għandha tiġi rrapportata mil-laboratorju. Meta l-livell li jinsab f’kampjun tal-ikel iwassal għal Stima Internazzjonali ta’ Konsum għal Żmien Qasir (IESTI, International Estimate of Short-term Intake) li taqbeż id-Doża Akuta ta’ Referenza (DAR), bħala miżura ta’ prekawzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ tapplika inċertezza tal-kejl estiża aktar baxxa, abbażi tal-inċertezza tal-kejl stmata tal-laboratorju stess (jekk appoġġata minn biżżejjed evidenza intralaboratorju u interlaboratorju) u/jew livell ta’ kunfidenza aktar baxx (fattur ta’ kopertura, k aktar baxx). Interpretazzjoni tar-riżultat analitiku filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl estiża Lott/sublott għandu jitqies: Aċċettazzjoni u rifjut tal-kunsinna li tikkonsisti f’aktar minn lott wieħed Kwalunkwe lott kampjunat f’konformità ma’ dan ir-Regolament u li r-riżultat analitiku tiegħu juri qbiż tal-MRL għandu jitqies bħala mhux konformi kif speċifikat fil-punt C.2.4.b. fl-intier tiegħu u għandu jiġi rrifjutat. L-uffiċjal tal-kampjunar għandu jiddetermina l-lott ikkampjunat ta’ kunsinna, li jista’ jkun differenti mil-lott tal-operatur tan-negozju tal-ikel. Il-lott ikkampjunat jista’ jkun lott wieħed, jew grupp ta’ lottijiet li jikkondividu l-istess proprjetajiet (data tal-produzzjoni, oriġini, deskrizzjoni, eċċ.). Jekk lott wieħed, parti minn grupp ta’ lottijiet li jikkondividu l-istess proprjetajiet, jinstab li ma jkunx konformi u jkun hemm dubju raġonevoli li l-lottijiet simili l-oħrajn ikunu jaqbżu l-MRL, dawn il-lottijiet simili l-oħrajn għandhom jitqiesu bħala lottijiet suspettati.
ANNESS PROĊEDURA GĦALL-KAMPJUNAR U GĦALL-ANALIŻI TAL-IKEL U TAL-GĦALF LI JORIĠINAW MILL-PJANTI U MILL-ANNIMALI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAR-RESIDWI TA’ PESTIĊIDI GĦALL-KONTROLL TAL-KONFORMITÀ MAL-MRLs
PARTI A Dispożizzjonijiet Ġenerali Għall-Ikel
Il-kampjunar għandu jsir minn uffiċjal tal-kampjunar. L-uffiċjal tal-kampjunar għandu: Meta d-daqs jew il-limitu ta’ kull lott f’kunsinna kbira ma jkunx stabbilit faċilment, l-uffiċjal tal-kampjunar jista’ jqis li ostakli fiżiċi oħra, bħal vaguni, trakkijiet jew pjattaformi ta’ bastimenti, jiffurmaw lott jew sublott separat. Il-kampjuni meħuda mill-kultivaturi għandhom jinġabru mal-ħruġ mill-farm, minn prodotti lesti biex jiġu introdotti fis-suq. (a) ikun responsabbli għall-proċeduri, inklużi t-tħejjija, l-ippakkjar u t-tbaħħir tal-kampjun(i) tal-laboratorju; (b) jiżgura konformità konsistenti mal-proċeduri speċifikati ta’ kampjunar; (c) jiffinalizza d-dokumentazzjoni għall-kampjuni u jikkollabora mill-qrib mal-laboratorju rilevanti; (d) jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jiġu evitati effetti fuq il-livelli tar-residwi u biex jiġi evitat kwalunkwe impatt avvers fuq id-determinazzjoni analitika, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-kampjuni jibqgħu rappreżentattivi matul il-kampjunar u mat-trasferiment tagħhom lil-laboratorju; (e) jieħu kampjun separat ta’ kull lott jew sublott li għandu jiġi eżaminat; (f) f’każijiet fejn kunsinna tikkonsisti f’aktar minn lott wieħed, jikkunsidra kull lott separatament u jiddeċiedi x’għandu jiġi inkluż fil-kampjun.
(a) ikun responsabbli għall-proċeduri, inklużi t-tħejjija, l-ippakkjar u t-tbaħħir tal-kampjun(i) tal-laboratorju;
(b) jiżgura konformità konsistenti mal-proċeduri speċifikati ta’ kampjunar;
(c) jiffinalizza d-dokumentazzjoni għall-kampjuni u jikkollabora mill-qrib mal-laboratorju rilevanti;
(d) jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jiġu evitati effetti fuq il-livelli tar-residwi u biex jiġi evitat kwalunkwe impatt avvers fuq id-determinazzjoni analitika, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-kampjuni jibqgħu rappreżentattivi matul il-kampjunar u mat-trasferiment tagħhom lil-laboratorju;
(e) jieħu kampjun separat ta’ kull lott jew sublott li għandu jiġi eżaminat;
(f) f’każijiet fejn kunsinna tikkonsisti f’aktar minn lott wieħed, jikkunsidra kull lott separatament u jiddeċiedi x’għandu jiġi inkluż fil-kampjun.
PARTI B Proċeduri ta’ kampjunar għall-ikel
B.1 Tabella 1 Tabella 2 Subdiviżjoni ta’ lottijiet f’sublottijiet għal ikel innegozjat bl-ingrossa Subdiviżjoni ta’ lottijiet f’sublottijiet għal ikel mhux innegozjat bl-ingrossa
Diviżjoni ta’ lottijiet f’sublottijiet Meta neċessarju u possibbli, l-uffiċjal tal-kampjunar għandu jaqsam lottijiet akbar f’sublottijiet sabiex jiżgura li l-partijiet kollha jkunu rrappreżentati, bil-kundizzjoni li s-sublott ikun jista’ jiġi sseparat fiżikament. L-uffiċjal tal-kampjunar għandu jiżgura li kull sublott ikun separat fiżikament u identifikabbli. Għall-ikel innegozjat f’kunsinni bl-ingrossa (eż. ċereali) għandha tapplika t-Tabella 1. Għall-ikel mhux innegozjat bl-ingrossa għandha tapplika t-Tabella 2. Jekk jitqies li l-piż tal-lott ma huwiex dejjem eżattament multiplu tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jaqbeż il-piż imsemmi fit-Tabelli 1 u 2 b’massimu ta’ 20 %. Piż tal-lott (tunnellati) Piż massimu jew numru ta’ sublottijiet ≥ 1500 500 tunnellata > 300 u < 1500 3 sublottijiet ≥ 100 u ≤ 300 100 tunnellata < 100 - Piż tal-lott (tunnellati) Piż tas-sublottijiet ≥ 15 7,5-30 tunnellata < 15 -
B.2 Kollezzjoni ta’ kampjuni inkrementali L-uffiċjal tal-kampjunar għandu jieħu kampjuni inkrementali minn diversi pożizzjonijiet magħżula b’mod aleatorju u mqassma b’mod ugwali matul il-porzjon kollu kkampjunat; il-kampjuni għandhom ikunu ta’ daqs bejn wieħed u ieħor ugwali. F’każijiet eċċezzjonali, meta dan ma jkunx fiżikament prattiku, l-uffiċjal tal-kampjunar għandu jieħu kampjuni inkrementali minn pożizzjonijiet aleatorji fil-parti aċċessibbli tal-lott/tas-sublott. F’każ bħal dan, l-uffiċjal tal-kampjunar għandu jieħu nota tal-proċedura segwita fir-rapport tal-kampjunar. L-uffiċjal tal-kampjunar għandu jidentifika l-unità(jiet) għall-kampjuni inkrementali kif ġej: Grp. a. Frott u ħaxix frisk Kull frotta sħiħa, ħaxixa jew għanqud ta’ daqs medju naturali (eż. għeneb) għandu jifforma unità, ħlief meta dan il-frott, ħaxix jew għanqud ikun żgħir. L-unitajiet ta’ prodotti żgħar imballati (eż. passolina) jistgħu jiġu identifikati f’konformità mal-punt (e). Jekk il-materjal ma jistax jiġi danneġġat, jista’ jintuża apparat tal-kampjunar u b’hekk ma jiġux affettwati r-residwi. Fil-każ ta’ banana, u frott u ħaxix simili li jkunu disponibbli f’għanqud, il-biċċiet individwali għandhom jitqiesu bħala l-unità. Grp. b. Bajd Kull bajda għandha tifforma unità. Grp. c. Annimali kbar jew partijiet jew organi tagħhom Parti ta’ annimal kbir jew kollu kemm hu jew parti ta’ organu speċifikat jew kollu kemm hu għandhom jifformaw unità. Il-partijiet jew l-organi jistgħu jitqattgħu biex jiffurmaw unitajiet. Grp. d. Annimali żgħar (ħlief insetti) jew partijiet jew organi tagħhom Kull annimal sħiħ jew kull parti sħiħa jew organu sħiħ ta’ annimal preżenti jista’ jifforma unità. Meta jkunu imballati, l-unitajiet jistgħu jiġu identifikati kif stabbilit fil-punt (e). Meta jinħolqu l-unitajiet, jista’ jintuża apparat tal-kampjunar jekk il-materjal ma jkunx jista’ jiġi ddanneġġat u b’hekk ir-residwi ma jkunux jistgħu jiġu affettwati. Grp. e. Materjali imballati L-iżgħar pakketti diskreti għandhom jittieħdu bħala unitajiet mill-istess lott/sublott. Meta l-iżgħar pakketti jkunu kbar ħafna, skont kemm ikun prattiku, għandhom jiġu kkampjunati bħala prodotti sfużi, kif speċifikat fil-punt (f). Meta l-iżgħar pakketti jkunu żgħar ħafna, pakkett ta’ pakketti jista’ jifforma unità u l-pakketti għandhom jitqiesu bħala parti mill-istess lott. (a) għodda bħal sassla, kuċċarun, borer, sikkina jew lanza, użata biex tneħħi unità minn materjal sfuż, minn pakketti (bħal ċilindri, ġobnijiet kbar) jew minn unitajiet ta’ laħam, pollam jew ħut li huma kbar wisq biex jittieħdu bħala kampjuni inkrementali; (b) għodda, bħal għarbiel tal-kampjuni, użata biex tħejji kampjun tal-laboratorju minn kampjun aggregat, jew biex tħejji porzjon analitiku minn kampjun analitiku. Pt_a_. 2. Lott suspettat Pt_b_. 2. Prodotti, imballati jew sfużi, li jistgħu jitqiesu li huma mħallta sew jew omoġenji (c) Prodotti imballati jew sfużi, li jistgħu ma jkunux imħallta sew jew omoġenji (i) in-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu = 40 kampjun inkrementali + √ numru ta’ tunnellati fir-rigward tal-kontroll ta’ sustanzi jew prodotti distribwiti b’mod uniformi fl-ikel kollu (eż. fil-każ ta’ lott ta’ 529 tunnellata, għandhom jittieħdu 40 + 23 = 63 kampjun inkrementali); (ii) jew 100 kampjun inkrementali + √ numru ta’ tunnellati fir-rigward tal-kontroll ta’ kostitwenti jew sustanzi li x’aktarx jiġu distribwiti b’mod mhux uniformi fl-ikel (eż. fil-każ ta’ lott ta’ 529 tunnellata ta’ qamħ, għandhom jittieħdu 100 + 23 = 123 kampjun inkrementali). (d) Supplimenti tal-ikel imballati (e) Prodotti mixxellanji ta’ daqs mhux magħruf tal-lott (applikabbli biss għall-kummerċ elettroniku) (f) Prodotti tas-sajd u tal-baħar inkluż frott tal-baħar bil-qoxra u krustaċji Grp. f. Materjali sfużi u pakketti kbar (eż. ċilindri, ġobnijiet li huma individwalment kbar wisq biex jittieħdu bħala kampjuni inkrementali) L-unitajiet jinħolqu b’apparat tal-kampjunar. In-numru/l-ammont minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandu jittieħed mill-uffiċjal tal-kampjunar minn lott/sublott biex jifforma l-kampjun aggregat għandu jiġi ddeterminat kif stabbilit fit-Tabella 3. Il-kampjuni inkrementali għandhom jiżguraw kwantità suffiċjenti biex il-kampjuni kollha tal-laboratorju, inklużi l-kampjuni replikati, meħuda għal skopijiet analitiċi, ikunu jistgħu jittieħdu mill-kampjun aggregat. Għall-prodotti, fejn jittieħed aktar minn kampjun inkrementali wieħed minn lott/sublott, kull wieħed għandu jikkontribwixxi bi proporzjon simili għall-kampjun aggregat. Meta jittieħdu kampjuni inkrementali f’intervalli matul it-tagħbija jew il-ħatt ta’ lott/sublott, il-pożizzjoni tal-kampjunar hija punt fiż-żmien u n-numru ta’ kampjuni inkrementali jiġi ddeterminat billi jitqies id-daqs tal-porzjon ikkampjunat. In-numru ta’ unitajiet meħtieġa għall-kampjuni inkrementali huwa speċifikat fit-Tabella 3. Id-daqsijiet minimi tal-kampjuni tal-laboratorju huma speċifikati fit-Tabelli 4, 5 u 6. L-unitajiet jistgħu jinġabru bl-użu ta’ apparati ta’ kampjunar, pereżempju: Għal materjali bħal weraq sfużi, l-uffiċjal tal-kampjunar għandu juża l-ingwanti meta jieħu l-kampjuni bl-idejn biex jipprevjeni l-kontaminazzjoni kroċjata. L-apparat tal-kampjunar għandu jitnaddaf bejn l-użi skont il-bżonn, sabiex tiġi evitata kwalunkwe kontaminazzjoni kroċjata. L-unitajiet jistgħu jiġu allokati b’mod aleatorju biex jiġu replikati l-kampjuni tal-laboratorju fil-ħin tal-ġbir tal-kampjun(i) inkrementali, f’każijiet fejn l-unitajiet ikunu ta’ daqs medju jew kbir (kif deskritt fit-Tabella 5) u fejn it-taħlit tal-kampjun aggregat ma jagħmilx il-kampjun(i) tal-laboratorju aktar rappreżentattiv(i), jew fejn l-unitajiet (eż. bajd, frott artab) jistgħu jiġu danneġġati mit-taħlit. Meta l-kampjunar ma jsirx kif stabbilit fil-punt B.2 minħabba konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli (eż. minħabba l-forom tal-imballaġġ, ħsara lil-lott), jew l-uffiċjal tal-kampjunar japplika metodu alternattiv dment li jkun rappreżentattiv biżżejjed għal-lott jew għas-sublott ikkampjunat u jkun iddokumentat bis-sħiħ, l-uffiċjal tal-kampjunar għandu jieħu nota tal-proċedura segwita fir-rapport tal-kampjunar imsemmi fil-punt B.6. L-unitajiet ma għandhomx jitqattgħu jew jitkissru biex jipproduċu l-kampjun(i) inkrementali ħlief f’konformità mas-subdiviżjoni tal-unitajiet speċifikata fit-Tabella 4. Ammont/numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mil-lott/mis-sublott Għandhom jittieħdu żewġ kampjuni oħra flimkien ma’ dawk iddeterminati fil-parti b) jew fil-parti c) ta’ din it-tabella 1 (Lott jista’ jkun imħallat, bħala eżempju, permezz tal-gradazzjoni jew proċessi tal-manifattura); Għal porzjonijiet kbar, ara i) u ii) Għall-ikel jew għall-prodotti primarji li joriġinaw mill-pjanti, għall-prodotti magħmula minn unitajiet ta’ daqs medju, ta’ daqs kbir jew ta’ daqs kbir ħafna, in-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali għandu jikkonforma man-numru minimu ta’ unitajiet meħtieġa għall-kampjun tal-laboratorju (ara t-Tabella 5) Jew: Piż jew volum tal-lott/tas-sublott (f’kilogrammi jew litri) < 50 3 ≥ 50 u ≤ 500 5 ≥ 500 u ≤ 30 tunnellata 10 > 30 tunnellata √ (20 darba n-numru ta’ tunnellati tal-porzjon ikkampjunat) (*), sa 40 kampjun inkrementali Meta n-numru miksub ikun frazzjoni, dan għandu jiġi ttondjat ’il fuq għan-numru sħiħ li jmiss Għal porzjonijiet kbar, ara i) u ii) Fil-każ ta’ porzjonijiet kbar (porzjonijiet ikkampjunati > 500 tunnellata): Jew: Numru ta’ pakketti, laned, kartuniet jew unitajiet oħra fil-lott/fis-sublott ≤ 25 1 26-100 5 %, mill-inqas 2 unitajiet > 100 5 %, f’massimu ta’ 10 unitajiet Numru ta’ pakketti fil-lott/fis-sublott 1-50 1 51-250 2 251-1 000 4 > 1000 4 + 1 pakketti għal kull 1000 pakkett għall-bejgħ bl-imnut b’massimu ta’ 25 pakkett għall-bejgħ bl-imnut 1 Il-kwantitajiet minimi tal-kampjuni għandhom jiġu ddefiniti fil-programm nazzjonali għall-kontroll tar-residwi. Il-kwantitajiet minimi tal-kampjun għandhom ikunu biżżejjed biex jippermettu lil-laboratorji approvati jwettqu l-proċeduri analitiċi neċessarji biex jitlestew l-iskrinjar u l-analiżijiet ta’ konferma. B’mod speċifiku, għall-prodotti tas-sajd u tal-baħar inklużi l-frott tal-baħar bil-qoxra u l-krustaċji, kampjun jikkonsisti minn annimal wieħed jew aktar, skont ir-rekwiżiti tal-metodi analitiċi.
B.2
(a) Frott u ħaxix frisk Kull frotta sħiħa, ħaxixa jew għanqud ta’ daqs medju naturali (eż. għeneb) għandu jifforma unità, ħlief meta dan il-frott, ħaxix jew għanqud ikun żgħir. L-unitajiet ta’ prodotti żgħar imballati (eż. passolina) jistgħu jiġu identifikati f’konformità mal-punt (e). Jekk il-materjal ma jistax jiġi danneġġat, jista’ jintuża apparat tal-kampjunar u b’hekk ma jiġux affettwati r-residwi. Fil-każ ta’ banana, u frott u ħaxix simili li jkunu disponibbli f’għanqud, il-biċċiet individwali għandhom jitqiesu bħala l-unità.
(b) Bajd Kull bajda għandha tifforma unità.
(c) Annimali kbar jew partijiet jew organi tagħhom Parti ta’ annimal kbir jew kollu kemm hu jew parti ta’ organu speċifikat jew kollu kemm hu għandhom jifformaw unità. Il-partijiet jew l-organi jistgħu jitqattgħu biex jiffurmaw unitajiet.
(d) Annimali żgħar (ħlief insetti) jew partijiet jew organi tagħhom Kull annimal sħiħ jew kull parti sħiħa jew organu sħiħ ta’ annimal preżenti jista’ jifforma unità. Meta jkunu imballati, l-unitajiet jistgħu jiġu identifikati kif stabbilit fil-punt (e). Meta jinħolqu l-unitajiet, jista’ jintuża apparat tal-kampjunar jekk il-materjal ma jkunx jista’ jiġi ddanneġġat u b’hekk ir-residwi ma jkunux jistgħu jiġu affettwati.
(e) Materjali imballati L-iżgħar pakketti diskreti għandhom jittieħdu bħala unitajiet mill-istess lott/sublott. Meta l-iżgħar pakketti jkunu kbar ħafna, skont kemm ikun prattiku, għandhom jiġu kkampjunati bħala prodotti sfużi, kif speċifikat fil-punt (f). Meta l-iżgħar pakketti jkunu żgħar ħafna, pakkett ta’ pakketti jista’ jifforma unità u l-pakketti għandhom jitqiesu bħala parti mill-istess lott.
(f) Tabella 3 (*) Ammont/numru minimu ta’ kampjuni (primarji) inkrementali li għandhom jittieħdu minn lott/sublott biex jiffurmaw il-kampjun aggregat
Materjali sfużi u pakketti kbar (eż. ċilindri, ġobnijiet li huma individwalment kbar wisq biex jittieħdu bħala kampjuni inkrementali) L-unitajiet jinħolqu b’apparat tal-kampjunar. In-numru/l-ammont minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandu jittieħed mill-uffiċjal tal-kampjunar minn lott/sublott biex jifforma l-kampjun aggregat għandu jiġi ddeterminat kif stabbilit fit-Tabella 3. Il-kampjuni inkrementali għandhom jiżguraw kwantità suffiċjenti biex il-kampjuni kollha tal-laboratorju, inklużi l-kampjuni replikati, meħuda għal skopijiet analitiċi, ikunu jistgħu jittieħdu mill-kampjun aggregat. Għall-prodotti, fejn jittieħed aktar minn kampjun inkrementali wieħed minn lott/sublott, kull wieħed għandu jikkontribwixxi bi proporzjon simili għall-kampjun aggregat. Meta jittieħdu kampjuni inkrementali f’intervalli matul it-tagħbija jew il-ħatt ta’ lott/sublott, il-pożizzjoni tal-kampjunar hija punt fiż-żmien u n-numru ta’ kampjuni inkrementali jiġi ddeterminat billi jitqies id-daqs tal-porzjon ikkampjunat. In-numru ta’ unitajiet meħtieġa għall-kampjuni inkrementali huwa speċifikat fit-Tabella 3. Id-daqsijiet minimi tal-kampjuni tal-laboratorju huma speċifikati fit-Tabelli 4, 5 u 6. L-unitajiet jistgħu jinġabru bl-użu ta’ apparati ta’ kampjunar, pereżempju: Għal materjali bħal weraq sfużi, l-uffiċjal tal-kampjunar għandu juża l-ingwanti meta jieħu l-kampjuni bl-idejn biex jipprevjeni l-kontaminazzjoni kroċjata. L-apparat tal-kampjunar għandu jitnaddaf bejn l-użi skont il-bżonn, sabiex tiġi evitata kwalunkwe kontaminazzjoni kroċjata. L-unitajiet jistgħu jiġu allokati b’mod aleatorju biex jiġu replikati l-kampjuni tal-laboratorju fil-ħin tal-ġbir tal-kampjun(i) inkrementali, f’każijiet fejn l-unitajiet ikunu ta’ daqs medju jew kbir (kif deskritt fit-Tabella 5) u fejn it-taħlit tal-kampjun aggregat ma jagħmilx il-kampjun(i) tal-laboratorju aktar rappreżentattiv(i), jew fejn l-unitajiet (eż. bajd, frott artab) jistgħu jiġu danneġġati mit-taħlit. Meta l-kampjunar ma jsirx kif stabbilit fil-punt B.2 minħabba konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli (eż. minħabba l-forom tal-imballaġġ, ħsara lil-lott), jew l-uffiċjal tal-kampjunar japplika metodu alternattiv dment li jkun rappreżentattiv biżżejjed għal-lott jew għas-sublott ikkampjunat u jkun iddokumentat bis-sħiħ, l-uffiċjal tal-kampjunar għandu jieħu nota tal-proċedura segwita fir-rapport tal-kampjunar imsemmi fil-punt B.6. L-unitajiet ma għandhomx jitqattgħu jew jitkissru biex jipproduċu l-kampjun(i) inkrementali ħlief f’konformità mas-subdiviżjoni tal-unitajiet speċifikata fit-Tabella 4. Ammont/numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mil-lott/mis-sublott Għandhom jittieħdu żewġ kampjuni oħra flimkien ma’ dawk iddeterminati fil-parti b) jew fil-parti c) ta’ din it-tabella 1 (Lott jista’ jkun imħallat, bħala eżempju, permezz tal-gradazzjoni jew proċessi tal-manifattura); Għal porzjonijiet kbar, ara i) u ii) Għall-ikel jew għall-prodotti primarji li joriġinaw mill-pjanti, għall-prodotti magħmula minn unitajiet ta’ daqs medju, ta’ daqs kbir jew ta’ daqs kbir ħafna, in-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali għandu jikkonforma man-numru minimu ta’ unitajiet meħtieġa għall-kampjun tal-laboratorju (ara t-Tabella 5) Jew: Piż jew volum tal-lott/tas-sublott (f’kilogrammi jew litri) < 50 3 ≥ 50 u ≤ 500 5 ≥ 500 u ≤ 30 tunnellata 10 > 30 tunnellata √ (20 darba n-numru ta’ tunnellati tal-porzjon ikkampjunat) (*), sa 40 kampjun inkrementali Meta n-numru miksub ikun frazzjoni, dan għandu jiġi ttondjat ’il fuq għan-numru sħiħ li jmiss Għal porzjonijiet kbar, ara i) u ii) Fil-każ ta’ porzjonijiet kbar (porzjonijiet ikkampjunati > 500 tunnellata): Jew: Numru ta’ pakketti, laned, kartuniet jew unitajiet oħra fil-lott/fis-sublott ≤ 25 1 26-100 5 %, mill-inqas 2 unitajiet > 100 5 %, f’massimu ta’ 10 unitajiet Numru ta’ pakketti fil-lott/fis-sublott 1-50 1 51-250 2 251-1 000 4 > 1000 4 + 1 pakketti għal kull 1000 pakkett għall-bejgħ bl-imnut b’massimu ta’ 25 pakkett għall-bejgħ bl-imnut 1 Il-kwantitajiet minimi tal-kampjuni għandhom jiġu ddefiniti fil-programm nazzjonali għall-kontroll tar-residwi. Il-kwantitajiet minimi tal-kampjun għandhom ikunu biżżejjed biex jippermettu lil-laboratorji approvati jwettqu l-proċeduri analitiċi neċessarji biex jitlestew l-iskrinjar u l-analiżijiet ta’ konferma. B’mod speċifiku, għall-prodotti tas-sajd u tal-baħar inklużi l-frott tal-baħar bil-qoxra u l-krustaċji, kampjun jikkonsisti minn annimal wieħed jew aktar, skont ir-rekwiżiti tal-metodi analitiċi. (a) għodda bħal sassla, kuċċarun, borer, sikkina jew lanza, użata biex tneħħi unità minn materjal sfuż, minn pakketti (bħal ċilindri, ġobnijiet kbar) jew minn unitajiet ta’ laħam, pollam jew ħut li huma kbar wisq biex jittieħdu bħala kampjuni inkrementali; (b) għodda, bħal għarbiel tal-kampjuni, użata biex tħejji kampjun tal-laboratorju minn kampjun aggregat, jew biex tħejji porzjon analitiku minn kampjun analitiku. Pt_a_. 2. Lott suspettat Pt_b_. 2. Prodotti, imballati jew sfużi, li jistgħu jitqiesu li huma mħallta sew jew omoġenji (c) Prodotti imballati jew sfużi, li jistgħu ma jkunux imħallta sew jew omoġenji (i) in-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu = 40 kampjun inkrementali + √ numru ta’ tunnellati fir-rigward tal-kontroll ta’ sustanzi jew prodotti distribwiti b’mod uniformi fl-ikel kollu (eż. fil-każ ta’ lott ta’ 529 tunnellata, għandhom jittieħdu 40 + 23 = 63 kampjun inkrementali); (ii) jew 100 kampjun inkrementali + √ numru ta’ tunnellati fir-rigward tal-kontroll ta’ kostitwenti jew sustanzi li x’aktarx jiġu distribwiti b’mod mhux uniformi fl-ikel (eż. fil-każ ta’ lott ta’ 529 tunnellata ta’ qamħ, għandhom jittieħdu 100 + 23 = 123 kampjun inkrementali). (d) Supplimenti tal-ikel imballati (e) Prodotti mixxellanji ta’ daqs mhux magħruf tal-lott (applikabbli biss għall-kummerċ elettroniku) (f) Prodotti tas-sajd u tal-baħar inkluż frott tal-baħar bil-qoxra u krustaċji
(f)
(a) għodda bħal sassla, kuċċarun, borer, sikkina jew lanza, użata biex tneħħi unità minn materjal sfuż, minn pakketti (bħal ċilindri, ġobnijiet kbar) jew minn unitajiet ta’ laħam, pollam jew ħut li huma kbar wisq biex jittieħdu bħala kampjuni inkrementali;
(b) għodda, bħal għarbiel tal-kampjuni, użata biex tħejji kampjun tal-laboratorju minn kampjun aggregat, jew biex tħejji porzjon analitiku minn kampjun analitiku.
(f) Tabella 3 Ammont/numru minimu ta’ kampjuni (primarji) inkrementali li għandhom jittieħdu minn lott/sublott biex jiffurmaw il-kampjun aggregat
a)
Lott suspettat
b)
Prodotti, imballati jew sfużi, li jistgħu jitqiesu li huma mħallta sew jew omoġenji
c)
Prodotti imballati jew sfużi, li jistgħu ma jkunux imħallta sew jew omoġenji
(f) Tabella 3 (*) Ammont/numru minimu ta’ kampjuni (primarji) inkrementali li għandhom jittieħdu minn lott/sublott biex jiffurmaw il-kampjun aggregat
i)
in-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu = 40 kampjun inkrementali + √ numru ta’ tunnellati fir-rigward tal-kontroll ta’ sustanzi jew prodotti distribwiti b’mod uniformi fl-ikel kollu (eż. fil-każ ta’ lott ta’ 529 tunnellata, għandhom jittieħdu 40 + 23 = 63 kampjun inkrementali);
ii)
jew 100 kampjun inkrementali + √ numru ta’ tunnellati fir-rigward tal-kontroll ta’ kostitwenti jew sustanzi li x’aktarx jiġu distribwiti b’mod mhux uniformi fl-ikel (eż. fil-każ ta’ lott ta’ 529 tunnellata ta’ qamħ, għandhom jittieħdu 100 + 23 = 123 kampjun inkrementali).
d)
Supplimenti tal-ikel imballati
e)
Prodotti mixxellanji ta’ daqs mhux magħruf tal-lott (applikabbli biss għall-kummerċ elettroniku)
f)
Prodotti tas-sajd u tal-baħar inkluż frott tal-baħar bil-qoxra u krustaċji
B.3 Preparazzjoni tal-kampjun aggregat/imnaqqas mill-uffiċjal tal-kampjunar Il-kampjun aggregat għandu jkun magħmul billi jiġu kkombinati l-kampjuni inkrementali. Ir-rekwiżiti applikabbli għal-laħam u għal-pollam huma deskritti fit-Tabella 4. Kull kampjun inkrementali għandu jitqies bħala kampjun aggregat separat. Ir-rekwiżiti applikabbli għall-prodotti tal-pjanti, il-bajd jew il-prodotti tal-ħalib huma deskritti fit-Tabelli 5 u 6, rispettivament. Il-kampjuni inkrementali għandhom jiġu kkombinati u mħallta sew, jekk ikun prattikabbli, biex jifformaw il-kampjun aggregat. Meta jitħejjew kampjuni tal-laboratorju separati matul il-ġbir tal-kampjun(i) inkrementali mil-lott/mis-sublott, il-kampjun aggregat għandu jitqies bħala s-somma kkombinata tal-kampjuni tal-laboratorju. Jekk ikun meħtieġ, il-kampjun aggregat jista’ jitnaqqas b’mod rappreżentattiv bl-użu ta’ metodu ta’ tnaqqis tal-kampjun. Meta t-taħlit biex jifforma l-kampjun aggregat ma jkunx xieraq jew ma jkunx prattiku, tista’ tiġi segwita l-proċedura alternattiva li ġejja. Meta l-unitajiet jistgħu jiġu danneġġati (u għalhekk ir-residwi jistgħu jiġu affettwati) mill-proċessi tat-taħlit jew tas-subdiviżjoni tal-kampjun aggregat, jew meta unitajiet kbar ma jkunux jistgħu jitħalltu biex jipproduċu distribuzzjoni aktar uniformi tar-residwi, l-unitajiet jistgħu jiġu allokati b’mod aleatorju biex jiġu replikati l-kampjuni tal-laboratorju fil-waqt tat-teħid tal-kampjuni inkrementali. F’dan il-każ, ir-riżultat li għandu jintuża għandu jkun il-mezz matematiku biex jinkisbu riżultati analitiċi validi mill-porzjonijiet analitiċi analizzati u ffurmati mill-kampjuni tal-laboratorju replikati.
B.4 Tabella 4 Tabella 5 Tabella 6 Nota: Ikel li joriġina mill-annimali: deskrizzjoni tal-kampjuni (primarji) inkrementali u daqs minimu tal-kampjuni tal-laboratorju Prodotti mill-pjanti: deskrizzjoni tal-kampjuni (primarji) inkrementali u daqs minimu tal-kampjuni tal-laboratorju Bajd u prodotti tal-ħalib: deskrizzjoni tal-kampjuni (primarji) inkrementali u daqs minimu tal-kampjuni tal-laboratorju
Preparazzjoni, imballaġġ, issiġillar u trasport tal-kampjun tal-laboratorju mill-uffiċjal tal-kampjunar Il-kampjun tal-laboratorju huwa magħmul mill-kampjun aggregat u jista’ jkun il-kampjun aggregat kollu jew parti minnu. L-uffiċjal tal-kampjunar għandu mbagħad iħejji l-kampjun tal-laboratorju u l-kampjun replikat mill-kampjun imnaqqas ta’ bejn wieħed u ieħor l-istess ammont u li jikkonforma mar-rekwiżiti kwantitattivi tal-Parti B. Il-kampjun replikat jista’ jitħejja wkoll fil-laboratorju mill-persunal tal-laboratorju. L-unitajiet ma għandhomx jitqattgħu jew jitkissru biex jipproduċu l-kampjun(i) tal-laboratorju, ħlief fejn is-subdiviżjoni tal-unitajiet hija speċifikata fit-Tabelli 4 u 5. Meta l-kampjun aggregat ikun akbar mill-kampjun tal-laboratorju meħtieġ, dan jista’ jitnaqqas biex jipprovdi porzjon rappreżentattiv. Jista’ jintuża apparat għall-kampjunar, qsim f’erba’ partijiet, jew proċess xieraq ieħor għat-tnaqqis tad-daqs iżda l-unitajiet ta’ prodotti friski mill-pjanti jew bajd sħiħ ma għandhomx jitqattgħu jew jitkissru. Id-daqsijiet minimi meħtieġa għall-kampjuni tal-laboratorju huma speċifikati fit-Tabelli 4, 5 u 6. F’każijiet debitament ġustifikati (bħall-valur għoli tal-prodott) u dment li l-kampjun iżgħar ma jirriżultax f’materjal tal-kampjun insuffiċjenti biex titwettaq analiżi xierqa, jista’ jittieħed daqs iżgħar tal-kampjun minn prodott mid-daqsijiet speċifikati fit-Tabelli 4 u 5. Għandha tittieħed nota tar-raġuni għal dan fir-rapport tal-kampjunar. Il-kampjun tal-laboratorju għandu jitqiegħed f’kontenitur nadif, inerti kimikament u li mhux reattiv mal-ilma, biex tiġi żgurata l-protezzjoni sikura minn fatturi ambjentali u atmosferiċi u tiġi ppreservata l-omoġeneità tal-kampjun. Il-kontenitur għandu jiġi ssiġillat fil-post tal-kampjunar, ittikkettat b’mod sikur u akkurat, u għandu jkun akkumpanjat mir-rapport tal-kampjunar, jekk ikun rapport fuq karta. Fil-każ ta’ proċeduri mingħajr karti (diġitali), il-kampjun għandu jkun marbut b’mod identifikabbli mal-entrata tar-rekord diġitali rilevanti. Meta jintuża barcode, huwa rrakkomandat li tiġi pprovduta wkoll l-informazzjoni alfanumerika. L-uffiċjal tal-kampjunar għandu jwassal il-kampjun tal-laboratorju lil-laboratorju malajr kemm jista’ jkun. It-taħsir waqt it-tranżitu għandu jiġi evitat, eż. il-kampjuni friski għandhom jinżammu friski u l-kampjuni ffriżati għandhom jibqgħu ffriżati. Il-kampjuni tal-prodotti tal-ikel primarji li joriġinaw mill-annimali għandhom jiġu ffriżati qabel ma jintbagħtu, sakemm ma jiġux ittrasportati lejn il-laboratorju qabel ma jkun jista’ jseħħ it-taħsir. F’każijiet fejn il-kampjuni tal-prodotti tal-ikel primarji li joriġinaw mill-annimali jiġu ttrasportati mhux iffriżati, għandu jiġi evitat id-deterjorament jew it-taħsir matul it-trasport. Meta kampjun replikat jitħalla mal-operatur tan-negozju tal-ikel, l-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jingħata struzzjonijiet (eż. permezz ta’ fuljett) dwar kif għandu jaħżen u jittrasferixxi l-kampjun lejn il-laboratorju, biex tiġi mminimizzata d-degradazzjoni tar-residwi. Jekk l-operatur tan-negozju tal-ikel ma jkunx jista’ jissodisfa r-rekwiżiti tal-ħżin, il-kampjun għandu jitwassal lil-laboratorju malajr kemm jista’ jkun għal aktar ipproċessar (eż. omoġenizzazzjoni) kif meħtieġ mill-proċeduri tal-Istat Membru u biex jinħażen f’temperatura baxxa sakemm tittieħed id-deċiżjoni għall-analiżi. # Klassifikazzjoni tal-prodott Eżempji Parti ta’ kampjun inkrementali li għandu jittieħed Daqs minimu ta’ kull kampjun tal-laboratorju Prodotti tal-ikel primarji li joriġinaw mill-annimali 1 Muskolu tal-mammiferi – Kategoriji: 1011010, 1012010, 1013010, 1014010, 1015010, 1017010 1.1 Mammiferi kbar, karkassa sħiħa jew nofsha, normalment ≤10 kg Frat, nagħaġ, ħnieżer Id-dijaframma kollha jew parti minnha, issupplimentata bil-muskolu ċervikali, jekk ikun neċessarju 0,5 kg 1.2 Mammiferi żgħar, karkassa sħiħa Fniek Karkassa sħiħa jew robbu ta’ wara 0,5 kg wara t-tneħħija tal-ġilda u tal-għadam 1.3 Partijiet tal-mammiferi, friski/iffriżati, sfużi, imballati jew le Robbijiet, kustilji, steaks, spalel Unità(jiet) sħiħa/sħaħ, jew porzjon ta’ unità kbira 0,5 kg wara t-tneħħija tal-għadam 1.4 Partijiet tal-mammiferi, iffriżati sfużi Robbijiet, kustilji Jew sezzjoni trażversali ffriżata ta’ kontenitur jew il-parti sħiħa (jew porzjonijiet) tal-partijiet tal-muskoli individwali 0,5 kg wara t-tneħħija tal-għadam 2 Xaħmijiet tal-mammiferi, inkluż ix-xaħam tal-karkassi – Kategoriji: 1011020, 1012020, 1013020, 1014020, 1015020, 1017020 2.1 Mammiferi kbar, fil-qatla, karkassa sħiħa jew nofsha, normalment ≥ 10 kg Frat, nagħaġ, ħnieżer Xaħam tal-kliewi, addominali jew ta’ taħt il-ġilda maqtugħ minn annimal wieħed 0,5 kg 2.2 Mammiferi żgħar, fil-qatla, karkassa sħiħa jew nofsha < 10 kg Xaħam addominali jew ta’ taħt il-ġilda minn annimal wieħed jew aktar 0,5 kg 2.3 Partijiet tal-mammiferi Saqajn, kustilji, steaks Jew xaħam viżibbli, imneħħi mill-unità(jiet) jew Unità(jiet) sħiħa/sħaħ jew porzjonijiet ta’ unità(jiet) sħiħa/sħaħ, fejn ix-xaħam ma jkunx jista’ jiġi maqtugħ 0,5 kg 2 kg 2.4 Tessuti ta’ xaħam tal-mammiferi sfużi Unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar minn mill-inqas tliet pożizzjonijiet, meta fattibbli fil-prattika 0,5 kg 3 Ġewwieni tal-mammiferi – Kategoriji: 1011030, 1012030, 1013030, 1014030, 1015030, 1017030 1011040, 1012040, 1013040, 1014040, 1015040, 1017040 1011050, 1012050, 1013050, 1014050, 1015050, 1017050 3.1 Fwied tal-mammiferi frisk, imkessaħ, iffriżat Fwied sħiħ, jew parti mill-fwied 0,4 kg 3.2 Kliewi tal-mammiferi friski, imkessħa, iffriżati Kilwa waħda jew it-tnejn li huma, minn annimal wieħed jew tnejn 0,2 kg 3.3 Qalb tal-mammiferi friska, imkessħa, iffriżata Qalb/qlub sħiħa/sħaħ, jew porzjon tal-ventrikolu biss, jekk ikunu kbar 0,4 kg 3.4 Ġewwieni ieħor ta’ mammiferi frisk, imkessaħ, iffriżat Unità sħiħa jew parti minnha minn annimal wieħed jew aktar, jew sezzjoni trażversali meħuda minn prodott iffriżat sfuż 0,5 kg 4 Muskolu tal-pollam – Kategorija: 1016010 4.1 Għasfur, karkassa ta’ daqs kbir > 2kg Dundjan, wiżża, serduq, ħasi u papra Koxox, saqajn u muskoli oħrajn bil-laħam aħmar 0,5 kg wara t-tneħħija tal-ġilda u tal-għadam 4.2 Għasfur, karkassa ta’ daqs medju 500 g-2 kg Tiġieġ, farawna, tiġieġ ta’ età żgħira Koxxa, saqajn jew muskoli oħrajn bil-laħam aħmar minn tal-anqas tliet għasafar 0,5 kg wara t-tneħħija tal-ġilda u tal-għadam 4.3 Għasafar, karkassa ta’ daqs żgħir < 500g Summiena, ħamiema Karkassi minn mill-inqas sitt għasafar 0,2 kg tat-tessuti tal-muskoli 4.4 Partijiet ta’ għasafar friski, imkessħa, iffriżati imballati għall-bejgħ bl-imnut jew bl-ingrossa Saqajn, robbijiet, sider u ġwienaħ Unitajiet imballati, jew unitajiet individwali 0,5 kg wara t-tneħħija tal-ġilda u tal-għadam 5 Xaħmijiet tal-pollam, inkluż xaħam tal-karkassa – Kategorija: 1016020. 5.1 Għasafar fil-qatla, karkassa sħiħa jew parti minnha Tiġieġ, dundjani Unitajiet ta’ xaħam addominali minn mill-inqas 3 għasafar, meta fattibbli fil-prattika 0,5 kg 5.2 Partijiet tal-għasafar Saqajn, sider, muskoli Jew xaħam viżibbli, imneħħi mill-unità(jiet) jew Unità(jiet) sħiħa/sħaħ jew porzjonijiet ta’ unità(jiet) sħiħa/sħaħ, fejn ix-xaħam ma jkunx jista’ jitneħħa 0,5 kg 0,5 kg jew 2 kg jekk il-kontenut tax-xaħam < 5 % 5.3 Tessut tax-xaħam tal-għasafar sfuż Unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar minn mill-inqas tliet pożizzjonijiet 0,5 kg 6 Ġewwieni tal-Pollam – Kategoriji: 1016030, 1016040, 1016050 6.1 Ġewwieni tal-għasafar kommestibbli, ħlief il-fwied xaħmi tal-wiżża u tal-papra u prodotti simili ta’ valur għoli Unitajiet minn mill-inqas sitt għasafar, jew sezzjoni trażversali minn kontenitur, meta jkun fattibbli fil-prattika 0,2 kg 6.2 Fwied xaħmi tal-wiżża u tal-papra u prodotti simili ta’ valur għoli Unità minn għasfur jew kontenitur wieħed 0,1 kg 7 Għasel – Kategorija: 1040000 7.1 Għasel Unitajiet imballati 0,5 kg 8 Amfibji u Rettili – Kategorija: 1050000 8.1 Muskoli Kukkudrill, gremxula Unitajiet mid-denb, mill-ġisem, mis-saqajn 0,5 kg 8.2 Żrinġijiet Saqajn 0,5 kg 8.2 Serp Unitajiet mill-ġisem 0,5 kg 9 Annimali invertebrati terrestri – Kategorija: 1060000 9.1 Bebbux Helix pomatia (Bebbuxu Ruman) Bebbux sħiħ 12-il bebbuxu 9.2 Insetti Grilli Insetti sħaħ 10 insetti sħaħ jew 0,2 kg Larvi tal-ġradijiet, tad-dud tad-dqiq Larvi 0,5 kg 10 Annimali vertebrati selvaġġi terrestri – Kategorija: 1070000 10.1 Ir-regoli stabbiliti għall-annimali domestikati taħt il-kategoriji 1-3 ta’ din it-tabella għandhom japplikaw għat-tessut korrispondenti. Ikel ipproċessat li joriġina mill-annimali 11 Prodotti tal-ikel sekondarji li joriġinaw mill-annimali, laħam imnixxef. Prodotti derivati kommestibbli li joriġinaw mill-annimali, xaħmijiet ipproċessati tal-annimali, inklużi xaħmijiet mdewba jew estratti, supplimenti tal-ikel. Ikel manifatturat (ingredjent wieħed) li joriġina mill-annimali, b’mezz ta’ ppakkjar jew mingħajru jew b’ingredjenti minuri bħal aġenti aromatizzanti, koloranti (eż. karmin), ħwawar u kondimenti, trab tal-insetti u li normalment ikun imballat minn qabel u lest għall-konsum, bit-tisjir jew le. Ikel manifatturat (b’aktar minn ingredjent wieħed) li joriġina mill-annimali, ikel b’aktar minn ingredjent wieħed li jikkonsisti f’ingredjenti li joriġinaw kemm mill-annimali kif ukoll mill-pjanti se jiġi inkluż hawnhekk jekk l-ingredjent(i) li joriġina(w) mill-annimali jkun(u) predominanti, inkluż l-ikel tat-trabi. 11.1 Mammiferi jew għasafar, prodotti mitħunin, imsajrin, fil-laned, imnixxfin, imdewbin, jew ipproċessati b’mod ieħor, inklużi prodotti b’aktar minn ingredjent wieħed Perżut, zalzett, kapuljat taċ-ċanga, paste tat-tiġieġ Unitajiet imballati, jew sezzjoni trażversali rappreżentattiva minn kontenitur jew unitajiet (inkluż meraq, jekk ikun hemm) meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,5 kg 11.2 Supplimenti tal-ikel Kollaġen Unitajiet imballati 0,1 l jew 0,1 kg Klassifikazzjoni tal-prodott Eżempji Parti ta’ kampjun inkrementali li għandu jittieħed Daqs minimu ta’ kull kampjun tal-laboratorju Prodotti tal-ikel primarji li joriġinaw mill-pjanti 1 Frott, frisk jew iffriżat – Kategorija: 0100000 Ħxejjex, friski jew iffriżati – Kategorija: 0200000, inkluż faqqiegħ (0280000) 1.1 Unitajiet ta’ prodotti ta’ daqs żgħir < 25 g Bakek, piżelli, żebbuġ Unitajiet sħaħ, jew pakketti, jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 1 kg 1.2 Prodotti ta’ daqs medju, unitajiet 25-250 g Tuffieħ, larinġ Unitajiet sħaħ 1 kg iżda mill-inqas 10 unitajiet 1.3 Prodotti friski ta’ daqs kbir, unitajiet 250-1000 g Ħjar, għeneb (qatet, għenieqed) Unità(jiet) sħaħ 2 kg iżda mill-inqas 5 unitajiet 1.4 Prodotti friski ta’ daqs kbir ħafna, unitajiet > 1000 g Qara’ aħmar, bettieħ Unità(jiet) sħaħ 2 kg iżda mill-inqas 3 unitajiet 1.5 Ġewż tas-siġar (0120000) Ħlief ġewż tal-Indi Pakketti, jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 1 kg Ġewż tal-Indi Unitajiet sħaħ 5 unitajiet 1.6 Ħxejjex aromatiċi (0256000) Tursin, salvja Unitajiet sħaħ 0,2 kg 2 Bus u ħemes (0300000) Fażola, Piżelli Pakketti, jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 1 kg 3 Żrieragħ żejtnin (0401000) Żerriegħa tal-kittien Pakketti, jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,5 kg 4 Ħbub taċ-ċereali (0500000) Ross, qamħ Pakketti, jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 1 kg 5 Żerriegħa għax-xorb u għall-ħelu Kafeni (ħodor) Pakketti, jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,5 kg 6 Pjanti taz-Zokkor (0900000) Pitravi ħelu Unitajiet sħaħ 2 kg mill-inqas 2 unitajiet Ikel ipproċessat li joriġina mill-pjanti 7 Prodotti tal-ikel sekondarji li joriġinaw mill-pjanti, frott imnixxef, ħxejjex imnixxfa, ħxejjex aromatiċi mnixxfa, infuzjonijiet erbali (0630000), ħops (0700000), ħwawar (0800000), prodotti taċ-ċereali mitħunin, estratti. Prodotti derivati li joriġinaw mill-pjanti, tejiet, tejiet tal-ħxejjex, żjut u xorb veġetali, meraq, supplimenti tal-ikel u prodotti mixxellanji eż. żebbuġ ipproċessat u melassa taċ-ċitru. Ikel manifatturat (ingredjent wieħed) li joriġina mill-pjanti, b’mezz ta’ ppakkjar jew b’ingredjenti minuri jew mingħajrhom, bħal aġenti aromatizzanti, koloranti, ħwawar u kondimenti, u li normalment ikun imballat minn qabel u lest għall-konsum msajjar jew le. Ikel manifatturat (b’diversi ingredjenti) li joriġina mill-pjanti, inklużi prodotti b’ingredjenti li joriġinaw mill-annimali fejn l-ingredjent(i) li joriġina(w) mill-pjanti jippredomina(w), ħobż u prodotti oħra taċ-ċereali msajra, inkluż ikel tat-trabi bbażat fuq iċ-ċereali. 7.1 Ħwawar (0800000) Noċemuskata Pakketti ta’ unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,1 kg 7.2 Prodotti ta’ valur ta’ unità għoli Petali tal-ward, żagħfran Pakketti ta’ unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,1 kg 7.3 Prodotti solidi sfużi ta’ dimensjonijiet żgħar Ħops, te, te erbali Unitajiet imballati jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,1kg 7.4 Prodotti solidi oħrajn Ħobż, dqiq, frott imnixxef Pakketti jew unitajiet sħaħ oħra, jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,5 kg 7.5 Prodotti likwidi Żjut veġetali, meraq Unitajiet imballati jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,5 l jew 0,5 kg 7.6 Supplimenti tal-ikel Ashwagandha, acai, spirulina Unitajiet imballati 0,1 l jew 0,1 kg 7.7 Ikel tat-trabi Lest biex jittiekel, ibbażat fuq frott/ħxejjex Unitajiet imballati jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,5 l jew 0,5 kg Klassifikazzjoni tal-prodott Eżempji Parti ta’ kampjun inkrementali li għandu jittieħed Daqs minimu ta’ kull kampjun tal-laboratorju Prodotti tal-ikel primarji li joriġinaw mill-annimali 1 Bajd tal-pollam – Kategorija: 1030000 1.1 Bajd, kbir Wiżża, papra jew simili Bajd sħiħ 6 bajdiet sħaħ 1.2 Bajd, medju Tiġieġa u simili Bajd sħiħ 10 bajdiet sħaħ 1.3 Bajd, żgħir summiena u simili Bajd sħiħ 24 bajda sħiħa 2 Ħalib – Kategorija: 1020000 2.1 Ħalib Unitajiet sħaħ, jew unitajiet meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,5 l Ikel ipproċessat li joriġina mill-annimali 3 Prodotti tal-ikel sekondarji li joriġinaw mill-annimali, prodotti tal-ħalib sekondarji bħall-ħalib xkumat, ħalib evaporat, trab tal-ħalib, inklużi formuli tat-trabi, u trab tal-bajd. Prodotti derivati kommostibbli li joriġinaw mill-annimali, xaħmijiet tal-ħalib, prodotti derivati mill-ħalib bħal butir, żjut tal-butir, kremi, trab tal-krema, kaseini, eċċ. Ikel manifatturat (ingredjent wieħed) li joriġina mill-annimali, prodotti manifatturati tal-ħalib bħal jogurt, ġobnijiet. Ikel manifatturat (b’aktar minn ingredjent wieħed) li joriġina mill-annimali, prodotti manifatturati tal-ħalib (inklużi prodotti b’ingredjenti li joriġinaw mill-pjanti fejn l-ingredjent(i) li joriġina(w) mill-annimali jippredomina(w)) bħal prodotti tal-ġobon ipproċessat, preparazzjonijiet tal-ġobon, jogurt bit-togħma, ħalib ikkondensat biz-zokkor miżjud. 3.1 Ħalib likwidu, trabijiet tal-ħalib, ħalib u kremi evaporati, ġelati magħmulin minn prodotti tal-ħalib, kremi, jogurts Unità(jiet) imballati jew unità(jiet) meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,5 l (likwidu) jew 0,5 kg (solidu) 3.2 Butir u żjut tal-butir Butir, butir tax-xorrox, spreads b’kontenut ta’ xaħam baxx li fihom ix-xaħam tal-butir, xaħam tal-ħalib anidru, xaħam anidru Unità(jiet) imballati kollha jew partijiet minnhom jew unità(jiet) meħuda b’apparat tal-kampjunar 0,2 kg jew 0,2 l 3.3 Ġobnijiet, inkluż ġobnijiet ipproċessati Unitajiet 0,3 kg jew akbar Unità(jiet) kollha jew unità(jiet) maqtugħa b’apparat tal-kampjunar 0,5 kg Unitajiet < 0,3 kg 0,3 kg Il-ġobnijiet b’bażi ċirkolari għandhom jiġu kkampjunati billi jsiru żewġ qatgħat min-nofs għall-barra. Il-ġobnijiet b’bażi rettangolari għandhom jiġu kkampjunati billi jsiru żewġ qatgħat paralleli mal-ġnub. 3.4 Prodotti tal-bajd likwidi, iffriżati jew imnixxfa Unità(jiet) meħuda b’mod asettiku b’apparat tal-kampjunar 0,5 kg (i) Il-ħalib evaporat u l-kremi evaporati sfużi għandhom jitħalltu sew qabel ma jsir il-kampjunar billi jinqala’ l-materjal li jkun weħel mal-ġnub u mal-qiegħ tal-kontenituri u jitħawwad sew. Madwar 2 sa 3 l għandhom jitneħħew u jerġgħu jiġu mħawda sew qabel ma jitneħħa l-kampjun tal-laboratorju (ii) It-trab tal-ħalib sfuż għandu jiġi kkampjunat b’mod asettiku, billi jingħadda tubu tal-borer niexef fit-trab b’rata uniformi. (iii) Il-kremi sfużi għandhom jitħalltu sew b’pistun qabel ma jsir il-kampjunar iżda l-formazzjoni tar-ragħwa, it-tħabbit u t-tħawwid għandhom jiġu evitati.
B.4 Tabella 4 Tabella 5 Tabella 6 Ikel li joriġina mill-annimali: deskrizzjoni tal-kampjuni (primarji) inkrementali u daqs minimu tal-kampjuni tal-laboratorju Prodotti mill-pjanti: deskrizzjoni tal-kampjuni (primarji) inkrementali u daqs minimu tal-kampjuni tal-laboratorju Bajd u prodotti tal-ħalib: deskrizzjoni tal-kampjuni (primarji) inkrementali u daqs minimu tal-kampjuni tal-laboratorju
(i) Il-ħalib evaporat u l-kremi evaporati sfużi għandhom jitħalltu sew qabel ma jsir il-kampjunar billi jinqala’ l-materjal li jkun weħel mal-ġnub u mal-qiegħ tal-kontenituri u jitħawwad sew. Madwar 2 sa 3 l għandhom jitneħħew u jerġgħu jiġu mħawda sew qabel ma jitneħħa l-kampjun tal-laboratorju
(ii) It-trab tal-ħalib sfuż għandu jiġi kkampjunat b’mod asettiku, billi jingħadda tubu tal-borer niexef fit-trab b’rata uniformi.
(iii) Il-kremi sfużi għandhom jitħalltu sew b’pistun qabel ma jsir il-kampjunar iżda l-formazzjoni tar-ragħwa, it-tħabbit u t-tħawwid għandhom jiġu evitati.
B.5 Kampjun replikat Il-kampjun replikat għandu jittieħed mill-kampjun aggregat imħallat sew jew mill-kampjun tal-laboratorju jew analitiku mill-persunal tal-laboratorju jew mill-uffiċjal tal-kampjunar. Il-kampjuni replikati jitħejjew bl-istess mod bħall-kampjuni tal-laboratorju.
B.6 Rapport tal-kampjunar Għandu jiġi prodott rapport wara kull proċedura ta’ kampjunar u għandu jinkludi, mill-inqas, id-data li ġejja: L-uffiċjal tal-kampjunar għandu: Meta r-rekords tal-kampjunar ikunu f’forma stampata, l-awtorità kompetenti għandha żżomm l-oriġinal tar-rapport tal-kampjunar jew l-uffiċjal tal-kampjunar għandu jibgħat ir-rapport tal-kampjunar oriġinali lil-laboratorju. Il-kunfidenzjalità għandha tiġi żgurata f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/625. Kwalunkwe devjazzjoni mill-metodu speċifikat tal-kampjunar għandha tittieħed nota tagħha fid-dettall fir-rapport tal-kampjunar. Meta r-rekords tal-kampjunar ikunu f’forma stampata, kopja ffirmata tar-rekord għandha takkumpanja kull kampjun tal-laboratorju replikat. Meta r-rekords tal-kampjunar jiġu prodotti f’forma mingħajr karti (diġitali), għandhom isiru arranġamenti li jiżguraw rendikont tal-entrati verifikabbli simili. (1) Dikjarazzjoni li l-kampjunar twettaq f’konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/765; (2) Indirizz tal-awtoritajiet kompetenti; (3) Isem tal-uffiċjal tal-kampjunar jew kodiċi ta’ identifikazzjoni; (4) In-numru ta’ identifikazzjoni (uffiċjali) tal-kampjun; (5) Data tal-kampjunar; (6) Isem u indirizz tal-operatur; (7) Isem u indirizz tal-farm tal-oriġini (meta jsir kampjunar fil-farm); (8) Numru tar-reġistrazzjoni tal-istabbiliment jew numru tal-biċċerija, fejn rilevanti; (9) Deskrizzjoni tal-annimal, tal-pjanta jew tal-prodott jew isem tal-ikel; (10) Daqs tal-lott; (11) Identifikazzjoni tal-lott; (12) Meta rilevanti, medikazzjoni fl-aħħar erba’ ġimgħat qabel il-kampjunar (meta jsir kampjunar fil-farm); (13) Programm ta’ kampjunar, fejn rilevanti; (14) Rimarki partikolari, fejn rilevanti. (a) jiffirma jew jawtentika kopja stampata jew elettronika tar-rapport tal-kampjunar; (b) jipprovdi kopja tar-rapport tal-kampjunar lill-operatur tan-negozju tal-ikel tal-lott/tas-sublott, jew tar-rappreżentant tiegħu, irrispettivament minn jekk dak l-operatur tan-negozju għandux jiġi pprovdut b’kampjun replikat.
B.6
(1) Dikjarazzjoni li l-kampjunar twettaq f’konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/765;
(2) Indirizz tal-awtoritajiet kompetenti;
(3) Isem tal-uffiċjal tal-kampjunar jew kodiċi ta’ identifikazzjoni;
(4) In-numru ta’ identifikazzjoni (uffiċjali) tal-kampjun;
(5) Data tal-kampjunar;
(6) Isem u indirizz tal-operatur;
(7) Isem u indirizz tal-farm tal-oriġini (meta jsir kampjunar fil-farm);
(8) Numru tar-reġistrazzjoni tal-istabbiliment jew numru tal-biċċerija, fejn rilevanti;
(9) Deskrizzjoni tal-annimal, tal-pjanta jew tal-prodott jew isem tal-ikel;
(10) Daqs tal-lott;
(11) Identifikazzjoni tal-lott;
(12) Meta rilevanti, medikazzjoni fl-aħħar erba’ ġimgħat qabel il-kampjunar (meta jsir kampjunar fil-farm);
(13) Programm ta’ kampjunar, fejn rilevanti;
(14) Rimarki partikolari, fejn rilevanti.
(a) jiffirma jew jawtentika kopja stampata jew elettronika tar-rapport tal-kampjunar;
(b) jipprovdi kopja tar-rapport tal-kampjunar lill-operatur tan-negozju tal-ikel tal-lott/tas-sublott, jew tar-rappreżentant tiegħu, irrispettivament minn jekk dak l-operatur tan-negozju għandux jiġi pprovdut b’kampjun replikat.
B.7 Tħejjija tal-kampjun analitiku mil-laboratorju Il-kampjuni tal-laboratorju li ma jiġux analizzati minnufih għandhom jinħażnu fil-laboratorju f’kundizzjonijiet li jimminimizzaw id-deterjorament. Il-prodotti, ix-xorb u ż-żjut friski għandhom jinħażnu fil-friġġ, iżda tipikament mhux aktar minn ħamest ijiem. Il-prodotti mnixxfa, ippreservati u fil-laned jistgħu jinħażnu f’temperatura ambjentali, iżda jekk iż-żmien tal-ħżin ikun mistenni li jaqbeż l-erba’ ġimgħat, dawn għandhom jiġu subkampjunati u maħżuna fil-friża. Il-laboratorju għandu jħejji l-kampjun analitiku mill-kampjun tal-laboratorju billi jissepara l-porzjon tal-prodott li għandu jiġi analizzat, jiġifieri l-parti tal-prodott li għaliha japplika l-MRL, u mbagħad billi jħallat, jitħan, iqatta’ fin, ifarrak eċċ., għat-tneħħija ta’ porzjonijiet analitiċi b’bias minimu fis-subkampjunar. It-tħejjija tal-kampjun analitiku għandha tirrifletti l-proċedura użata fl-iffissar tal-MRL u b’hekk il-porzjon tal-prodott li għandu jiġi analizzat jista’ jinkludi partijiet li normalment ma jiġux ikkonsmati. Jekk ikun meħtieġ, il-kampjun tal-laboratorju jista’ jitnaqqas b’mod rappreżentattiv bl-użu ta’ metodu ta’ tnaqqis tal-kampjun. Il-parti tal-prodott li għandha tiġi analizzata, jiġifieri l-kampjun analitiku, għandha tiġi sseparata malli jkun prattikabbli. Meta l-livell ta’ residwu jkun meħtieġ li jiġi kkalkolat biex jinkludi partijiet li ma jiġux analizzati, għandhom jiġu rreġistrati l-piżijiet tal-partijiet separati.
B.8 Tħejjija u ħżin tal-porzjon analitiku mil-laboratorju Il-kampjun analitiku għandu jiġi mfarrak, jekk ikun xieraq, u mħallat sew, sabiex il-laboratorju jkun jista’ jieħu porzjonijiet analitiċi rappreżentattivi. Jista’ jintuża apparat biex jittieħed il-porzjon analitiku. Id-daqs tal-porzjon analitiku għandu jiġi stabbilit bil-metodu analitiku u bl-effiċjenza tat-taħlit. Il-metodi għat-tifrik u għat-taħlit għandhom jiġu rreġistrati u ma għandhomx jaffettwaw ir-residwi preżenti fil-kampjun analitiku. Fejn xieraq, il-kampjun analitiku għandu jiġi pproċessat f’kundizzjonijiet speċjali, eż. iffriżat, biex jitnaqqsu l-effetti avversi. Meta l-ipproċessar jista’ jaffettwa r-residwi u meta ma jkunx hemm disponibbli proċeduri alternattivi prattiċi, il-porzjon analitiku jista’ jikkonsisti f’unitajiet sħaħ, jew f’segmenti mneħħija minn unitajiet sħaħ. Jekk għalhekk, il-porzjon analitiku ikun jikkonsisti minn ftit unitajiet jew segmenti, x’aktarx li ma jkunx rappreżentattiv tal-kampjun analitiku u għandhom jiġu analizzati biżżejjed porzjonijiet replikati, biex tiġi indikata l-inċertezza tal-valur medju. Skont id-data disponibbli dwar l-istabbiltà tal-ħżin, jista’ jkun possibbli li jinħażnu porzjonijiet analitiċi qabel l-analiżi. F’dan il-każ, il-metodu, id-durata taż-żmien tal-ħżin u t-temperatura matul il-ħżin għandhom ikunu tali li ma jaffettwawx il-livell ta’ residwi preżenti.
B.9 Preżentazzjonijiet skematiċi Preżentazzjonijiet skematiċi tal-proċeduri tal-kampjunar deskritti fil-punti B.2, B.3 u B.4: Grp. b91. Kampjunar tal-prodotti tal-laħam u tal-pollam Grp. b92. Kampjunar ta’ prodotti għajr laħam u pollam Grp. b93. Proċess tipiku ta’ kampjunar u ta’ analiżi
B.9
B.9.1. Kampjunar tal-prodotti tal-laħam u tal-pollam
B.9.1. Kampjuni inkrementali minn lott/sublott suspettat
(ara t-Tabelli 3 u 4)
Kampjuni inkrementali minn lott/sublott mhux suspettat
(ara t-Tabelli 3 u 4)
B.9.2. Kampjunar ta’ prodotti għajr laħam u pollam
B.9.2. Kampjuni inkrementali minn lott/sublott suspettat
(ara t-Tabelli 3, 5 u 6)
Kampjuni inkrementali minn lott/sublott mhux suspettat
(ara t-Tabelli 3, 5 u 6)
B.9.3. Proċess tipiku ta’ kampjunar u ta’ analiżi
PARTI C Metodi ta’ analiżi, inċertezza tal-kejl u interpretazzjoni tar-riżultati
C.1C.1.1C.1.2.
Metodi ta’ analiżi u derivazzjoni tar-riżultati analitiċi Il-metodi ta’ analiżi għandhom jiġu appoġġati minn data dwar il-kontroll tal-kwalità u għandhom jiġu vvalidati għall-kombinazzjoni speċifika ta’ gruppi ta’ sustanzi/prodotti. Bħala minimu, prodott rappreżentattiv wieħed minn kull grupp ta’ prodotti jrid jiġi vvalidat, skont l-ambitu maħsub tal-metodu. Meta l-metodu jiġi applikat għal varjetà usa’ ta’ matriċijiet, għandha tinkiseb data ta’ validazzjoni komplementari. Ir-riżultati analitiċi għall-ikel għandhom jinkisbu minn kampjun tal-laboratorju wieħed jew aktar u għall-għalf minn mill-inqas kampjun finali wieħed meħud mil-lott/mis-sublott u dment li l-kampjun analitiku jkun fih il-parti(jiet) korretta(i) tal-prodott kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Meta jinstab li residwu jaqbeż MRL, l-identità tiegħu għandha tiġi kkonfermata u l-konċentrazzjoni tiegħu għandha tiġi vverifikata b’analiżi duplikata (it-tieni determinazzjoni indipendenti). Ir-riżultat analitiku għandu jiġi rrapportat bħala x+/- U fejn x hija r-riżultat analitiku u U hija l-inċertezza tal-kejl estiża, li għandha tiġi rrapportata fl-istess unitajiet u bl-istess numru ta’ ċifri deċimali bħar-riżultat.
C.2C.2.1.C.2.2.C.2.3.C.2.4.C.2.5.
Inċertezza tal-kejl u interpretazzjoni tar-riżultati L-MRL għandu japplika għall-kampjun analitiku derivat mill-kampjun aggregat mil-kampjun tal-laboratorju jew mill-kampjun replikat. Ir-riżultat tal-kampjun tal-laboratorju għall-ikel u l-kampjun finali għall-għalf għandu jitqies bħala rappreżentattiv għal-lott/għas-sublott u japplika għal-lott/għas-sublott kollu. Meta jivverifikaw il-qabżiet tal-MRL, il-laboratorji uffiċjali u l-awtoritajiet tal-infurzar għandhom japplikaw inċertezza tal-kejl estiża prestabbilita li tkun ġiet ikkalkulata minn data fit-tul tat-testijiet komparattivi bejn il-laboratorji tal-UE li japplikaw fattur ta’ kopertura ta’ 2 (livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %). L-inċertezza tal-kejl estiża hija ta’ 50 % bl-eċċezzjoni tar-ram, fejn japplika valur ta’ 20 %, biex jiġu infurzati l-MRLs. Il-laboratorju analitiku għandu juri li l-inċertezza tal-kejl estiża tiegħu stess għall-kombinazzjoni speċifika ta’ metodu analitiku/sustanza/grupp ta’ prodotti hija daqs jew anqas mill-valuri prestabbiliti msemmija hawn fuq. Fil-każ ta’ qbiż tal-MRL, l-inċertezza tal-kejl estiża prestabbilita armonizzata għandha tiġi rrapportata mil-laboratorju. Meta l-livell li jinsab f’kampjun tal-ikel iwassal għal Stima Internazzjonali ta’ Konsum għal Żmien Qasir (IESTI, International Estimate of Short-term Intake) li taqbeż id-Doża Akuta ta’ Referenza (DAR), bħala miżura ta’ prekawzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ tapplika inċertezza tal-kejl estiża aktar baxxa, abbażi tal-inċertezza tal-kejl stmata tal-laboratorju stess (jekk appoġġata minn biżżejjed evidenza intralaboratorju u interlaboratorju) u/jew livell ta’ kunfidenza aktar baxx (fattur ta’ kopertura, k aktar baxx). Interpretazzjoni tar-riżultat analitiku filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl estiża Lott/sublott għandu jitqies: Aċċettazzjoni u rifjut tal-kunsinna li tikkonsisti f’aktar minn lott wieħed Kwalunkwe lott kampjunat f’konformità ma’ dan ir-Regolament u li r-riżultat analitiku tiegħu juri qbiż tal-MRL għandu jitqies bħala mhux konformi kif speċifikat fil-punt C.2.4.b. fl-intier tiegħu u għandu jiġi rrifjutat. L-uffiċjal tal-kampjunar għandu jiddetermina l-lott ikkampjunat ta’ kunsinna, li jista’ jkun differenti mil-lott tal-operatur tan-negozju tal-ikel. Il-lott ikkampjunat jista’ jkun lott wieħed, jew grupp ta’ lottijiet li jikkondividu l-istess proprjetajiet (data tal-produzzjoni, oriġini, deskrizzjoni, eċċ.). Jekk lott wieħed, parti minn grupp ta’ lottijiet li jikkondividu l-istess proprjetajiet, jinstab li ma jkunx konformi u jkun hemm dubju raġonevoli li l-lottijiet simili l-oħrajn ikunu jaqbżu l-MRL, dawn il-lottijiet simili l-oħrajn għandhom jitqiesu bħala lottijiet suspettati. (a) konformi mal-MRL jekk ir-riżultat tal-kampjun analitiku jikkonforma mal-MRL, filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl estiża u, jekk ikun hemm bżonn, il-korrezzjoni għall-irkupru. Dan ifisser li l-kampjun huwa konformi jekk il-valur imkejjel ikun anqas minn jew daqs l-MRL meta titnaqqas l-inċertezza estiża (x – U ≤ MRL); (b) mhux konformi mal-MRL jekk ir-riżultat tal-kampjun analitiku jaqbeż l-MRL mingħajr dubju raġonevoli filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl estiża u, jekk ikun hemm bżonn, il-korrezzjoni għall-bias fil-metodu fejn indikat. Dan ifisser li l-kampjun ma jkunx konformi jekk il-valur imkejjel jaqbeż l-MRL meta titnaqqas l-inċertezza estiża (x-U > MRL).
C.2C.2.1.C.2.2.C.2.3.C.2.4.
(a) konformi mal-MRL jekk ir-riżultat tal-kampjun analitiku jikkonforma mal-MRL, filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl estiża u, jekk ikun hemm bżonn, il-korrezzjoni għall-irkupru. Dan ifisser li l-kampjun huwa konformi jekk il-valur imkejjel ikun anqas minn jew daqs l-MRL meta titnaqqas l-inċertezza estiża (x – U ≤ MRL);
(b) mhux konformi mal-MRL jekk ir-riżultat tal-kampjun analitiku jaqbeż l-MRL mingħajr dubju raġonevoli filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl estiża u, jekk ikun hemm bżonn, il-korrezzjoni għall-bias fil-metodu fejn indikat. Dan ifisser li l-kampjun ma jkunx konformi jekk il-valur imkejjel jaqbeż l-MRL meta titnaqqas l-inċertezza estiża (x-U > MRL).