Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/835 tal-15 ta’ April 2026 li jikkanċella l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali SICO Biocidal Product Family f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2205 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2026-04-15from 2026-05-06
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2026/835@2026-04-15/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, u b’mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

Billi:

(1) Fl-4 ta’ Settembru 2024, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2205 ta awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0029486-0000 lid-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ SICO għall-introduzzjoni fis-suq u għall-użu tal-istess familja ta’ prodotti bijoċidali SICO Biocidal Product Family f’konformità mal-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(2) Fid-19 ta’ Diċembru 2025, f’konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, SICO ressqet talba lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (l-Aġenzija) biex tikkanċella dik l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni. It-talba ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-RS113426-19 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali. SICO ressqet ukoll raġunament għat-talba għall-kanċellazzjoni, u pprevediet li kienet iddeċidiet twaqqaf il-produzzjoni tal-prodotti inklużi fil-familja SICO Biocidal Product Family abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali.

(3) Fis-7 ta’ Jannar 2026, l-Aġenzija bagħtet it-talba motivata lill-Kummissjoni.

(4) Għalhekk, jixraq li l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali SICO Biocidal Product Family tiġi kkanċellata fuq it-talba motivata tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u konsegwentement li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2205.

(5) Jixraq ukoll li jingħata perjodu ta’ konċessjoni għall-introduzzjoni fis-suq u għall-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ SICO Biocidal Product Family, f’konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali SICO Biocidal Product Family mogħtija bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2205 lil SICO bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0029486-0000 hija kkanċellata.

Artikolu 2 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2205 jitħassar.

Artikolu 3 Il-prodotti bijoċidali tal-familja SICO Biocidal Product Family ma għandhomx ikomplu jiġu introdotti fis-suq mit-2 ta’ Novembru 2026 u l-ħażniet eżistenti ta’ tali prodotti bijoċidali ma għandhomx jibqgħu jintużaw mill-1 ta’ Mejju 2027.

Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2026. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2026-04-15