Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2010 tat-23 ta' April 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2010-04-23from 2010-04-28
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/358@2010-04-23/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. (1)4.
  4. (2)4.
  5. (3)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-restrizzjonijiet fuq likwidi, aerosols u ġellijiet ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti tal-Unjoni joħolqu diffikultajiet operattivi f’dawn l-ajruporti u jikkaġunaw inkonvenjent għall-passiġġieri kkonċernati.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 820/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni jistipula wkoll eżenzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk ir-restrizzjonijiet biex jiġu mogħtija jekk jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet. Wara li ġie vverifikat li ntlaħqu dawk il-kundizzjonijiet f'ċerti ajruporti f'ċerti pajjiżi terzi u li dawk il-pajjiżi għandhom rekord tajjeb ta' kooperazzjoni mal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, il-Kummissjoni stipulat l-eżenzjonijiet imsemmija.

(3) Ir-Regolament (KE) 820/2008 huwa mħassar mid-29 ta' April 2010 u b'hekk dawk l-eżenzjonijiet jitħassru wkoll. Madanakollu, ir-restrizzjonijiet fuq likwidi, aerosols u ġellijiet li jġorru magħhom il-passiġġieri li jaslu b'titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f'ajruporti tal-Unjoni jibqgħu japplikaw kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 297/2010 tad-9 ta' April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili.

(4) L-eżenzjonijiet għall-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq likwidi, aerosols u ġellijiet li jġorru magħhom il-passiġġieri li jaslu b'titjiriet minn pajjiżi terzi għandhom b'hekk jiġu estiżi filwaqt li dawk ir-restrizzjonijiet għandhom jibqgħu xorta waħda, sakemm dawk il-pajjiżi terzi jkomplu jilħqu dawk il-kundizzjonijiet li taħthom jingħataw l-eżenzjonijiet.

(5) Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni għandu għalhekk jiġi emendat skont il-każ.

(6) Ir-Regolament (UE) Nru 297/2010 tad-9 ta' April 2010 għandu japplika mid-29 ta' April 2010. Id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament huwa urġenti billi għandu japplika mill-istess data.

(7) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili imwaqqaf bl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 185/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mid-29 ta' April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2010. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS

Il-Kapitolu 4 tal-Anness huwa emendata kif ġej:

(1)4. Il-punt 4.0.4 jiġi ssostitwit b’dan li ġej: Għall-iskop ta' dan l-Anness:

(1)4.

(a) likwidi, aerosols u ġellijiet (LAGs) għandhom jinkludu pejsts, lozjonijiet, taħlitiet likwidi/solidi u l-kontenut ta' reċipjenti taħt pressjoni, bħalma huma l-pejst għat-tindif tas-snien, il-ġell tax-xagħar, xarbiet, sopop, xropp, fwieħa, ragħwa tal-leħja u oġġetti oħra b'konsistenzi simili.

(b) il-borża ta sigurtà li tikxef kwalunkwe tbagħbis ' (STEB) hija borża konformi mal-linji gwida ta' kontroll tas-sigurtà rrakkomandati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili.

(2)4. Il-punt 4.1.3.4 hu mibdul b'dan li ġej: L-LAGs li jinġarru mill-passiġġieri jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar jekk l-LAG jkun:

(2)4.

(a) f'kontenituri individwali b'kapaċità ta' mhux aktar minn 100 millilitru jew l-ekwivalenti f'borża tal-plastik trasparenti li tista' terġa' tiġi ssiġillata mill-ġdid b'kapaċità li ma taqbiżx il-litru (1 ltr.), fejn il-kontenut tal-borża tal-plastik ikun joqgħod tajjeb fil-borża u l-borża tkun magħluqa kompletament; jew

(b) se jintuża matul il-vjaġġ u huwa meħtieġ għal raġunijiet mediċi inkella bħala rekwiżit speċjali tad-dieta, inkluż l-ikel tat-trabi. Meta jintalab jagħmel dan, il-passiġġier għandu jagħti prova tal-awtentiċità tal-LAG eżentat; jew

(c) inxtara minn żona tal-ajru lil hinn mill-punt fejn jiġu kkontrollati l-karti tat-tlugħ, minn ħwienet li huma soġġetti għal proċeduri approvati tas-sigurtà bħala parti mill-programm tas-sigurtà tal-ajruport, bil-kundizzjoni li l-LAG ikun ippakkjat f'borża li tidher li ma tkunx ġiet imbagħbsa kif ukoll li tagħti biżżejjed provi li jkun inxtara mill-ajruport dakinhar; jew

(d) inkiseb fiż-żona ta' sigurtà ristretta minn ħwienet li huma soġġetti għal proċeduri approvati tas-sigurtà bħala parti mill-programm tas-sigurtà fl-ajruport; jew

(e) miksub minn ajruport ieħor tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li l-LAG ikun ippakkjat f’borża li turi li ma ġietx imbagħbsa u li juri biżżejjed provi li jkun inxtara fin-naħa ta’ ġewwa (airside) tal-ajruport dakinhar; jew

(f) miksub minn fuq ajruplan ta’ trasportatur tal-ajru tal-Komunità, bil-kundizzjoni li l-LAG ikun ippakkjat f'borża li turi li ma ġietx imbagħbsa u li turi biżżejjed provi li jkun inxtara abbord dak l-inġenju tal-ajru dakinhar; jew

(g) miksub minn ajruport li jinsab f'pajjiż terz li jinsab fil-lista tal- Hemża 4-D, bil-kundizzjoni li l-LAG ikun ippakkjat f'borża li turi li ma ġietx imbagħbsa u li turi biżżejjed provi li jkun inxtara fin-naħa ta’ ġewwa (airside) tal-ajruport fl-aħħar 36 siegħa. L-eżenzjonijiet stabbiliti f'dan il-punt għandhom jiskadu fid-29 ta' April 2011.

(3) Tiżdied l-Hemża 4-D li ġej:

(3)

HEMŻA 4-D Ajruport(i) li minnhom jitilqu t-titjiriet lejn ajruporti fl-Unjoni:

Il-Kanada: L-ajruporti internazzjonali kollha

Ir-Repubblika tal-Kroazja:

L-ajruport ta’ Dubrovnik (DBV)

L-ajruport ta’ Pula (PUY)

L-ajruport ta’ Rijeka (RJK)

L-ajruport ta’ Split (SPU)

L-ajruport ta’ Zadar (ZAD)

L-ajruport ta’ Zagreb (ZAG)

il-Malasja Kuala Lumpur International (KUL) airport

Ir-Repubblika ta’ Singapor: Changi (SIN) airport

L-Istati Uniti tal-Amerika L-ajruporti internazzjonali kollha.

Versions

  1. 2010-01-27
  2. 2010-04-23